23.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 345/68


DIRETTIVA 2008/112/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 u l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (3) jipprevedi l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi u t-taħlitiet fil-Komunità. Dak ir-Regolament ser jissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-Regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi (4) kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonijiet perikolużi (5).

(2)

Ir-Regolament (KE) 1272/2008 jibni fuq l-esperjenza mad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u jinkorpora l-kriterji għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi u t-taħlitiet stipulati fis-Sistema Armonizzata Globali tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar tal-Kimiċi (GHS) li ġiet adottata fil-livell internazzjonali, fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar stabbiliti fid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE jservu wkoll għall-għan tal-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja oħra, bħad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (6), id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta’ Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli (7), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (8), id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (9), id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (10) u d-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta’ emmissjonijiet ta’ komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi (11).

(4)

L-inkorporazzjoni tal-kriterji GHS fil-leġislazzjoni Komunitarja twassal għall-introduzzjoni ta’ klassijiet u kategoriji ta’ periklu ġodda li jikkorrispondu biss parzjalment għall-arranġamenti tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar previsti bid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE. Analiżi dwar l-effetti potenzjali tat-tranżizzjoni mis-sistema l-qadima għall-ġdida tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar wasslet għall-konklużjoni li, bl-adattament tar-referenzi għall-kriterji ta’ klassifikazzjoni fid-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 2000/53/KE u 2002/96/KE għas-sistema l-ġdida introdotta bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti rispettivi għandhom jinżammu.

(5)

Jeħtieġ ukoll li tiġi adattata d-Direttiva 76/768/KEE sabiex tqis l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (12) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni.

(6)

Huwa opportun li d-Direttiva 1999/13/KE issir konformi mat-tibdil tal-frażi ta’ riskju R40 biż-żewġ frażijiet ta’ riskju R40 u R68 taħt id-Direttiva 67/548/KEE, sabiex tkun żgurata tranżizzjoni korretta għad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(7)

It-tranżizzjoni mill-kriterji għall-klassifikazzjoni misjuba fid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE għandha titlesta bis-sħiħ fl-1 ta’ Ġunju 2015. Il-manifatturi ta’ kosmetiċi, ġugarelli, żebgħa, verniċi, prodotti ta’ raffinar għall-vetturi, vetturi u tagħmir elettriku u elettroniku huma manifatturi, importaturi jew utenti “downstream” fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif huma wkoll l-operaturi li l-attivitajiet tagħhom huma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE. Kollha kemm huma għandhom jingħataw iċ-ċans li jfasslu l-istrateġija ta’ tranżizzjoni tagħhom taħt din id-Direttiva f’perjodu ta’ żmien simili għal dak taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(8)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (13), l-Istati Membri huma inkorraġġiti biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(9)

Id-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 76/768/KEE

Id-Direttiva 76/768/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bil-kelma “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu.

(2)

fl-Artikolu 4a(1), il-punt d għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

it-twettiq fuq it-territorju tagħhom ta’ ttestjar ta’ annimali ta’ ingredjenti jew kombinazzjonijiet ta’ ingredjenti sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, mhux aktar tard mid-data li fiha testijiet tali huma meħtieġa li jinbidlu b’metodu jew metodi vvalidat(i) elenkati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (*), jew fl-Anness IX ta’ din id-Direttiva.

(*)  ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.”;"

(3)

mill-1 ta’ Diċembru 2010, l-Artikolu 4b għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4b

L-użu fi prodotti kosmetiċi ta’ sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċi għar-riproduzzjoni, ta’ kategorija 1 A, 1B jew 2, taħt il-parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (**) għandu jiġi pprojbit. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10 (2). Sustanza kklassifikata fil-kategorija 2 tista’ tintuża fil-kosmetiċi jekk is-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur (SCCS) u misjuba aċċettabbli għall-użu fil-prodotti kosmetiċi.

(**)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”;"

(4)

mill-1 ta’ Diċembru 2010, fl-Artikolu 7a(1), l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa taħt il-punt (a) li tkun aċċessibbli pubblikament għandha tkun limitata għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

(a)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(b)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(ċ)

klassi ta’ periklu 4.1;

(d)

klassi ta’ periklu 5.1.”;

(5)

fl-Anness IX, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Dan l-Anness jelenka l-metodi alternattivi vvalidati miċ-Ċentru Ewropew dwar il-Validazzjoni ta’ Metodi Alternattivi (Ecvam) taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta disponibbli sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li mhumiex elenkati fir-Regolament (KE) Nru 440/2008.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 88/378/KEE

Id-Direttiva 88/378/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bi “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu;

(2)

mill-1 ta’ Diċembru 2010, fit-taqsima 2 tal-parti II tal-Anness II, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

Il-ġugarelli ma jistax ikollhom sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jieħdu n-nar kawża tat-telf ta’ komponenti volatili li ma jieħdux in-nar jekk, għal raġunijiet essenzjali għat-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari materjali u tagħmir għal esperimenti tal-kimika, immuntar ta’ mudelli, mudellar bil-plastik jew biċ-ċeramika, xogħol ta’ żmalt, fotografija jew attivitajiet simili, dawn il-ġugarelli jkun fihom taħlitiet li huma perikolużi hekk kif definit fid-Direttiva 67/548/KEE jew sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (***):

(i)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii)

klassi ta’ periklu 4.1;

(iv)

klassi ta’ periklu 5.1.

(***)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”;"

(3)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, fit-taqsima 2 tal-parti II tal-Anness II, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

Il-ġugarelli m’għandux ikollhom sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jieħdu n-nar kawża tat-telf ta’ komponenti volatili li ma jieħdux in-nar jekk, għal raġunijiet essenzjali għat-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari materjali u tagħmir għal esperimenti tal-kimika, immuntar ta’ mudelli, mudellar bil-plastik jew biċ-ċeramika, xogħol ta’ żmalt, fotografija jew attivitajiet simili, dawn il-ġugarelli jkun fihom sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (****).

(i)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii)

klassi ta’ periklu 4.1;

(iv)

klassi ta’ periklu 5.1.

(****)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”;"

(4)

mill-1 ta’ Diċembru 2010, fit-taqsima 3 tal-parti II tal-Anness II, l-ewwel paragrafu tal-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.

Il-ġugarelli m’għandux ikollhom taħlitiet perikolużi skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi (*****) jew sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet u kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

(a)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(b)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(ċ)

klassi ta’ periklu 4.1;

(d)

klassi ta’ periklu 5.1,

f’ammonti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tat-tfal li jużawhom. Huwa pprojbit, f’kwalunkwe każ, li jiġu inklużi, f’ġugarell, sustanzi jew taħlitiet tali jekk dawn huma maħsuba għall-użu waqt li l-ġugarell ikun qed jintuża.

(*****)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.”;"

(5)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, fit-taqsima 3 tal-parti II tal-Anness II, l-ewwel paragrafu tal-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.

Il-ġugarelli m’għandux ikollhom sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet u kategoriji ta’ stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(a)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(b)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(ċ)

klassi ta’ periklu 4.1;

(d)

klassi ta’ periklu 5.1;

f’ammonti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tat-tfal li jużawhom. Huwa pprojbit, f’kwalunkwe każ, li jiġu inklużi, f’ġugarell, sustanzi jew taħlitiet perikolużi tali jekk dawn huma maħsuba għall-użu waqt li l-ġugarell ikun qed jintuża.”;

(6)

mill-1 ta’ Diċembru 2010, fit-taqsima 4 tal-Anness IV, it-titolu u l-punt (a) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“4.   Ġugarelli li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet minnhom infushom perikolużi. Ġugarelli kimiċi.

(a)

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ ġugarelli li fihom taħlitiet minnhom infushom perikolużi jew sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbilti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

(i)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii)

klassi ta’ periklu 4.1;

(iv)

klassi ta’ periklu 5.1,

għandu jkollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-utent sabiex jiġu evitati perikli assoċjati magħhom, li għandhom jiġu speċifikati fil-qosor skont it-tip ta’ ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta’ inċidenti serji kkawżati mill-użu ta’ dan it-tip ta’ ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jingħad ukoll li l-ġugarelli għandhom jinżammu 'l bogħod mit-tfal iż-żgħar ħafna.”;

(7)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, fit-taqsima 4 tal-Anness IV, it-titolu u l-punt (a) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“4.   Ġugarelli li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet minnhom infushom perikolużi. Ġugarelli kimiċi.

(a)

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ ġugarelli li fihom sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbilti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament

(i)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii)

klassi ta’ periklu 4.1;

(iv)

klassi ta’ periklu 5.1,

għandu jkollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-utent sabiex jiġu evitati perikli assoċjati magħhom, li għandhom jiġu speċifikati b’mod konċiż skont it-tip ta’ ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta’ inċidenti serji kkawżati mill-użu ta’ dan it-tip ta’ ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jingħad ukoll li l-ġugarelli għandhom jinżammu 'l bogħod mit-tfal iż-żgħar ħafna.”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 1999/13/KE

Id-Direttiva 1999/13/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bi “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu;

(2)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

mill-1 ta’ Diċembru 2010, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Sustanzi jew taħlitiet li, minħabba l-kontenut ta’ VOCs tagħhom klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (******) huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom id-dikjarazzjonijiet ta’ riskju H340, H350, H350i, H360D jew H360F jew il-frażijiet ta’ riskju R45, R46, R49, R60 jew R61 għandhom jinbidlu, safejn huwa possibbli u billi titqies il-gwida msemmija fl-Artikolu 7 (1), b’sustanzi jew taħlitiet ta’ anqas ħsara fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli.

(******)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”;"

(b)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Sustanzi jew taħlitiet li, minħabba l-kontenut ta’ VOCs tagħhom klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (*******) huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom id-dikjarazzjonijiet ta’ riskju H340, H350, H350i, H360D jew H360F għandhom jinbidlu, safejn huwa possibbli u billi titqies il-gwida kif imsemmija fl-Artikolu 7(1), b’sustanzi jew taħlitiet ta’ anqas ħsara fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli.

(*******)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”;"

(ċ)

il-paragrafu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “il-frażi ta’ riskju R40” għandhom jinbidlu b’ “il-frażijiet ta’ riskju R40 jew R68”;

(ii)

il-kliem “it-tikkettar R40” għandhom jinbidlu b’ “it-tikkettar R40 jew R68”;

(iii)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-kliem “il-frażijiet ta’ riskju R40 jew R68” għandhom jinbidlu bi “id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341 jew H351”;

(iv)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-kliem “it-tikkettar R40 jew R68” għandhom jinbidlu bi “id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341 jew H351”;

(d)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, fil-paragrafu 9, il-kliem “frażijiet ta’ riskju” għandhom jinbidlu bi “dikjarazzjonijiet ta’ periklu”;

(e)

il-paragrafu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “it-tikkettar R40, R60 jew R61” għandhom jinbidlu bi “il-frażijiet ta’ riskju R40, R68, R60 jew R61”;

(ii)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-kliem “il-frażijiet ta’ riskju R40, R68, R60 jew R61” għandhom jinbidlu bi “id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341, H351, H360F jew H360D”.

Artikolu 4

Emenda għad-Direttiva 2000/53/KE

Mill-1 ta’ Diċembru 2010, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE, il-punt 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“11.

‘sustanzi perikolużi’ tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (********);

(a)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(b)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(ċ)

klassi ta’ periklu 4.1;

(d)

klassi ta’ periklu 5.1.

Artikolu 5

Emendi għad-Direttiva 2002/96/KE

Id-Direttiva 2002/96/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bi “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu.

(2)

mill-1 ta’ Diċembru 2010, fl-Artikolu 3, il-punt (l) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(l)

‘sustanza jew taħlita perikoluża’ tfisser kwalunkwe taħlita perikoluża li għandha titqies perikoluża taħt id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l- approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet (*********) perikolużi jew kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet u kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (**********):

(i)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii)

klassi ta’ periklu 4.1;

(iv)

klassi ta’ periklu 5.1.

(*********)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1."

(**********)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”;"

(3)

mill-1 ta’ Ġunju 2015, fl-Artikolu 3, il-punt (l) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(l)

‘sustanza jew taħlita perikoluża’ tfisser kwalunkwe sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (***********).

(i)

klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;

(ii)

klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra minbarra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;

(iii)

klassi ta’ periklu 4.1;

(iv)

klassi ta’ periklu 5.1;

(***********)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”;"

(4)

fit-taqsima 1 tal-Anness II, it-tlettax-il inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

komponenti li fihom fibri taċ-ċeramika refrattivi kif deskritti fil-parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”;

Artikolu 6

Emenda għad-Direttiva 2004/42/KE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/42/KE huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-kelma “preparazzjoni” għandha tinbidel b’ “taħlita”;

(b)

fil-paragrafu 8, il-kelma “preparazzjoni” għandha tinbidel b’ “taħlita”.

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa l-1 ta’ April 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 8

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  ĠU C 120, 16.5.2008, p. 50.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2008.

(3)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(4)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(5)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(6)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(7)  ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.

(8)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.

(10)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(11)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

(12)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni kkorreġuta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(13)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.