26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 114/87


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 379/2008

tal-25 ta’ April 2008

li jiddetermina l-allokazzjoni ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skond il-kwota msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta' Awissu 2006 li jistabilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward il-liċenzji ta' l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), u partikolarment l-Artikolu 33(2) tiegħu,

Billi:

Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esporatati lejn ir-Repubblika Dominikana skond kwota miftuħa għal dak il-pajjiż, L-applikazzjonijiet imressqa għas-sena tal-kwota 2008/2009 jkopru kwantitajiet li huma akbar minn dawk li huma disponibbli. B'konsegwenza ta' dan, għandhom ikunu stabbiliti koeffiċjenti ta' allokazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti b'applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-esportazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(2) tar-Regolalement (KE) Nru 1282/2006 mressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li ġejjin:

0,699913 għall-applikazzjonijiet imressqa għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006,

0,292810 għall-applikazzjonijiet imressqa għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).