28.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 86/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 284/2008

tas-27 ta’ Marzu 2008

li jintroduċi ċertu denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Lingot du Nord (IĠP), Cipolla Rossa di Tropea Calabria (IĠP), Marrone di Roccadaspide (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lingot du Nord” u t-talbiet imressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” u “Marrone di Roccadaspide” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan huma rreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 151, 5.7.2007, p. 21 (Lingot du Nord), ĠU C 160, 13.7.2007, p. 15 (Cipolla Rossa di Tropea Calabria), ĠU C 160, 13.7.2007, p. 19 (Marrone di Roccadaspide).


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

FRANZA

Lingot du Nord (IĠP)

L-ITALJA

Cipolla Rossa di Tropea Calabria (IĠP)

Marrone di Roccadaspide (IĠP)