7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 149/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 508/2008

tas-6 ta' Ġunju 2008

dwar id-definizzjoni, applikabli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta’ qmuħ taċ-ċereali bil-qoxra u qmuħ perlati taċ-ċereali

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment l-Artikolu 170, l-ewwel paragrafu, tiegħu flimkien ma' l-Artikolu 4 tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 821/68 tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar id-definizzjoni, applikabli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta’ qmuħ taċ-ċereali bil-qoxra u qmuħ perlati taċ-ċereali (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tikkunsidra l-kwalità tal-prodott ipproċessat miċ-ċereali li jikkwalifika dwarha, biex ma jkunx il-każ li l-fondi pubbliċi jikkontribwixxu għall-esportazzjoni ta’ merkanzija ta’ kwalità inferjuri. Huwa għalhekk meħtieġ li tkun stabbilita definizzjoni preċiża, applikabbli f’kull Stat Membru, ta’ qmuħ taċ-ċereali li jikkwalifikaw għal rifużjoni fuq “qmuħ mingħajr qoxra” u “qmuħ perlati”.

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN ID-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ qmuħ perlati u qmuħ mingħajr qoxra taċ-ċereali, għandu jkun dwar dawk li jkollhom il-karatteristiċi elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 821/68 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1).

(2)  ĠU L 149, 29.6.1968, p. 46. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 39/2007 (ĠU L 11, 18.1.2007, p. 11).

(3)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

A.   DEFINIZZJONI TA’ “QMUĦ MINGĦAJR QOXRA” (MAĦRUĠA MILL-QOXRA JEW MIL-FOSDQA) U “QMUĦ PERLATI”

I.   “Qmuħ mingħajr qoxra” tinkludi il-qmuħ maħruġa mill-qoxra jew il-fosdqa:

1.

Qmuħ maħruġa mill-qoxra:

huma qmuħ taċ-ċereali bil-perikarpa mneħħija jew qmuħ taċ-ċereali kif midrusa (ara n-noti esplanatorji tat-tariffa ta' l-intestatura Nru 10.03: qmuħ) bl-iskaldi mneħħija li jeħlu mal-perikarpa (bħal per eżempju max-xgħir bix-xniexel) jew li jkopru l-qmuħ hekk sewwa li l-iskaldi ma jkunux jistgħu jitneħħew bid-dris, eċċ., (bħal fil-każ tal ħafur).

2.

Qmuħ maħruġa mill-fosdqa:

huma qmuħ (bħal fil-każ ta’ xgħir, bl-iskaldi mneħħija) li jkollhom il-part l-kbira tal perikarpa jew tat-tegument (ir-ras) imneħħija.

II.   “Qmuħ perlati” jinkludu:

1.

Qmuħ tal-prima klassi:

(a)

qmuħ li jikkorrespondu mad-definizzjoni li ġejja:

qmuħ perlati taċ-ċereali, prinċipalment ix-xgħir, li għandhom t-tegument sħiħ, il-perikarpu, ir-raħs u l-parti maġġura tas-saff ta’ barra u s-saff aleuronic imneħħija, u li huma ta’ daqs uniformi u ta’ forma ttundjata; u

(b)

li b’ żieda ma’ dan jilħqu l-ħtiġiet li ġejjin:

(i)

ir-regolarità tal-qmuħ:

il-75 % tal-qmuħ ma jridux jaqbżu l-20 % tad-dm (*);

l-94 % tal-qmuħ miżjuda progressivament bejn it-3 % u s-97 % ma jridux jaqbżu it-30 % tad-dm (*);

il-100 % tal-qmuħ ma jridux jaqbżu l-50 % tad-dm (*);

(ii)

determinazzjoni tar-regolarità permezz ta’ analiżi ta’ għarbiel permezz ta’ għeriebel b’ toqob tondi.

2.

Qmuħ tat-tieni klassi:

qmuħ li jikkorrespondu mad-definizzjoni taħt II(1)(a).

B.   L-ANALIŻI TA’ L-GĦARBIEL

I.   Apparat:

1.

Sett ta’ għeriebel bit-toqba tonda (dijametru 200 mm, dijametru tat-toqob 4 70 sa 1 79 mm, f’intervalli ta’ 0,725 mm);

2.

Apparat ta’ l-għarbiel — għandhom ikunu mgħarbla bl-idejn; għajnuniet għall-għarbiel (dadi tal-lastiku ta’ 20 mm fid-daqs);

3.

Miżien tal-preċiżjoni.

II.   Metodu

Normalment ix-xgħir ipperlat ikun mgħoddi minn sitt għeriebel differenti; is-sett ta’ l-għeriebel ikun magħluq fin-naħa ta’ fuq u fin-naħa ta’ isfel, b’għarbiel bit-toqob l-aktar kbar imqiegħed fin-naħa ta’ fuq; l-għeriebel ta’ fuq nett u ta’ isfel nett għandhom ikunu vota wara li jkunu magħrbla.

Żewġ kampjuni tax-xgħir ipperlat ta’ piż miżgħun ta’ bejn 50 u 100 gramma huma magħrbla bl-idejn għal mill-anqas ħames minuti, bl-għajnuna ta’ dadi tal-lastiku.

L-imgħarbel jikkonsisti billi jittieħed sett ta’-għeriebel bl-idejn u jkunu mċaqilqa, pjuttost orizzontalment, 120 darba kull minuta, kull ċaqlieqa tivvjaġġa madwar 70 mm. Dan il-moviment l’hinn u l’hawn huwa interrot kull minuta b’moviment tripplu ċirkolari. Il-fdalijiet mill-għarbiel huma miżuna lejn l-eqreb 0 71 g u espresi bħala persentaġġ tal-prodott mgħarbel li għandu jkun miżun lejn l-eqreb numru sħiħ, u l-medja kkalkolata.

Il-medja tal-persentaġġi tar-residwi mgħarbla għandha tkun miżjudha progressivament, tibda bil-valur 0 % fir-rigward tar-residwu mill-għarbiel vojt bit-toqob l-aktar kbar. Il-persentaġġi magħduda (%) u fil-qisien tat-toqob fl-għeriebel korresspondenti huma mpinġija fl-assi kkordinati fuq karta millimetrika, il- (%) fl-ordinati u d-dijametri tat-toqob, fi mm, fil abscissae.

Il-valur medjan (dm) huwa l-wisa’ tat-toqba espress f’mijjiet ta’ mm għall- (%) = 50, u jinqara mil-grafika akwistata billi jinġibdu linji dritti bejn il-punti.


(*)  dm = il-valur tan-nofs miksub mill-grafika tar-risultati ta’ l-analiżi ta’ l-għarbiel fil-punt li fih 50 % tal-prodotti jkunu għaddew mill-għarbiel.


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 821/68

(ĠU L 149, 29.6.1968, p. 46)

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1634/71

(ĠU L 170, 29.7.1971, p. 13)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2007

(ĠU L 11, 18.1.2007, p. 11)


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 821/68

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness, Definizzjoni ta’ “qmuħ mingħajr qoxra” (maħruġa mill-qoxra jew mil-fosdqa) u “qmuħ perlati”

Anness I(A)

Anness, punt A

Anness I(A)(I)

Anness, punt B(I)(1)

Anness I(A)(II)(1)(a)

Anness, punt B(I)(2), l-ewwel paragrafu, punti (a), (b) u (ċ)

Anness I(A)(II)(1)(b)(i), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Anness, punt B(I)(2), it-tieni paragrafu

Anness I(A)(II)(1)(b)(ii)

Anness, punt B(I)(2), it-tielet paragrafu

Nota (*)

Anness, punt B(II)

Anness I(A)(II)(2)

Anness, L-analiżi ta’ l-għarbiel

Anness I(B)

Anness, Apparat, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Anness I(B)(I)(1), (2) u (3)

Anness, Metodu

Anness I(B)(II)

Anness II

Anness III