7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 149/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 504/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li jimplimenta d-Direttivi tal-Kunsill 90/426/KEE u 90/427/KEE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni ta’ l-equidae

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (1), u partikolarment l-Artikolu 4(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-equidae (2), u partikolarment l-Artikolu 4(2)(c) u (d), it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi bovina (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE ta’ l-20 ta’ Ottubru 1993 li tistabbilixxi d-dokument ta’ l-identifikazzjoni (passaport) li jakkumpanja l-equidae rreġistrati (4) tintroduċi metodu għall-identifikazzjoni ta’ equidae rreġistrati waqt ċaqliq minħabba raġunijiet ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE u li tistabbilixxi l-identifikazzjoni ta’ equidae għat-trobbija u l-produzzjoni (5), tistipula regoli dwar id-dokument ta’ l-identifikazzjoni li għandu jakkumpanja lill-equidae waqt iċ-ċaqliq minn post għall-ieħor.

(3)

Id-Deċiżjonijiet 93/623/KEE u 2000/68/KE ġew implimentati b’mod differenti mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-identifikazzjoni ta’ l-equidae f’dawk id-Deċiżjonijiet hija marbuta maċ-ċaqliq, filwaqt li fil-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirrigwarda speċi oħra ta’ bhejjem, l-annimali jiġu identifikati, fost oħrajn, għal raġunijiet ta’ kontroll tal-mard, irrispettivament mill-istatus ta’ ċaqliq tagħhom. Barra minn hekk, is-sistema fuq żewġ livelli ta’ equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni minn naħa waħda u equidae rreġistrati min-naħa l-oħra tista’ twassal għall-ħruġ ta’ iktar minn dokument wieħed ta’ identifikazzjoni għal annimal wieħed u dan jista’ jiġi megħlub biss billi fuq l-annimal tiġi applikata marka li ma tistax titneħħa, għalkemm mhux bilfors f’post fejn tidher, fil-waqt ta’ l-identifikazzjoni primarja ta’ l-annimal.

(4)

Id-dijagramma inkluża fid-dokument ta’ l-identifikazzjoni stipulat fid-Deċiżjoni 93/623/KEE mhix kompletament kompatibbli ma’ l-informazzjoni simili rikjesta mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jipproċessaw l-equidae għall-kompetizzjonijiet u t-tlielaq u mill-Organizzazzjoni Dinjija għal Saħħet l-Annimali (OIE). Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi dijagramma xierqa għall-ħtiġijiet tal-Komunità u konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti aċċettati fuq livell internazzjonali.

(5)

L-importazzjonijiet ta’ l-equidae għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 90/426/KEE u partikolarment fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta’ Frar 1993 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ equidae għall-qatla (6) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta’ Frar 1993 fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjonijiet ta’ annimali tar-razza ta’ l-equidae rreġistrati għat-tnissil u l-produzzjoni (7).

(6)

Meta jiġu applikati l-proċeduri doganali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (8), jixraq li ssir ukoll referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 tat-12 ta’ Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (9). Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 jistipula li mill-1 ta’ Settembru 1973, ir-regoli tal-Komunità jkunu applikabbli fil-qasam tal-leġiżlazzjoni veterinarja, minbarra l-leġiżlazzjoni żooteknika Komunitarja. Ir-Regolament preżenti għandu japplika mingħajr ħsara għal dak ir-Regolament.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (10) jipprovdi definizzjoni ta’ gwardjan (detentur) ta’ l-annimali. B’kuntrast ma’ dan, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 90/426/KEE jirreferi għas-sid jew dak li jrabbi l-annimal. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (11) tipprovdi definizzjoni magħquda ta’ sid u detentur. Billi fil-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali, sid annimal equidae ma jkunx neċessarjament il-persuna responsabbli għall-annimal, jixraq li jiġi ċċarat li primarjament id-detentur ta’ l-annimali equidae, li jista’ jkun is-sid, għandu jkun responsabbli għall-identifikazzjoni ta’ l-annimali equidae skond ir-Regolament preżenti.

(8)

Fl-interessi tal-konsistenza mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-metodi għall-identifikazzjoni ta’ l-equidae pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/78/KE ta’ l-10 ta’ Jannar 1996 li tistabbilixxi l-kriterji biex jitniżżlu u jiġu rreġistrati l-equidae fil-kotba ġenealoġiċi għal skopijiet ta’ tgħammir (12).

(9)

Dawk il-metodi għandhom ikunu konformi mal-prinċipji stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta’ riproduzzjoni approvati skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/353/KEE tal-11 ta’ Ġunju 1992 li tippreskrivi l-kriterji għall-approvazzjoni jew l-għarfien ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu kotba ġenealoġiċi għal equidae rreġistrati (13). Skond dik id-Deċiżjoni, huwa f’idejn l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni li żżomm il-ktieb ġenealoġiku ta’ l-oriġini tar-razza biex tistabbilixxi l-prinċipji dwar sistema għall-identifikazzjoni ta’ l-equidae u dwar it-tqassim tal-ktieb ġenealoġiku fi klassijiet u dwar l-insla mdaħħla fil-ktieb ġenealoġiku.

(10)

Barra minn hekk, iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini, imsemmi fl-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 90/427/KEE, li għandu jiddaħħal fid-dokument ta’ identifikazzjoni għandu jsemmi l-informazzjoni kollha neċessarja biex jiġi żgurat li l-equidae li jiġu mċaqilqa minn ktieb ġenealoġiku għall-ieħor jiddaħħlu fil-klassi tal-ktieb ġenealoġiku li jissodisfaw il-kriterji tiegħu.

(11)

Skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE tat-18 ta’ Lulju 1996 li tippreskrivi ċ-ċertifikati ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi għall-importazzjoni ta’ annimali għat-tgħammir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom (14), iċ-ċertifikat tar-razza u żootekniku għall-equidae rreġistrati għandu jikkonforma mad-dokument ta’ identifikazzjoni kif stipulat fid-Deċiżjoni 93/623/KEE. Jixraq għalhekk li jiġi ċċarat li kull referenza għad-Deċiżjoni 93/623/KEE, iżda wkoll għad-Deċiżjoni 2000/68/KE, għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament preżenti.

(12)

Billi l-equidae kollha mwielda jew importati fil-Komunità skond dan ir-Regolament għandhom jiġu identifikati b’dokument wieħed ta’ identifikazzjoni, jinħtieġu dispożizzjonijiet speċjali meta l-istatus ta’ l-annimal jinbidel minn equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni għal equidae rreġistrat kif definit fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 90/426/KEE.

(13)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu reġimi speċifiċi għall-identifikazzjoni ta’ equidae li jgħixu f’kundizzjonijiet selvaġġi jew semi-selvaġġi f’żoni jew territorji definiti, inkluż riservi naturali, minħabba l-konsistenza mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/35/KEE.

(14)

L-identifikaturi elettroniċi (“transponders”) għall-equidae diġà qed jintużaw fil-prattika b’mod wiesa’ fil-livell internazzjonali. Din it-teknoloġija għandha tintuża biex tiġi żgurata rabta mill-qrib bejn l-annimal equidae u l-mezz ta’ identifikazzjoni. L-equidae għandhom jiġu mmarkati bi transponder, għalkemm għandhom isiru dispożizzjonijiet għal metodi alternattivi użati għall-verifika ta’ l-identità ta’ l-annimal bil-kundizzjoni li dawk il-metodi alternattivi jkunu jipprovdu garanziji ekwivalenti biex id-dokument ta’ identifikazzjoni ma jinħariġx iktar minn darba.

(15)

Filwaqt li l-equidae għandhom dejjem ikunu akkumpanjati mid-dokument ta’ identifikazzjoni tagħhom skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja attwali, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal deroga minn dak ir-rekwiżit meta dan ma jkunx possibbli jew prattiku bil-ħsieb li d-dokument ta’ identifikazzjoni jinżamm tul il-ħajja kollha ta’ l-annimal equidae jew fejn dan id-dokument ma jkunx inħareġ f’każ li l-annimal jinqatel qabel ma jilħaq l-età massima rikjesta għall-identifikazzjoni.

(16)

Dawk id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr ħsara għall-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (15), li jippermetti derogi mill-miżuri ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal equidae identifikati fi stabbilimenti fejn tkun ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ dik il-marda.

(17)

L-Istati Membri għandhom jiġu permessi wkoll dokument issimplifikat ta’ identifikazzjoni biex jintuża għal equidae li jiġu mċaqilqa fit-territorju tagħhom. Il-kards tal-plastic b’ċippijiet integrati tal-kompjuter (“smart cards”) ġew introdotti bħala mekkaniżmi għall-ħżin ta’ l-informazzjoni f’diversi żoni. Għandu jkun possibli li dawn l-ismart cards jinħarġu bħala għażla flimkien mad-dokument ta’ identifikazzjoni u li jintużaw f’ċerti kundizzjonijiet minflok id-dokument ta’ identifikazzjoni li jakkumpanja l-equidae waqt ċaqliq fi Stat Membru.

(18)

Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula arranġamenti tranżizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-katina alimentari għall-equidae għandhom jiġu implimentati sa tmiem l-2009.

(19)

Jinħtieġu dispożizzjonijiet fil-każ li d-dokument ta’ identifikazzjoni oriġinali maħruġ skond dan ir-Regolament għal ħajja kollha jintilef. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom kemm jista’ jkun jeskludu l-pussess illegali ta’ iktar minn dokument ta’ identifikazzjoni wieħed sabiex jiġi deskritt b’mod korrett l-istat ta’ l-annimal maħsub għall-qtil biex jittiekel mill-bniedem. Fejn tkun disponibbli biżżejjed informazzjoni verifikabbli, għandu jinħareġ dokument duplikat li jkun immarkat bħala tali, u li jeskludi l-annimal b’mod ġenerali mill-katina alimentari; f’każijiet oħra, għandu jinħareġ dokument sostitut, li jkun immarkat ukoll bħala tali, li barra minn hekk iniżżel lil annimal equidae li preċedentement kien irreġistrat għal equidae għat-tgħammir u l-produzzjoni.

(20)

Skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 90/426/KEE, id-dokument ta’ identifikazzjoni huwa strument biex jimmobilizza l-equidae f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda fl-istabbiliment fejn jinżammu jew jitrabbew. Jixraq għalhekk, li jsiru provvedimenti għas-sospensjoni tal-validità ta’ dak id-dokument għal raġunijiet ta’ ċaqliq fil-każ ta’ tifqigħa ta’ ċertu mard permezz ta’ annotazzjoni xierqa fid-dokument ta’ identifikazzjoni.

(21)

Mal-mewt ta’ annimal equidae mhux bi qtil f’biċċerija, id-dokument ta’ identifikazzjoni għandu jingħata lura mill-entità tal-ħruġ lill-awtorità li tkun qed tissorvelja l-ipproċessar ta’ l-annimal mejjet skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (17) u għandu jiġi żgurat li t-transponder, jew kwalunkwe metodu alternattiv, inklużi marki, użati biex jivverifikaw l-identità ta’ l-annimal equidae, ma jkunux jistgħu jiġu rriċiklati.

(22)

Biex it-transponders ma jidħlux fil-katina alimentari, il-laħam minn annimali li ma setax jitneħħielhom it-transponder fil-waqt tal-qtil għandhom jiġu ddikjarati bħala mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem skond il-Kapitlu V tat-Taqsima II ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (18).

(23)

L-istandardizzazzjoni tal-post fejn jiġi impjantat it-transponder u d-dokumentazzjoni ta’ dak il-post fid-dokumenti ta’ identifikazzjoni għandhom jagħmluha eħfef biex jinstabu t-transponders impjantati.

(24)

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (19), annimali ħajjin imħejjija għat-tqegħid fis-suq għal konsum mill-bniedem jaqgħu fid-definizzjoni ta’ “ikel”. Dak ir-Regolament jipprovdi għal responsabilitajiet estensivi ta’ l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel matul l-istadji kollha tal-produzzjoni ta’ l-ikel, inkluż it-traċċabilità ta’ l-annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel.

(25)

L-equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni, kif ukoll equidae rreġistrati, jistgħu jsiru, f’ċertu stadju ta’ ħajjithom, equidae għall-qatla, kif definit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/426/KEE. Il-laħam tas-solipedi, sinonimu ta’ equidae, huwa definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (20).

(26)

Skond il-paragrafu 7 tat-Taqsima III ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operatur tal-biċċerija għandu jirċievi, jiċċekkja u jaġixxi fuq informazzjoni tal-katina alimentari li tagħti dettalji dwar l-oriġini, l-istorja u l-ġestjoni ta’ annimali maħsuba għall-produzzjoni ta’ l-ikel. L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li l-informazzjoni marbuta mal-katina alimentari dwar is-solipedi domestiċi tintbagħat lill-biċċerija fl-istess ħin li jintbagħtu l-annimali, minflok tintbagħat qabel. Id-dokument ta’ identifikazzjoni li jakkumpanja l-equidae għall-qtil għandu għalhekk ikun parti minn dik l-informazzjoni tal-katina alimentari.

(27)

Skond il-paragrafu 1 tal-Kapitolu III tat-Taqsima II ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mad-dmir ta’ l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel li jiżgura li l-annimali aċċettati għall-qtil għall-konsum mill-bniedem ikunu identifikati b’mod xieraq.

(28)

Skond il-paragrafu 8 tat-Taqsima III ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel għandhom jiċċekkjaw il-passaporti li jakkumpanjaw lis-solipedi domestiċi biex jiżguraw li l-annimal ikun maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem u, jekk jaċċettaw l-annimal għall-qtil, għandhom jagħtu l-passaport lill-veterinarju uffiċjali.

(29)

Mingħajr ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (21) u d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika jew tirostatika u ta’ beta-agonists (22), l-amministrazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji lill-equidae hija soġġetta għad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (23).

(30)

L-Artikolu 10(2) u (3) tad-Direttiva 2001/82/KE jipprovdi għal derogi speċifiċi għall-equidae mill-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva, dwar it-trattament ta’ annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel bi prodotti mediċinali li għandhom limitu massimu stabbilit ta’ residwi għal speċi li mhux l-ispeċi fil-mira jew li huma awtorizzati għal kundizzjoni differenti, bil-kundizzjoni li dawk l-equidae jiġu identifikati skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja u jiġu mmarkati speċifikament fid-dokument ta’ identifikazzjoni tagħhom bħala mhux maħsuba għall-qtil għall-konsum mill-bniedem jew bħala maħsuba għall-qtil għall-konsum mill-bniedem wara perjodu ta’ rtirar ta’ għallinqas sitt xhur wara li jkunu ġew ittrattati bis-sustanzi elenkati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi Komunitarju marbut mal-prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament ta’ l-equidae (24).

(31)

Sabiex jinżamm kontroll fuq il-ħruġ tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni, għandha tinżamm ġabra minima ta’ informazzjoni relevanti marbuta mal-ħruġ ta’ dawn id-dokumenti f’database. Id-databases fl-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (25) biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ l-informazzjoni.

(32)

Kien hemm qbil fuq livell dinji dwar is-sistema UELN (Universal Equine Life Number – Numru Universali tal-Ħajja ta’ Equidae) bejn l-organizzazzjonijiet ewlenin tar-riproduzzjoni taż-żwiemel u tal-kompetizzjonijiet. Din is-sistema ġiet żviluppata fuq l-inizjattiva tal-World Breeding Federation for Sport Horses (WBFSH), l-International Stud-Book Committee (ISBC), il-World Arabian Horse Organization (WAHO), il-European Conference of Arabian Horse Organisations (ECAHO), il-Conférence Internationale de l’Anglo-Arabe (CIAA), il-Fédération Equestre Internationale (FEI) u l-Union Européenne du Trot (UET) u tista’ tinstab informazzjoni dwarha fuq il-websajt tal-UELN (26).

(33)

Is-sistema UELN hija xierqa għar-reġistrazzjoni kemm ta’ equidae rreġistrati kif ukoll ta’ equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni u tippermetti li jiġu introdotti netwerks kompjuterizzati gradwalment sabiex l-identità ta’ l-annimali tkompli tkun tista’ tiġi vverifikata skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 90/427/KEE fil-każ ta’ equidae rreġistrati.

(34)

Meta jiġu assenjati kodiċijiet lid-databases, dawk il-kodiċijiet u l-format tan-numri rrekordjati ta’ identifikazzjoni lil annimali individwali għandhom ikunu konformi mas-sistema stabbilita UELN. Għalhekk, il-lista ta’ kodiċijiet assenjati ta’ UELN għandha tiġi kkonsultata qabel ma jiġi assenjat kodiċi ieħor lil database.

(35)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 90/426/KEE jirrikjedi li l-veterinarju uffiċjali jżomm rekord tan-numru ta’ identifikazzjoni jew tan-numru tad-dokument ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-equidae maqtul u li jgħaddi lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dispaċċ, fuq talba minn din ta’ l-aħħar, attestazzjoni li turi li l-annimal equidae ġie maqtul. Skond l-Artikolu 4(4)(i) ta’ dik id-Direttiva, wara li jinqatel equidae rreġistrat, id-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jingħata lura lill-korp li ħarġu. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għad-dokumenti ta’ identifikazzjoni maħruġa għall-equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni. Ir-rekord ta’ numru tal-ħajja kompatibbli mal-UELN u l-użu tiegħu biex jiġu identifikati l-awtoritajiet jew il-korpi li ħarġu d-dokument ta’ identifikazzjoni għandu jiffaċilita l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. Kull fejn possibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw il-korpi ta’ kuntatt li ddeżinjaw skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri ta’ l-annimali (27).

(36)

Is-superviżjoni veterinarja meħtieġa biex tipprovdi garanziji dwar il-kundizzjoni sanitarja ta’ l-annimali skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 90/426/KEE tista’ tiġi żgurata biss jekk l-istabbiliment kif definit fl-Artikolu 2(a) ta’ dik id-Direttiva ikun magħruf mill-awtorità kompetenti. Jirriżultaw rekwiżiti simili mill-applikazzjoni tal-liġi ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-equidae bħala annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel. Madankollu, minħabba l-frekwenza taċ-ċaqliq ta’ l-equidae meta mqabbla ma’ bhejjem oħra, wieħed ma għandux jipprova jistabbilixxi traċċabilità abitwali f’ħin reali ta’ l-equidae. L-identifikazzjoni ta’ l-equidae għandha għalhekk tkun l-ewwel pass f’sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-equidae li għandha ssir fil-qafas tal-Politika Komunitarja Ġdida dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali.

(37)

Bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-identifikazzjoni ta’ l-equidae fl-Istati Membri u biex jiġi żgurat li huma ċari u trasparenti, id-Deċiżjonijiet 93/623/KEE u 2000/68/KE għandhom jiġu revokati u mibdula b’dan ir-Regolament.

(38)

Għandhom jiġu pprovduti miżuri tranżizzjonali sabiex jippermettu lill-Istati Membri li jadattaw għar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament.

(39)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Kumitat Permanenti dwar iż-Żootekniċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ l-equidae:

(a)

imwielda fil-Komunità; jew

(b)

irrilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità skond il-proċedura doganali definita fl-Artikolu 4(16)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għal:

(a)

ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 u d-Deċiżjoni 96/78/KE; u

(b)

miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jirreġistraw stabbilimenti li jżommu l-equidae.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2(a) u (c) sa (f), (h) u (i) tad-Direttiva 90/426/KEE u l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 90/427/KEE għandhom japplikaw.

2.   Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“detentur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li hija sid ta’, jew li għandha fil-pussess tagħha, jew li hija inkarigata biż-żamma ta’, annimal equidae, sew jekk bi ħlas u sew jekk le, u sew jekk fuq bażi permanenti u sew fuq bażi temporanja, inkluż waqt it-trasport, fis-swieq, jew waqt kompetizzjonijiet, tlielaq jew avvenimenti kulturali;

(b)

“transponder” tfisser apparat passiv, li jinqara biss, għall-identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju:

(i)

li jikkonforma ma’ l-istandard ISO 11784 u li japplika teknoloġija HDX jew FDX-B; u

(ii)

li kapaċi jinqara minn apparat tal-qari kompatibbli ma’ l-istandard ISO 11785, f’distanza minima ta’ 12-il ċm;

(c)

“equidae” jew “annimali ekwini” tfisser mammali solipedi selvaġġi jew iddomestikati ta’ l-ispeċi kollha tal-ġenus Equus tal-familja Equidae, u r-razez imħallta tagħhom;

(d)

“numru tal-ħajja uniku” tfisser kodiċi alfanumeriku uniku ta’ 15-il ċifra li jiġbor informazzjoni dwar l-annimali equidae individwali u d-database u l-pajjiż fejn din l-informazzjoni tkun ġiet irrekordjata l-ewwel skond is-sistema ta’ kodifikar ta’ UELN (Universal Equine Life Number) u li jinkludi:

(i)

kodiċi ta’ identifikazzjoni b’sitt ċifri kompatibbli ma’ UELN għad-database imsemmija fl-Artikolu 21(1); segwit minn

(ii)

numru ta’ identifikazzjoni individwali b’disa’ ċifri assenjat lill-annimali equidae;

(e)

“smart card” tfisser apparat tal-plastik b’ċippa tal-kompjuter integrata li kapaċi taħżen id-dejta u tittrażmettiha elettronikament lil sistemi kompatibbli tal-kompjuter.

KAPITOLU II

DOKUMENT TA’ IDENTIFIKAZZJONI

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali u obbligu għall-identifikazzjoni ta’ l-equidae

1.   L-equidae msemmija fl-Artikolu 1(1) ma għandhomx jinżammu sakemm ma jkunux identifikati skond dan ir-Regolament.

2.   Meta d-detentur ma jkunx sid l-annimal equidae, huwa għandu jaġixxi fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament f’isem u fi qbil mal-persuna naturali jew ġuridika li tkun sid l-annimal equidae (“is-sid”).

3.   Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, is-sistema għall-identifikazzjoni ta’ l-equidae għandha tkun magħmula mill-elementi li ġejjin:

(a)

dokument ta’ identifikazzjoni għal ħajja waħda

(b)

metodu biex jiżġura rabta inekwivoka bejn id-dokument ta’ identifikazzjoni u l-annimal equidae;

(c)

database li żżomm id-dettalji ta’ identifikazzjoni taħt numru uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-annimal li għalih inħareġ dokument ta’ identifikazzjoni lil persuna rrekordjata f’dik id-database.

Artikolu 4

Entitajiet għall-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni għall-equidae

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1) għall-equidae rreġistrati jinħareġ mill-entitajiet li ġejjin (“entitajiet tal-ħruġ”):

(a)

l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni uffiċjalment approvata jew rikonoxxuta mill-Istat Membru jew mill-aġenzija uffiċjali ta’ l-Istat Membru kkonċernat, it-tnejn li huma kif imsemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 90/427/KEE, li tmexxi l-ktieb ġenealoġiku għal dik ir-razza ta’ annimal, kif imsemmi fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 90/426/KEE; jew

(b)

fergħa mal-kwartieri ġenerali tagħha fi Stat Membru ta’ assoċjazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali taż-żwiemel għall-kompetizzjoni jew tlielaq, kif imsemmi fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 90/426/KEE.

2.   Id-dokumenti ta’ identifikazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet f’pajjiż terz li joħorġu ċertifikati tar-razza skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 96/501/KE għandhom jitqiesu validi skond dan ir-Regolament għal equidae rreġistrati msemmija fl-Artikolu 1(1)(b).

3.   L-entità tal-ħruġ għad-dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1) għall-equidae għar-riproduzzjoni u produzzjoni għandha tiġi ddeżinjata mill-awtorità kompetenti.

4.   L-entitajiet tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jaġixxu skond dan ir-Regolament, partikolarment mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5, 8 sa 12, 14, 16, 17, 21 u 23.

5.   L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista ta’ entitajiet ta’ ħruġ u jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u l-pubbliku fuq websajt.

L-informazzjoni dwar l-entitajiet tal-ħruġ għandha tinkludi għallinqas id-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 19.

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jagħmlu dawk il-listi aġġornati disponibbli, il-Kummissjoni se tipprovdi websajt li kull Stat Membru għandu jipprovdi link għaliha mill-websajt nazzjonali tiegħu.

6.   Il-listi ta’ entitajiet tal-ħruġ f’pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitħejjew u jiġu aġġornati skond il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li fih tkun tinsab l-entità tal-ħruġ tiggarantixxi li:

(i)

l-entità tal-ħruġ tikkonforma mal-paragrafu 2;

(ii)

fil-każ ta’ entità tal-ħruġ approvata skond id-Direttiva 94/28/KE, għandha tikkonforma mar-rekwiżit ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21(3) ta’ dan ir-Regolament;

(iii)

il-listi ta’ entitajiet tal-ħruġ għandhom jitfasslu, jiġu aġġornati u kkomunikati lill-Kummissjoni;

(b)

il-Kummissjoni għandha:

(i)

tipprovdi lill-Istati Membri b’notifiki regolari dwar listi ġodda jew aġġornati li tkun irċeviet mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati skond il-punt (a)(iii);

(ii)

tieħu provvedimenti biex il-verżjonijiet aġġornati ta’ dawk il-listi jkunu disponibbli għall-pubbliku;

(iii)

fejn ikun meħtieġ, tinkludi l-kwistjoni marbuta mal-lista ta’ entitajiet tal-ħruġ f’pajjiżi terzi, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq l-aġenda tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żootekniċi għal deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE (28).

Artikolu 5

Identifikazzjoni ta’ equidae mwielda fil-Komunità

1.   L-equidae mwielda fil-Komunità għandhom jiġu identifikati permezz ta’ dokument ta’ identifkazzjoni wieħed skond il-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-equidae stipulat fl-Anness I (“dokument ta’ identifikazzjoni” jew “passaport”). Għandu jinħareġ għall-ħajja kollha ta’ l-annimal equidae.

Id-dokument ta’ identifikazzjoni għandu jkun f’għamla stampata u li ma tistax tiġi diviża u għandu jkun fih annotazzjonijiet biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa fit-Taqsimiet tiegħu li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ equidae rreġistrati, it-Taqsimiet I sa X;

(b)

fil-każ ta’ equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni, għallinqas it-Taqsimiet I, III, IV u IV sa IX.

2.   L-entità tal-ħruġ għandha tiżgura li ebda dokument ta’ identifikazzjoni ma jinħareġ għal annimal equidae sakemm ma tkunx imliet kif suppost it-Taqsima I tiegħu.

3.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 96/78/KE, u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-equidae rreġistrati għandhom jiġu identifikati fid-dokument ta’ identifikazzjoni skond ir-regoli ta’ l-entitajiet tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(1) jew (2) ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għal equidae rreġistrati, l-entità tal-ħruġ, kif imsemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u (2) ta’ dan ir-Regolament, għandha tipprovdi fit-Taqsima II tad-dokument ta’ identifikazzjoni l-informazzjoni fiċ-ċertifikat ta’ l-oriġini, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 90/427/KEE.

Skond il-prinċipji ta’ l-organizzazzjoni approvata jew rikonoxxuta ta’ riproduzzjoni li żżomm il-ktieb ġenealoġiku ta’ l-oriġini tar-razza ta’ l-annimal equidae rreġistrat ikkonċernat, iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jkun fih l-informazzjoni kollha dwar ir-razza, it-taqsima tal-ktieb ġenealoġiku msemmija fl-Artikolu 2 jew 3 tad-Deċiżjoni 96/78/KE u, fejn stabbilita, il-klassi tat-taqsima ewlenija li fih iddaħħal l-annimal equidae.

5.   Biex jinkiseb dokument ta’ identifikazzjoni, għandha titressaq applikazzjoni mid-detentur jew, fejn ikun rikjest speċifikament bil-liġi fl-Istat Membru fejn twieled l-annimal, mis-sid, fil-limiti ta’ żmien previsti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 7(1) għal dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, lill-entità tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3), u għandha tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-konformità ma’ dan ir-Regolament.

6.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 13(1), l-equidae imwielda fil-Komunità għandhom jiġu identifikati skond dan ir-Regolament qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena tat-twelid ta’ l-annimal equidae jew fi żmien sitt xhur wara d-data tat-twelid, liema data tkun l-aktar tard.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw il-perjodu massimu permess għall-identifikazzjoni ta’ l-annimal equidae għal sitt xhur.

L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga stipulata fit-tieni subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

7.   L-ordni tat-Taqsimiet u l-ordni numerika tagħhom ma għandhomx jinbidlu fid-dokument ta’ identifikazzjoni, ħlief fil-każ tat-Taqsima I li tista’ titqiegħed fin-nofs tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

8.   Id-dokument ta’ identifikazzjoni ma għandux jiġi ddupplikat jew sostitwit, ħlief kif ipprovdut fl-Artikoli 16 u 17.

Artikolu 6

Deroga mill-mili tat-Taqsima I tad-dokument ta’ identifikazzjoni

B’deroga mill-Artikolu 5(2), fejn transponder jiġi impjantat skond l-Artikolu 11, jew marka alternattiva individwali, li ma titħassarx u li tkun viżibbli, tiġi applikata skond l-Artikolu 12, l-informazzjoni fil-punti 3(b) sa (h) tal-Parti A tat-Taqsima I u fil-punti 12 sa 18 fid-dijagramma fil-Parti B tat-Taqsima I tad-dokument ta’ identifikazzjoni tista’ ma timteliex, jew inkella jista’ jintuża ritratt jew stampa li turi biżżejjed dettalji biex jiġi identifikat l-annimal equidae minflok ma timtela d-dijagramma.

Id-deroga prevista fl-ewwel paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ l-equidae stipulati mill-entitajiet tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(1), (2) u (3).

Artikolu 7

Derogi dwar l-identifikazzjoni ta’ ċerti equidae li jgħixu f’kundizzjonijiet selvaġġi jew semi-selvaġġi

1.   B’deroga mill-Artikolu 5(1), (3) u (5), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li equidae li jikkostitwixxu popolazzjonijiet definiti li jgħixu f’kundizzjonijiet selvaġġi jew semi-selvaġġi f’ċerti żoni, inklużi riservi naturali, li jiġu definiti minn dik l-awtorità, għandhom jiġu identifikati skond l-Artikolu 5 biss meta jitneħħew minn dawn iż-żoni u jitpoġġew f’użu domestiku.

2.   L-Istati Membri li biħsiebhom jagħmlu użu mid-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-popolazzjonijiet u ż-żoni kkonċernati:

(a)

fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

qabel jagħmlu użu minn dik id-deroga.

Artikolu 8

Identifikazzjoni ta’ l-equidae importati

1.   Id-detentur, jew fejn rikjest speċifikament bil-liġi fl-Istat Membru fejn l-annimali ikun impurtat, is-sid, għandu japplika għal dokument ta’ identifikazzjoni, jew għar-reġistrazzjoni tad-dokument ta’ identifikazzjoni eżistenti fid-database ta’ l-entità tal-ħruġ xierqa skond l-Artikolu 21, fi żmien 30 jum mid-data tat-tlestija tal-proċedura doganali, kif definit fl-Artikolu 4(16)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, fejn:

(a)

l-equidae jkunu importati fil-Komunità; jew

(b)

l-ammissjoni temporanja definita fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 90/426/KEE tiġi kkonvertita fi dħul permanenti skond l-Artikolu 19(iii) ta’ dik id-Direttiva.

2.   Meta annimal equidae, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikun akkumpanjat minn dokumenti li ma jkunux konformi ma’ l-Artikolu 5(1) jew ikun jonqoshom ċerta informazzjoni rikjesta skond dan ir-Regolament, l-entità tal-ħruġ għandha, fuq talba tad-detentur jew, fejn rikjest speċifikament mil-liġi fl-Istat Membru fejn l-annimal ikun impurtat, tas-sid:

(a)

timla dawk id-dokumenti sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5; u

(b)

iżżomm rekord tad-dettalji ta’ identifikazzjoni ta’ dak l-annimal equidae u l-informazzjoni komplementarja fid-database skond l-Artikolu 21.

3.   Meta d-dokumenti li jakkumpanjaw l-equidae kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux jistgħu jiġu emendati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5(1) u (2), ma għandhomx jitqiesu validi għal skopijiet ta’ identifikazzjoni skond dan ir-Regolament.

Meta d-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu jingħataw lill-entità tal-ħruġ jew jiġu invalidati minnha, dan il-fatt għandu jiġi rreġistrat fid-database imsemmija fl-Artikolu 21 u l-equidae għandhom jiġu identifikati skond l-Artikolu 5.

KAPITOLU III

KONTROLLI MEĦTIEĠA QABEL IL-ĦRUĠ TAD-DOKUMENTI TA’ IDENTIFIKAZZJONI U T-TRANSPONDERS

Artikolu 9

Verifika tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni singoli għall-equidae

Qabel jinħareġ dokument ta’ identifikazzjoni, l-entità tal-ħruġ jew il-persuna li taġixxi f’isimha, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa biex:

(a)

tivverifika li ebda dokument ta’ identifikazzjoni ma nħareġ diġà għall-annimal equidae ikkonċernat;

(b)

tipprevjeni l-ħruġ qarrieqi ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni multipli għal annimal equidae individwali.

Dawk il-miżuri għandhom jinvolvu għallinqas il-kontrolli tad-dokumenti u r-rekords elettroniċi xierqa disponibbli, il-kontroll ta’ l-annimal għal sinjali jew marki indikattivi ta’ xi identifikazzjoni preċedenti u l-applikazzjoni tal-miżuri pprovduti fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

Miżuri għall-individwazzjoni ta’ marki attivi preċedenti ta’ l-equidae

1.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jinkludu, għallinqas, miżuri għall-individwazzjoni ta’:

(a)

kwalunkwe transponder li kien impjantat qabel, permezz ta’ apparat tal-qari konformi ma’ l-istandard ISO 11785 u li kapaċi jaqra transponders HDX u FDX-B għallinqas meta l-apparat tal-qari jkun f’kuntatt dirett mal-wiċċ tal-ġisem fil-post fejn f’ċirkostanzi normali jiġi impjantat transponder;

(b)

kwalunkwe sinjal kliniku li jindika li transponder li ġie impjantat qabel tneħħa b’mod kirurġiku;

(c)

kwalunkwe marka alternattiva oħra fuq l-annimal applikata skond l-Artikolu 12(3)(b).

2.   Meta l-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 jindikaw l-eżistenza ta’ transponder li kien ġie impjantat preċedentement, jew kwalunkwe marka oħra alternattiva applikata skond l-Artikolu 12(3)(b), l-entità tal-ħruġ għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ equidae mwielda fi Stat Membru, għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni duplikat jew sostitut skond l-Artikoli 16 jew 17;

(b)

fil-każ ta’ equidae impurtat, għandha taġixxi skond l-Artikolu 8(2).

3.   Meta l-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1(b) jindikaw l-eżistenza ta’ transponder li kien ġie impjantat preċedentement, jew il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1(c) jindikaw l-eżistenza ta’ marka oħra alternattiva, l-entità tal-ħruġ għandha ddaħħal din l-informazzjoni b’mod xieraq fil-Parti A u fid-dijagramma fil-Parti B tat-Taqsima I tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

4.   Meta t-tneħħija mhux dokumentata ta’ transponder jew marka alternattiva msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu tiġi kkonfermata f’annimal equidae mwieled fil-Komunità, l-entità tal-ħruġ, kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) jew (3), għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni sostitut skond l-Artikolu 17.

Artikolu 11

Metodi elettroniċi ta’ verifika ta’ l-identità

1.   L-entità tal-ħruġ għandha tiżgura li fil-waqt ta’ l-ewwel identifikazzjoni, l-annimal equidae jiġi mmarkat attivament bl-impjantazzjoni ta’ transponder.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-kwalifika minima rikjesta għall-intervent imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew jaħtru l-persuna jew il-professjoni fdata b’dawn l-operazzjonijiet.

2.   It-transponder għandu jiġi impjantat parenteralment f’kundizzjonijiet aseptiċi bejn il-poll u l-gerista f’nofs l-għonq fiż-żona tal-ligament ta’ raqbet l-għonq.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-impjantazzjoni ta’ transponder f’post differenti fuq għonq l-annimal equidae, sakemm din l-impjantazzjoni alternattiva ma tikkompromettix il-benessri ta’ l-annimal u ma żżidx ir-riskju tal-migrazzjoni tat-transponder meta mqabbel mal-metodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

3.   Meta t-transponder jiġi impjantat skond il-paragrafi 1 u 2, l-entità tal-ħruġ għandha ddaħħal l-informazzjoni li ġejja fid-dokument ta’ identifikazzjoni:

(a)

fil-punt 5 tal-Parti A tat-Taqsima I, għallinqas l-aħħar 15-il ċifra tal-kodiċi trażmess mit-transponder u muri mill-apparat tal-qari wara li jiġi impjantat, flimkien ma’, fejn ikun xieraq, stiker adeżiva bil-bar-code jew stampa ta’ dak il-bar-code b’għallinqas dawk l-aħħar 15-il ċifra tal-kodiċi trażmessi mit-transponder;

(b)

fil-punt 11 tal-Parti A tat-Taqsima I, il-firma u t-timbru tal-persuna msemmija fil-paragrafu 1 li għamlet l-identifikazzjoni u impjantat it-transponder;

(c)

fil-punti 12 jew 13, id-dijagramma fil-Parti B tat-Taqsima I, skond liema naħa jkun ġie impjantat it-transponder, il-post fejn it-transponder ġie impjantat fl-annimal equidae.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3(a) ta’ dan l-Artikolu, fejn il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 26(2) jiġu implimentati għal annimal equidae preċedentement impjantat bi transponder li ma jikkonformax ma’ l-istandards definiti fl-Artikolu 2(2)(b), l-isem tal-manifattur jew is-sistema tal-qari għandu jiddaħħal fil-punt 5 tal-Parti A tat-Taqsima I fid-dokument ta’ identifikazzjoni.

5.   Meta Stati Membri jistipulaw regoli biex jiżguraw, skond l-istandards isemmija fl-Artikolu 2(2)(b), l-uniċità tan-numri murija mit-transponders impjantati minn entitajiet tal-ħruġ imsemmija fil-Artikolu 4(1)(a) li huma approvati skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/353/KEE mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati mingħajr ma jikkompromettu s-sistema ta’ identifikazzjoni stabbilita mill-entità tal-ħruġ fi Stat Membru ieħor jew fil-pajjiż terz li għamel l-identifikazzjoni skond dan ir-Regolament fuq talba tad-detentur jew, fejn rikjest speċifikament mil-liġi fl-Istat Membru fejn twieled l-annimal, mis-sid.

Artikolu 12

Metodi alternattivi ta’ verifika ta’ l-identità

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-identifikazzjoni ta’ equidae b’metodi alternattivi xierqa, inkluż marki, li jipprovdu garanziji xjentifiċi ekwivalenti li, waħidhom jew flimkien, jiżguraw li l-identità ta’ l-annimal equidae tkun tista’ tiġi vverifikata u li effettivament jipprevjenu d-duplikazzjoni tal-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni (“il-metodu alternattiv”).

L-entità tal-ħruġ għandha tiżgura li ebda dokument ta’ identifikazzjoni ma jinħareġ għal annimal equidae sakemm il-metodu alternattiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jiddaħħalx fil-punt 6 jew 7 tal-Parti A tat-Taqsima I tad-dokument ta’ identifikazzjoni u jiġu rreġistrati fid-database skond l-Artikolu 21(1)(f).

2.   Meta jintuża metodu alternattiv, id-detentur għandu jipprovdi l-mezz ta’ l-aċċess għal dik l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni jew għandu, jekk ikun il-każ, iġarrab l-ispejjeż tal-verifika ta’ l-identità ta’ l-annimal.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-metodi alternattivi bħala l-uniku mezz ta’ verifika ta’ l-identità għall-equidae ma jintużawx fil-maġġoranza ta’ l-equidae identifikati skond dan ir-Regolament;

(b)

il-marki viżibbli applikati lill-equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni ma jistgħux jiġu konfużi ma’ dawk riservati fuq it-territorju tagħhom għal equidae rreġistrati.

4.   L-Istati Membri li beħsiebhom jagħmlu użu mid-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku fuq websajt.

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jippubbliċċizzaw din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li kull Stat Membru għandu jipprovdi link għaliha mill-websajt nazzjonali tiegħu.

KAPITOLU IV

ĊAQLIQ U TRASPORT TA’ L-EQUIDAE

Artikolu 13

Ċaqliq u trasport ta’ equidae rreġistrati għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni

1.   Id-dokument ta’ identifikazzjoni għandu jakkumpanja l-equidae rreġistrati u l-equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni f’kull ħin.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, id-dokument ta’ identifikazzjoni ma għandux għalfejn jakkumpanja lill-equidae msemmija f’dak il-paragrafu fl-okkażjonijiet meta:

(a)

ikunu fl-istalla jew fil-mergħa, u d-dokument ta’ identifikazzjoni jkun jista’ jintwera mingħajr dewmien mid-detentur;

(b)

ikunu qed jiġu mċaqilqa temporanjament bil-pass jew:

(i)

fil-viċinanza ta’ l-istabbiliment fi ħdan Stat Membru b’tali mod li d-dokument ta’ identifikazzjoni jkun jista’ jiġi prodott fi żmien perjodu ta’ tliet sigħat; jew

(ii)

waqt ċaqliq ta’ l-għanem ta’ equidae ’l hinn u ’l hemm minn mergħa tas-sajf u d-dokumenti ta’ identifikazzjoni jkunu jistgħu jintwerew fl-istabbiliment tat-tluq;

(c)

ma jkunux miftuma u jakkumpanjaw lil ommhom jew omm adottiva;

(d)

ikunu qed jieħdu sehem f’taħriġ jew test ta’ kompetizzjoni jew avveniment ekwestri li jirrikjedihom joħorġu mill-post tal-kompetizzjoni jew l-avveniment;

(e)

ikunu mċaqilqa jew ittrasportati f’sitwazzjoni ta’ emerġenza marbuta ma’ l-annimali equidae nfushom jew, mingħajr ħsara għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/85/KE, ma’ l-istabbiliment fejn jiżammu.

Artikolu 14

Deroga għal ċerti movimenti u trasport mingħajr jew b’dokumenti ssimplifikati ta’ identifikazzjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 13(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza ċ-ċaqliq jew it-trasport fl-istess Stat Membru ta’ equidae msemmija f’dak il-paragrafu li ma jkunux akkumpanjati bid-dokument ta’ identifikazzjoni tagħhom, sakemm ikunu akkumpanjati bi smart card maħruġa mill-entità li tkun ħarġet id-dokument ta’ identifikazzjoni tagħhom u li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri, huma u jagħmlu użu mid-deroga pprovduta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jagħtu derogi lil xulxin li jkopru ċ-ċaqliq jew it-trasport ta’ l-equidae msemmija fl-Artikolu 13(1) fit-territorji tagħhom stess.

Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jagħtu derogi bħal dawn.

3.   L-entità tal-ħruġ għandha toħroġ dokument temporanju li jkun fih għallinqas referenza għan-numru uniku tal-ħajja u, meta jkun possibbli, il-kodiċi tat-transponder, li jippermetti li l-annimal equidae jiġi mċaqlaq jew ittrasportat fl-istess Stat Membru għal perjodu li ma jisboqx il-45 jum, u li matulu d-dokument ta’ identifikazzjoni għandu jingħata lill-entità tal-ħruġ jew lill-awtorità kompetenti għall-iskop ta’ l-aġġornament tad-dettalji ta’ identifikazzjoni.

4.   Meta, matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, annimal equidae jiġi ttrasportat lejn Stat Membru ieħor jew minn ġo Stat Membru ieħor lejn pajjiż terz, huwa għandu, irrispettivament mill-istatus tar-reġistrazzjoni tiegħu, jiġi akkumpanjat, flimkien mad-dokument temporanju, b’ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimal skond l-Anness C tad-Direttiva 90/426/KEE. Jekk l-annimal ma jkunx immarkat bi transponder jew jekk l-annimal ma jkunx identifikat b’metodu alternattiv skond l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimtela b’deskrizzjoni skond it-Taqsima I tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 15

Ċaqliq u trasport ta’ equidae għall-qtil

1.   Id-dokument ta’ identifikazzjoni maħruġ skond l-Artikoli 5(1) jew 8 għandu jakkumpanja l-equidae għall-qtil meta jkunu qed jiġu mċaqilqa jew ittrasportati lejn il-biċċerija.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza annimal equidae għall-qatla li ma kienx identifikat skond l-Artikolu 5, biex jiġi ttrasportat direttament mill-istabbiliment fejn twieled lejn il-biċċerija fl-istess Stat Membru bil-kundizzjoni li:

(a)

l-annimal equidae ikollu inqas minn 12-il xahar u jkollu stilel dentali viżibbli ta’ l-incisors temporanji laterali;

(b)

ikun hemm traċċabilità mhux interrotta mill-istabbiliment tat-twelid sal-biċċerija;

(c)

matul it-trasport lejn il-biċċerija, l-annimal equidae ikun identifikabbli individwalment skond l-Artikolu 11 jew 12;

(d)

il-konsenja tkun akkumpanjata mill-informazzjoni tal-katina alimentari skond it-Taqsima III ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li għandha tinkludi referenza għall-identifikazzjoni individwali msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu.

3.   L-Artikolu 19(1)(b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ ċaqliq jew trasport ta’ l-equidae għall-qtil skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU V

DUPLIKAZZJONI, SOSTITUZZJONI U SOSPENSJONI TAD-DOKUMENTI TA’ IDENTIFIKAZZJONI

Artikolu 16

Dokumenti ta’ identifikazzjoni duplikati

1.   Meta d-dokument ta’ identifikazzjoni oriġinali jintilef, iżda l-identità ta’ l-annimal equidae tkun tista’ tiġi stabbilita, partikolarment mill-kodiċi trażmess mit-transponder jew il-metodu alternattiv, u tkun disponibbli dikjarazzjoni tas-sjieda, l-entità tal-ħruġ, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni duplikat b’referenza għan-numru uniku tal-ħajja u d-dokument għandu jiġi mmarkat b’mod ċar bħala tali (’dokument ta’ identifikazzjoni duplikat’).

F’dawn il-każijiet, l-annimal equidae għandu jiġi kklassifikat fil-Parti II tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni duplikat bħala mhux maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem.

Id-dettalji tad-dokument ta’ identifikazzjoni duplikat maħruġ u l-klassifikazzjoni ta’ l-annimal equidae fit-Taqsima IX tiegħu għandhom jiddaħħlu b’referenza għan-numru uniku tal-ħajja fid-database, kif imsemmi fl-Artikolu 21.

2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-istatus ta’ l-annimal equidae bħala wieħed maħsub għall-qatla għall-konsum mill-bniedem għal perjodu ta’ sitt xhur meta d-detentur ikun jista’ juri b’mod sodisfaċenti fi żmien 30 jum mid-data ddikjarata tat-telf tad-dokument ta’ identifikazzjoni li l-istatus ta’ l-annimal equidae bħala wieħed maħsub għall-qatla għall-konsum mill-bniedem ma ġiex kompromess minn xi trattament mediċinali.

Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti għandha ddaħħal id-data tal-bidu tal-perjodu ta’ sospensjoni ta’ sitt xhur fl-ewwel kolonna tal-Parti III tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni duplikat, u timla t-tielet kolonna tiegħu.

3.   Meta d-dokument ta’ identifikazzjoni oriġinali mitluf kien inħareġ minn entità tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(2) f’pajjiż terz, id-dokument ta’ identifikazzjoni duplikat għandu jinħareġ minn dik l-entità tal-ħruġ oriġinali u mgħoddi lid-detentur, jew fejn speċifikament rikjest mil-liġi fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-annimal equidae, lis-sid, permezz ta’ l-entità tal-ħruġ jew l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru.

F’dawn il-każijiet, l-annimal equidae għandu jiġi kklassifikat fil-Parti II tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni duplikat bħala mhux maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem u l-annotazzjoni fid-database kif imsemmi fl-Artikolu 21(1)(l) għandha tiġi adattata kif xieraq.

Madankollu, id-dokument ta’ identifikazzjoni duplikat jista’ jinħareġ minn entità tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(1)(a) li tirreġistra equidae ta’ dik ir-razza jew minn entità tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) li tirreġistra equidae għal dak l-iskop fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-annimal equidae u fejn l-entità oriġinali tal-ħruġ oriġinali fil-pajjiż terz tkun qablet.

4.   Meta d-dokument ta’ identifikazzjoni oriġinali mitluf ikun inħareġ minn entità tal-ħruġ li ma tkunx għadha teżisti, id-dokument ta’ identifikazzjoni duplikat għandu jinħareġ minn entità tal-ħruġ fi Stat Membru fejn l-annimal equidae ikun jinsab skond il-paragrafu 1.

Artikolu 17

Dokumenti ta’ identifikazzjoni sostituti

Meta d-dokument ta’ identifikazzjoni oriġinali jintilef u l-identità ta’ l-annimal equidae ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, l-entità tal-ħruġ kif imsemmija fl-Artikolu 4(3) fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-annimal equidae għandha toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni sostitut (“dokument ta’ identifikazzjoni sostitut”) li għandu jkun immarkat b’mod ċar bħala tali u li jkun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5(1)(b).

F’dawn il-każijiet, l-annimal equidae għandu jiġi kklassifikat fil-Parti II tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni sostitut bħala mhux maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem.

Id-dettalji tad-dokument ta’ identifikazzjoni sostitut maħruġ u l-istatus ta’ reġistrazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ l-annimal equidae fit-Taqsima IX tiegħu għandhom jiġu adattati skond dan fid-database kif imsemmi fl-Artikolu 21 b’referenza għan-numru uniku tal-ħajja.

Artikolu 18

Sospensjoni tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għal skopijiet ta’ ċaqliq

Il-veterinarju uffiċjali għandu jissospendi l-validità għal skopijiet ta’ ċaqliq tad-dokument ta’ identifikazzjoni billi jagħmel annotazzjoni xierqa fit-Taqsima VIII tiegħu meta annimal equidae jinżamm jew ikun ġej minn stabbiliment li:

(a)

jkun soġġett għal ordni ta’ projbizzjoni skond l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 90/426/KEE; jew

(b)

ikun jinsab fi Stat Membru jew parti minnu li ma tkunx ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel.

KAPITOLU VI

IL-MEWT TA’ EQUIDAE U EQUIDAE MAĦSUBA GĦALL-QATLA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U R-REKORDS MEDIĊINALI

Artikolu 19

Il-mewt ta’ equidae

1.   Mal-qtil jew il-mewt ta’ l-annimal equidae, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

it-transponder għandu jiġi mħares minn użu qarrieqi sussegwenti, partikolarment mill-irkupru, qerda jew rimi fil-post;

(b)

id-dokument ta’ identifikazzjoni għandu jiġi invalidat għallinqas billi jiġi ttimbrat “invalidu” fuq l-ewwel paġna;

(c)

għandha tiġi kkomunikata dikjarazzjoni lill-entità tal-ħruġ, jew direttament jew permezzz tal-punt ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 23(4), b’referenza għan-numru uniku tal-ħajja ta’ l-annimal equidae li tgħid li l-annimal equidae ġie maqtul jew miet; u

(d)

id-dokument ta’ identifikazzjoni invalidat għandu jinqered.

2.   Il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn jew taħt is-superviżjoni ta’:

(a)

il-veterinarju uffiċjali:

(i)

fil-każ ta’ qtil f’biċċerija jew qtil għal skopijiet ta’ trażżin tal-mard, skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 90/426/KEE; jew

(ii)

wara l-qtil f’biċċerija, skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 90/426/KEE; jew

(b)

mill-awtorità kompetenti definita fl-Artikolu 2(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, fil-każ tar-rimi jew l-ipproċessar tal-karkassa skond l-Artikoli 4 jew 5 tar-Regolament.

3.   Fejn, kif rikjest fil-paragrafu 1(a), it-transponder ma jkunx jista’ jiġi rkuprat minn annimal equidae maqtul għall-konsum mill-bniedem, il-veterinarju uffiċjali għandu jiddikjara li l-laħam jew parti mil-laħam li fiha t-transponder mhuwiex xieraq/mhijiex xierqa għall-konsum mill-bniedem skond il-Kapitolu V(1)(n) tat-Taqsima II ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1(d), u mingħajr ħsara għar-regoli stampati fid-dokument ta’ identifikazzjoni mill-entità tal-ħruġ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri biex id-dokument invalidat jiġi rritornat lill-entità tal-ħruġ.

5.   Fil-każijiet kollha ta’ mewt jew telf ta’ l-annimal equidae mhux imsemmija f’dan l-Artikolu, id-detentur għandu jirritorna d-dokument ta’ identifikazzjoni lill-entità tal-ħruġ xierqa msemmija fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3) fi żmien 30 jum mill-mewta jew it-telfa ta’ l-annimal.

Artikolu 20

Equidae maħsuba għall-qatla għall-konsum mill-bniedem u r-rekords mediċinali

1.   Annimal equidae għandu jitqies maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem sakemm ma jiġix iddikjarat b’mod irriversibbli li mhux maħsub hekk fil-Parti II tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni bil-firma ta’:

(a)

id-detentur jew is-sid bid-diskrezzjoni tiegħu/tagħha, jew

(b)

id-detentur u l-veterinarju responsabbli li jaġixxi skond l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2001/82/KEE;

2.   Qabel kwalunkwe trattament skond l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2001/82/KE jew qabel kwalunkwe trattament bl-użu ta’ prodott mediċinali awtorizzat skond l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva, il-veterinarju responsabbli għandu jaċċerta li l-istatus ta’ l-annimal equidae ikun jew maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem, il-każ normali, jew bħala mhux maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem kif stabbilit fil-Parti II tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

3.   Meta t-trattament imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx permess għal annimal equidae maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem, il-veterinarju responsabbli għandu jiżgura li skond id-deroga mogħtija fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2001/82/KE l-annimal equidae ikkonċernat ikun iddikjarat b’mod irriversibbli bħala mhux maħsub għall-qtil għall-konsum mill-bniedem billi:

(a)

jimla u jiffirma l-Parti II tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni; u

(b)

jinvalida l-Parti III tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

4.   Meta annimal equidae għandu jiġi ttratat fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2001/82/KE, il-veterinarju responsabbli għandu jdaħħal fil-Parti II tat-Taqsima IX tad-dokument ta’ identifikazzjoni id-dettalji rekwiżiti tal-prodott mediċinali li fih sustanzi essenzjali għat-trattament ta’ l-equidae elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1950/2006.

Il-veterinarju responsabbli għandu jdaħħħal id-data ta’ l-aħħar amministrazzjoni, kif preskritta, ta’ dak il-prodott mediċinali u għandu, huwa u jaġixxi skond l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2001/82/KE, jinforma lid-detentur bid-data ta’ meta l-perjodu ta’ rtirar stabbilit skond l-Artikolu 10(3) ta’ dik id-Direttiva se jiskadi.

KAPITOLU VII

REKORDS U PENALI

Artikolu 21

Database

1.   Meta jinħareġ id-dokument ta’ identifikazzjoni, jew waqt ir-reġistrazzjoni ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni li nħarġu preċedentement, l-entità tal-ħruġ għandha żżomm rekord ta’ għallinqas l-informazzjoni li ġejja dwar l-annimal equidae fid-database tagħha:

(a)

in-numru uniku tal-ħajja;

(b)

l-ispeċi;

(c)

is-sess;

(d)

il-kulur;

(e)

id-data (il-jum, ix-xahar u s-sena) tat-twelid;

(f)

jekk ikun il-każ, għallinqas l-aħħar 15-il ċifra tal-kodiċi trażmess mit-transponder, jew il-kodiċi trażmess minn apparat għall-identifikazzjoni tal-frekwenza tar-radju mhux konformi ma’ l-istandard definit fl-Artikolu 2(2)(b) flimkien ma’ informazzjoni dwar is-sistema tal-qari meħtieġa, jew il-metodu alternattiv;

(g)

il-pajjiż tat-twelid;

(h)

id-data tal-ħruġ u kwalunkwe emenda tad-dokument ta’ identifikazzjoni;

(i)

l-isem u l-indirizz tal-persuna li lilha nħareġ id-dokument ta’ identifikazzjoni;

(j)

l-istatus ta’ equidae rreġistrati jew equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni;

(k)

isem l-annimal (isem tat-twelid u fejn applikabbli, l-isem kummerċjali);

(l)

l-istatus magħruf ta’ l-annimal bħala wieħed mhux maħsub għall-qatla għall-konsum mill-bniedem;

(m)

informazzjoni dwar kwalunkwe dokumenti ta’ identifikazzjoni duplikati jew sostituti skond l-Artikoli 16 u 17;

(n)

id-data notifikata tal-mewt ta’ l-annimal.

2.   L-entità tal-ħruġ għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rekords tad-database tagħha għallinqas għal 35 sena jew għallinqas sa sentejn mid-data tal-mewt ta’ l-annimal equidae kkomunikata skond l-Artikolu 19(1)(c).

3.   Minnufih wara li titniżżel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entità tal-ħruġ għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) u (n) ta’ dak il-paragrafu lid-database ċentrali fl-Istat Membru fejn twieled l-annimal equidae, jekk tali database ċentrali tkun saret disponibbli skond l-Artikolu 23.

Artikolu 22

Komunikazzjoni tal-kodiċi tad-databases lill-entitajiet tal-ħruġ

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ismijiet, l-indirizzi, inkluż dettalji ta’ komunikazzjoni u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni b’sitt ċifri kompatibbli ma’ UELN tad-databases ta’ l-entitajiet tal-ħruġ, disponibbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku fuq websajt.

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jippubbliċċizzaw din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li kull Stat Membru għandu jipprovdi link għaliha mill-websajt nazzjonali tiegħu.

Artikolu 23

Databases ċentrali u l-kooperazzjoni tagħhom u l-punti ta’ kuntatt

1.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-entità tal-ħruġ għandha tinkorpora l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 marbuta ma’ equidae imwielda jew identifikati fit-territorju tiegħu f’database ċentrali jew dik id-database ta’ l-entità tal-ħruġ għandha titpoġġa f’netwerk ma’ dik id-database ċentrali (“id-database ċentrali”).

2.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fit-tħaddim tad-databases ċentrali tagħhom skond id-Direttiva 89/608/KEE.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isem, l-indirizz u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni b’sitt ċifri kompatibbli ma’ UELN tad-databases ċentrali tagħhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku fuq websajt.

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jippubbliċċizzaw din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li kull Stat Membru għandu jipprovdi link għaliha mill-websajt nazzjonali tiegħu.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu punt ta’ kuntatt biex jirċievu d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1)(c) għal distribuzzjoni ulterjuri lill-entitajiet rispettivi tal-ħruġ approvati fit-territorju tagħhom.

Dak il-punt ta’ kuntatt jista’ jkun entità ta’ kollegament imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Id-dettalji dwar il-punt ta’ kuntatt, li jistgħu jiġu inkorporati fid-database ċentrali, għandhom isiru disponnibbli lil Stati Membri oħra u lill-pubbliku fuq websajt.

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jippubbliċċizzaw din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li kull Stat Membru għandu jipprovdi link għaliha mill-websajt nazzjonali tiegħu.

Artikolu 24

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penalitajiet li jgħoddu għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implementati. Il-penalitajiet stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009. Kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 25

Revoka

Id-Deċiżjonijiet 93/623/KEE u 2000/68/KE huma revokati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009.

Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-equidae li twieldu sat-30 Ġunju 2009 l-aktar tard, u identifikati b’dik id-data skond id-Deċiżjonijiet 93/623/KEE jew 2000/68/KE, għandhom jitqiesu identifikati skond dan ir-Regolament.

Id-dokumenti ta’ identifikazzjoni għal dawk l-equidae għandhom jiġu rreġistrati skond l-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   L-equidae li twieldu sat-30 Ġunju 2009 l-aktar tard, iżda mhux identifikati b’dik id-data skond id-Deċiżjonijiet 93/623/KEE jew 2000/68/KE, għandhom jiġu identifikati skond dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 27

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.

(3)  ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66.

(4)  ĠU L 298, 3.12.1993, p. 45. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/68/KE (ĠU L 23, 28.1.2000, p. 72).

(5)  ĠU L 23, 28.1.2000, p. 72.

(6)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 7. Id-Deċizjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16. Id-Deċizjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006.

(8)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(9)  ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1174/86 (ĠU L 107, 24.4.1986, p. 1).

(10)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(11)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(12)  ĠU L 19, 25.1.1996, p. 39.

(13)  ĠU L 192, 11.7.1992, p. 63.

(14)  ĠU L 210, 20.8.1996, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/186/KE (ĠU L 57, 25.2.2004, p. 27).

(15)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(16)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1246/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 21).

(17)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13).

(18)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(19)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(20)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(21)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2008 (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 8).

(22)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 17).

(23)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(24)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 33.

(25)  ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34.

(26)  http://www.ueln.net

(27)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1) Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(28)  ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36.


ANNESS I

DOKUMENT TA’ IDENTIFIKAZZJONI GĦALL-EQUIDAE

PASSAPORT

Ġenerali — Istruzzjonijiet

Dawn l-istruzzjonijiet tfasslu biex jgħinu lill-utent u m' għandhomx effett fuq ir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 504/2008.

I.   Il-passaport għandu jkun fih l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa għall-użu tagħhom u d-dettalji ta' l-entità tal-ħruġ bil-Franċiż, l-Ingliż u waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru jew il-pajjiż fejn l-entità tal-ħruġ ikollha l-kwartieri ġenerali tagħha.

II.   L-informazzjoni murija fuq il-passaport

A.   Il-passaporti għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

1.   Taqsimiet I u II – Identifikazzjoni

L-annimal equidae għandu jkun identifikat mill-awtorità kompetenti. In-numru ta' identifikazzjoni għandu jidentifika b'mod ċar l-annimal u l-entità li ħarġet id-dokument ta' identifikazzjoni u għandu jkun kompatibbli ma’ UELN.

Fil-punt 5 tat-Taqsima I għandu jitħalla spazju għall-inqas għal 15-il ċifra tal-kodiċi tat-transponder.

Fil-każ ta’ l-equidae irreġistrati, il-passaport għandu jkun fih ir-razza u l-klassi tal-ktieb ġenealoġiku li fih iddaħħal l-annimal skond ir-regoli ta' l-organizzazzjoni approvata ta' riproduzzjoni li ħarġet il-passaport.

2.   Taqsima III – Is-sid

L-isem tas-sid jew l-aġent/rappreżentant tiegħu għandu jingħata kull meta rikjest mill-entità tal-ħruġ.

3.   Taqsima IV – Rekords ta’ kontrolli ta’ l-identità

Kull meta l-liġijiet u r-regolamenti jkunu jirrikjedu hekk, il-kontrolli mwettqa dwar l-identità ta' l-annimal equidae għandhom ikunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

4.   Taqsimiet V u VI – Rekord tat-tilqim

It-tilqim kollu għandhom ikunu rrekordjati fit-Taqsima V (l-influwenza ta' l-equidae biss) u fit-Taqsima VI (it-tilqimiet l-oħrajn kollha). L-informazzjoni tista’ tkun f’għamla ta’ stiker.

5.   Taqsima VII – Testijiet tal-laboratorju rigward is-saħħa

Ir-riżultati tat-testijiet kollha mwettqa għall-individwazzjoni ta' mard li jittieħed għandhom ikunu rreġistrati.

6.   Taqsima VIII – Validità tad-dokument għal skopijiet ta' ċaqliq

Invalidar/rivalidar tad-dokument skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 90/426/KEE u lista ta' mard li għandhom jiġu notifikati b'mod obbligatorju.

7.   Taqsima IX – Amministrazzjoni ta’ prodotti veterinarji mediċinali,

Il-Parti I u II jew il-Parti III ta' din it-Taqsima għandhom jimtlew kif imiss skond l-istruzzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima.

B.   Il-passaport jista’ jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

Taqsima X – Rekwiżiti bażiċi tas-saħħa

TAQSIMA I

Parti A – Dettalji ta’ identifikazzjoni

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA I

Parti B – Dijagramma

Image

TAQSIMA II

Certificat d'origine

Certificate of Origin

Ċertifikat ta' l-Oriġini

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA III

[Għandha timtela biss jekk ikun meħtieġ u skond ir-regoli ta’ l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 90/426/KEE]

Détails de droit de propriété

1.

Pour les compétitions sous compétence de la Fédération équestre internationale, la nationalité du cheval est celle de son propriétaire.

2.

En cas de changement de propriétaire, le passeport doit être immédiatement déposé auprès de l'organisation, l'association ou le service officiel l'ayant délivré avec le nom et l'adresse du nouveau propriétaire afin de le lui transmettre après réenregistrement.

3.

S'il y a plus d'un propriétaire ou si le cheval appartient à une société, le nom de la personne responsable pour le cheval doit être inscrit dans le passeport ainsi que sa nationalité. Si les propriétaires sont de nationalités différentes, ils doivent préciser la nationalité du cheval.

4.

Lorsque la Fédération équestre internationale approuve la location d'un cheval par une Fédération équestre nationale, les détails de ces transactions doivent être enregistrés par la Fédération équestre nationale intéressée.

Dettalji tas-sjieda

1.

Għal skopijiet ta’ kompetizzjoni taħt l-awspiċji tal-Fédération équestre internationale, in-nazzjonalità taż-żiemel tkun dik tas-sid.

2.

Meta jinbidel is-sid, il-passaport għandu minnufih jingħata lill-organizzazzjoni, l-assoċjazzjoni jew l-aġenzija uffiċjali tal-ħruġ, filwaqt li jingħata l-isem u l-indirizz tas-sid il-ġdid, għal reġistrazzjoni ġdida u sottomissjoni lis-sid il-ġdid.

3.

Jekk ikun hemm iktar minn sid wieħed jew iż-żiemel ikun ta’ kumpanija, allura l-isem ta’ l-individwu responsabbli għaż-żiemel għandu jiddaħħal fil-passaport flimkien man-nazzjonalità tiegħu. Jekk is-sidien ikunu ta’ nazzjonalità differenti, għandhom jiddeterminaw in-nazzjonalità taż-żiemel.

4.

Meta l-Fédération équestre internationale tapprova l-kiri ta’ żiemel minn federazzjoni ekwestri nazzjonali, id-dettalji ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rrekordjati mill-federazzjoni ekwestri nazzjonali kkonċernata.

Details of ownership

1.

For competition purposes under the auspices of the Fédération équestre internationale the nationality of the horse is that of its owner.

2.

On change of ownership the passport must immediately be lodged with the issuing organization, association or official agency, giving the name and address of the new owner, for re-registration and forwarding to the new owner.

3.

If there is more than one owner or the horse is owned by a company, then the name of the individual responsible for the horse must be entered in the passport together with his nationality. If the owners are of different nationalities, they have to determine the nationality of the horse.

4.

When the Fédération équestre internationale approves the leasing of a horse by a national equestrian federation, the details of these transactions must be recorded by the national equestrian federation concerned.


Date d'enregistrement par l'organisation, l'association ou le service officiel

Date of registration, by the organisation, association, or official agency

Data tar-reġistrazzjoni, mill-organizzazzjoni, l-assoċjazzjoni jew l-aġenzija uffiċjali

Nom du propriétaire

Name of owner

Isem is-sid

Adresse du propriétaire

Address of owner

Indirizz tas-sid

Nationalité du propriétaire

Nationality of owner

Nazzjonalitá tas-sid

Signature du propriétaire

Signature of owner

Firma tas-sid

Cachet de l'organisation, association ou service officiel et signature

Organization, association or official agency stamp and signature

Firma u timbru ta’ l-organizzazzjoni, l-assoċjazzjoni jew l-aġenzija uffiċjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota għall-entità tal-ħruġ [m' għandhiex tiġi stampata fuq id-dokument ta’ identifikazzjoni]: It-test fil-punti 1 sa 4 ta’ din it-Taqsima, jew partijiet tagħha, għandhom jiġu stampati biss skond ir-regoli ta’ l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 90/426/KEE.]

TAQSIMA IV

Contrôles d'identité du cheval décrit dans ce passeport

L'identité de l'équidé doit être contrôlée chaque fois que les lois et règlements l'exigent: signer cette page signifie que le signalement du cheval/de l'équidé présenté est conforme à celui de la section I du passeport.

Kontroll ta’ l-identifikazzjoni taż-żiemel deskritt fil-passaport

L-identità ta’ l-annimal equidae għandha tiġi vverifikata kull darba li dan ikun meħtieġ mir-regoli u r-regolamenti u ċċertifikata li tkun konformi mad-deskrizzjonijiet fit-Taqsima I tal-passaport.

Control of identification of the horse described in the passport

The identity of the equine animal must be checked each time this is required by rules and regulations and certified that it conforms to the description given in Section I of the passport.


Date

Date

Data

Ville et pays

Town and country

Belt u pajjiż

Motif du contrôle (concours, certificat sanitaire, etc.)

Reason for check (event, health certificate, etc.)

Raġuni għall-kontroll (avveniment, ċertifikat sanitarju, eċċ.)

Signature, nom en capitales et qualité de la personne ayant vérifié l'identité

Signature, name (in capital letters) and capacity of official verifying the identification

Firma, isem (b'ittri kbar) u l-professjoni ta’ l-uffiċjal li jivverifika l-identifikazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA V

Grippe équine seulement

ou

Grippe équine dans le cadre de vaccins combinés

Enregistrement des vaccinations

Toute vaccination subie par le cheval/l'équidé doit être portée dans le cadre ci-dessous de façon lisible et précise avec le nom et la signature du vétérinaire.

Influwenza ta’ l-equidae biss

jew

influwenza ta' l-equidae permezz ta' vaċċini kombinati

Rekord tat-tilqim

Id-dettalji ta’ kull tilqima li ż-żiemel/l-annimal equidae ikun irċieva għandhom ikunu miktuba b’mod ċar u fid-dettall, u għandhom ikunu ċċertifikati bl-isem u l-firma tal-veterinarju.

Equine influenza only

or

equine influenza using combined vaccines

Vaccination record

Details of every vaccination which the horse/equine animal undergoes must be entered clearly and in detail, and certified with the name and signature of veterinarian.


Date

Date

Data

Lieu

Place

Post

Pays

Country

Pajjiż

Vaccin/Vaccine/Vaċċin

Nom en capitales et signature du vétérinaire

Name (in capital letters) and signature of veterinarian

Isem (b'ittri kapitali) u l-firma tal-veterinarju

Nom

Name

Isem

Numéro du lot

Batch number

Numru tal-lott

Maladie(s)

Disease(s)

Mard

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA VI

Maladies autres que la grippe équine

Enregistrement des vaccinations

Toute vaccination subie par l'équidé doit être portée dans le cadre ci-dessous de façon lisible et précise avec le nom et la signature du vétérinaire.

Mard ieħor minbarra l-influwenza ta’ l-equidae

Rekord tat-tilqim

Id-dettalji ta’ kull tilqima li ż-żiemel/l-annimal equidae ikun irċieva għandhom ikunu miktuba b’mod ċar u fid-dettall, u għandhom ikunu ċċertifikati bl-isem u l-firma tal-veterinarju.

Diseases other than equine influenza

Vaccination record

Details of every vaccination which the equine animal undergoes must be entered clearly and in detail, and certified with the name and signature of veterinarian.


Date

Date

Data

Lieu

Place

Post

Pays

Country

Pajjiż

Vaccin/Vaccine/Vaċċin

Nom en capitales et signature du vétérinaire

Name (in capital letters) and signature of veterinarian

Isem (b'ittri kapitali) u l-firma tal-veterinarju

Nom

Name

Isem

Numéro du lot

Batch number

Numru tal-lott

Maladie(s)

Disease(s)

Mard

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA VII

Contrôles sanitaires effectués par des laboratoires

Le résultat de tout contrôle effectué par un vétérinaire pour une maladie transmissible ou par un laboratoire agréé par le service vétérinaire gouvernemental du pays doit être noté clairement et en détails par le vétérinaire qui représente l'autorité demandant le contrôle.

Testijiet tal-laboratorju rigward is-saħħa

Ir-riżultat ta’ kull test imwettaq għal marda li jittieħed minn veterinarju jew laboratorju awtorizzat mis-servizzi veterinarji uffiċjali tal-pajjiż għandu jiddaħħal b'mod ċar u fid-dettall mill-veterinarju f'isem l-awtorità li rrikjediet it-test.

Laboratory health test

The result of every test carried out for a transmissible disease by a veterinarian or a laboratory authorised by the official veterinary service of the country must be entered clearly and in detail by the veterinarian acting on behalf of the authority requesting the test.


Date de prélèvement

Sampling date

Data tat-teħid tal-kampjun

Maladies transmissibles concernées

Transmissible disease tested for

Il-marda trażmissibbli kkonċernata

Nature de l’examen

Type of test

Tip ta’ test

Résultat de l’examen

Result of test

Riżultat tat-test

Laboratoire officiel d’analyse du prélèvement

Official laboratory to which sample is sent

Laboratorju uffiċjali li analizza l-kampjun

Nom en capitales et signature du vétérinaire

Name (in capital letters) and signature of veterinarian

Isem (b'ittri kapitali) u l-firma tal-veterinarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA VIII

INVALIDATION/REVALIDATION DU DOCUMENT DANS LE CADRE DES MOUVEMENTS

Conformément à l’article 4, paragraphe 4, de la directive 90/426/CEE

INVALIDATION/REVALIDATION OF THE DOCUMENT FOR MOVEMENT PURPOSES

in accordance with Article 4(4) of Directive 90/426/EEC

INVALIDAR/VALIDAR MILL-ĠDID TAD-DOKUMENT GĦAL SKOPIJIET TA’ ĊAQLIQ

skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 90/426/KEE

Date

Date

Data

Lieu

Place

Post

Validité du document

Validity of document

Validità tad-dokument

Maladie

Disease

Marela

[daħħal il-figura kif imsemmi hawn taħt]

Nom en capitales et signature du vétérinaire officiel

Name in capitals and signature of official veterinarian

Isem (b'ittri kapitali) u l-firma tal-veterinarju uffiċjali

Validité suspendue

Validity suspended

Validità sospiża

Validité rétablie

Validity re-established

Validità stabbilita mill-ġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MALADIES À DÉCLARATION OBLIGATOIRE – COMPULSORILY NOTIFIABLE DISEASES – MARD LI GĦANDU JIĠI NOTIFIKAT

1.

Peste équine — African horse sickness — Marda Afrikana taż-żwiemel

2.

Stomatite vésiculeuse — vesicular stomatitis — stomatite vesikulari

3.

Dourine — dourine — dourine

4.

Morve — glanders — glanders

5.

Encéphalomyélites équines (sous toutes ses formes, y compris la VEE) — equine encephalomyelitis (all types including VEE) — enċefalopatija ta’ l-equidae (it-tipi kollha inkluż il-VEE)

6.

Anémie infectieuse — equine infectious anaemia — anemija infettiva ta’ l-equidae

7.

Rage — rabies — rabja

8.

Fièvre charbonneuse — anthrax — antraks

TAQSIMA IX

Amministrazzjoni ta’ prodotti veterinarji mediċinali

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA X

Exigences sanitaires de base

Les exigences ne sont pas valables pour l'introduction dans la Communauté

Basic health requirements

These requirements are not valid to enter the Community

Rekwiżiti bażiċi tas-saħħa

Dawn ir-rekwiżiti mhux validi għad-dħul fil-Komunità

Je soussigné (1) certifie que l'équidé décrit dans ce passeport satisfait aux conditions suivantes:

I, the undersigned (1), hereby certify that the equine animal described in this passport satisfies the following conditions:

Jiena, hawn taħt iffirmat (1), b’dan niċċertifika li l-annimal equidae deskritt f’dan il-passaport jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il a été examiné ce jour, ne présente aucun signe clinique de maladie et est apte au transport;

it has been examined this day, presents no clinical sign of disease and is fit for transport;

ġie eżaminat illum, ma juri ebda sinjal kliniku ta’ mard u huwa fi stat tajjeb għat-trasport;

(b)

il n'est pas destiné à l'abattage dans le cadre d'un programme national d'éradication d'une maladie transmissible;

it is not intended for slaughter under a national eradication programme for a transmissible disease;

mhux maħsub għall-qtil fi programm nazzjonali ta’ eradikazzjoni għal marda li tittieħed;

(ċ)

il ne provient pas d'une exploitation faisant l'objet de mesures de restriction pour des motifs de police sanitaire et n'a pas été en contact avec des équidés d'une telle exploitation;

it does not come from a holding subject to restrictions for animal health reasons and has not been in contact with equidae on such a holding;

ma jiġix minn stabbiliment li huwa s-suġġett ta’ restrizzjonijiet għal raġunijiet sanitarji ta' l-annimali u ma kienx f’kuntatt ma’ equidae fi stabbiliment bħal dan;

(d)

à ma connaissance, il n'a pas été en contact avec des équidés atteints d'une maladie transmissible au cours des 15 jours précédant l'embarquement.

to the best of my knowledge, it has not been in contact with equidae affected by a transmissible disease during the 15 days prior to loading.

sa fejn naf jien, ma kienx f'kuntatt ma’ equidae affettwati minn marda li tittieħed matul il-15-il jum qabel il-ħatt.

LA PRÉSENTE CERTIFICATION EST VALABLE 10 JOURS À COMPTER DE LA DATE DE SA SIGNATURE PAR LE VÉTÉRINAIRE OFFICIEL

THIS CERTIFICATION IS VALID FOR 10 DAYS FROM THE DATE OF SIGNATURE BY THE OFFICIAL VETERINARIAN

DAN IĊ-ĊERTIFIKAT HUWA VALIDU GĦAL 10 IJIEM MID-DATA TA’ L-IFFIRMAR MILL-VETERINARJU UFFIĊJALI

Date

Date

Data

Lieu

Place

Post

Pour des raisons épidémiologiques particulières, un certificat sanitaire séparé accompagne le présent passeport

For particular epidemiological reasons, a separate health certificate accompanies this passport

Għal raġunijiet epidemjoloġiċi partikolari, ċertifikat sanitarju separat qed jakkumpanja dan il-passaport

Nom en capitales et signature du vétérinaire officiel

Name in capital letters and signature of official veterinarian

Isem b'ittri kapitali u l-firma tal-veterinarju uffiċjali

 

 

Oui/non (barrer la mention inutile)

Yes/no (delete as appropriate)

Iva/le (ħassar skond il-każ)

 

 

 

Oui/non (barrer la mention inutile)

Yes/no (delete as appropriate)

Iva/le (ħassar skond il-każ)

 

 

 

Oui/non (barrer la mention inutile)

Yes/no (delete as appropriate)

Iva/le (ħassar skond il-każ)

 

 

 

Oui/non (barrer la mention inutile)

Yes/no (delete as appropriate)

Iva/le (ħassar skond il-każ)

 

 

 

Oui/non (barrer la mention inutile)

Yes/no (delete as appropriate)

Iva/le (ħassar skond il-każ)

 

 

 

Oui/non (barrer la mention inutile)

Yes/no (delete as appropriate)

Iva/le (ħassar skond il-każ)

 


(1)  Ce document doit être signé dans les 48 heures précédant le déplacement international de l’équidé.

This document must be signed within 48 hours prior to international transport of equine animal.

Dan id-dokument għandu jiġi ffirmat fi żmien 48 siegħa qabel it-trasport internazzjonali ta’ l-annimal ekwidae.


ANNESS II

Informazzjoni li għandha tinħażen fuq l-ismart card

L-ismart card għandu jkun fiha ta’ l-anqas dan li ġej:

1.

Informazzjoni viżibbli:

l-entità tal-ħruġ

in-numru uniku tal-ħajja

l-isem

is-sess

il-kulur

l-aħħar 15-il ċifra tal-kodiċi trażmess mit-transponder (jekk applikabbli)

ritratt ta' l-annimali equidae;

2.

Informazzjoni elettronika aċċessibbli bl-użu ta’ softwer standard:

għallinqas l-informazzjoni obbligatorja fil-Parti A tat-Taqsima I tad-dokument ta' l-identifikazzjoni.