23.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 18/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 52/2008

tat-22 ta’ Jannar 2008

dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja applikabbli għas-sena 2008 u għas-snin li jsegwu għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Iżlanda li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/492/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda (2) u, b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, approvat bid-Deċiżjoni 1999/492/KE, jipprovdi għal kwota ta’ tariffa annwali għal importazzjonijiet mill-Iżlanda ta’ prodotti tal-ħelu biz-zokkor u ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fih il-kawkaw. Huwa meħtieġ li tinfetaħ dik il-kwota għall-2008 u għas-snin ta’ wara.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa skond dawk ir-regoli.

(3)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 u għas-snin li jsegwu, il-prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda u importati fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness se jkunu sottomessi għad-dazji stabbiliti fl-Anness fil-limiti tal-kwota annwali indikata fih.

Artikolu 2

Il-kwota ta’ tariffa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun immaniġġata mill-Kummissjoni skond Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 47.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

Nru ta’ l-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota Annwali

Rata applikabbli tad-dazju

09.0799

1704 90 10

1704 90 30

1704 90 51

1704 90 55

1704 90 61

1704 90 65

1704 90 71

1704 90 75

1704 90 81

1704 90 99

Ħelu magħmul miz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda) li ma fihx kawkaw, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1704 90

500 tunnellata

50 % tar-rata tad-dazju għall-pajjiżi terzi (1) sa massimu ta’ 35,15 EUR/100 kg

1806 32 10

1806 32 90

1806 90 11

1806 90 19

1806 90 31

1806 90 39

1806 90 50

1806 90 60

1806 90 70

1806 90 90

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fihom il-kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1806 32 , 1806 90 .

1905 31 11

1905 31 19

1905 31 30

1905 31 91

1905 31 99

1905 32 11

1905 32 19

1905 32 91

1905 32 99

Gallettini ħelwin, waffles u wejfers li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċijiet NM 1905 31 u 1905 32 , għajr għall-waffles u wejfers b’kontenut ta’ ilma li jaqbeż l-10 % tal-piż


(1)  Ir-rata tad-dazju għal pajjiżi terzi: rata magħmula mid-dazju ad volorem flimkien, fejn xieraq, mal-komponent agrikolu, limitat għar-rata massima meta stipulat fit-Tariffa Komuni Doganali.