5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/7


DIRETTIVA 2008/103/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Novembru 2008

li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2006/66/KE (3) għandu jiġi ċċarat sabiex il-batteriji u l-akkumulaturi li tqiegħdu fis-suq legalment fi kwalunkwe parti tal-Komunità qabel is-26 ta’ Settembru 2008 u li mhumiex konformi ma' dik id-Direttiva jistgħu jibqgħu fis-suq fil-Komunità wara din id-data. Din il-kjarifika tagħti ċ-ċertezza legali fir-rigward ta’ batteriji li jkunu tqiegħdu fis-suq fil-Komunità u tiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Il-kjarifika hija konsistenti mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni ta’ l-iskart u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi.

(2)

Id-Direttiva 2006/66/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2006/66/KE

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2006/66/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li batteriji jew akkumulaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma jitqiegħdux fis-suq wara s-26 ta’ Settembru 2008.

Batteriji u akkumulaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u li jitqiegħdu fis-suq wara din id-data għandhom jiġu rtirati mis-suq.”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-5 ta’ Jannar 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Lulju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2008.

(3)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.