18.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 158/41 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/61/KE
tas-17 ta’ Ġunju 2008
li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għal pjanti jew prodotti mill-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u partikolarment l-Artikoli 3(8), 4(5), 5(5) u 13b(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/44/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (2) ġiet emendata (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, organiżmi ta’ ħsara elenkati fl-Annessi I u II tagħha, kemm jekk waħedhom kif ukoll jekk assoċjati mal-pjanti jew prodotti mill-pjanti rilevanti elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva, ma jistgħux jiddaħħlu u jinxterdu permezz ta’ moviment fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha. |
(3) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Anness III tagħha ma jistgħux jidħlu fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha. |
(4) |
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, ma jistgħux jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha jekk il-ħtiġijiet speċjali rilevanti indikati f’dak l-Anness ma jkunux imħarsa. |
(5) |
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Anness V, Parti B, tad-Direttiva 2000/29/KE, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi ma jistgħux jiddaħħlu fil-Komunità jekk ma jkunux konformi ma’ l-istandards u l-ħtiġijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva u jkollhom magħhom ċertifikat fitosanitarju uffiċjali li jiżgura li jkun hemm din il-konformità, u li wkoll ikunu spezzjonati fuq bażi uffiċjali għal konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
(6) |
Madankollu, l-Artikoli 3(8), 4(5), 5(5) u 13b(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jipprovdu li dawk ir-regoli ma japplikawx għad-dħul u għall-moviment ta’ dawn l-organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali, skond kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti fuq livell Komunitarju. |
(7) |
Għalhekk, jeħtieġ li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu fil-każ ta’ dan id-dħul jew moviment, sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara. |
(8) |
Il-kondizzjonijiet imsemmija għal materjal skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat il-kummerċ tagħhom (4) u skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (5), u dispożizzjonijiet oħra aktar speċifiċi tal-Komunità dwar speċi f’periklu ta’ fawna u flora selvaġġi u organiżmi modifikati ġenetikament, m’humiex milquta minn din id-Direttiva. |
(9) |
Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li għal kull attività ta’ prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-attivitajiet”, li jinvolvu l-użu ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn skond l-Artikoli 3(8), 4(5), 5(5) jew 13b(4) tad-Direttiva 2000/29/KE, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-materjal”, tintbagħat applikazzjoni lill-korpi uffiċjali responsabbli qabel id-dħul jew il-moviment ta’ kull materjal ta’ din ix-xorta ġewwa Stat Membru jew żoni protetti rilevanti tiegħu.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tispeċifika għall-inqas dan li ġej:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli mill-attivitajiet; |
(b) |
l-isem jew l-ismijiet xjentifiċi tal-materjal, inkluż l-organiżmu ta’ ħsara kkonċernat, fejn ikun xieraq; |
(ċ) |
it-tip ta’ materjal; |
(d) |
il-kwantità ta’ materjal; |
(e) |
il-post ta’ l-oriġini tal-materjal, bi prova dokumentata xierqa għal materjal li jkollu jidħol minn pajjiż terz; |
(f) |
it-tul ta’ żmien, tip u għanijiet ta’ l-attivitajiet maħsuba, inkluż mill-inqas, ġabra fil-qosor tax-xogħol u indikazzjoni tal-provi jew skopijiet xjentifiċi jew ta’ xogħol fuq selezzjonijiet varjetali; |
(g) |
l-indirizz u d-deskrizzjoni tas-sit jew siti speċifiċi għal żamma fi kwarantina u, fejn ikun japplika, biex isiru testijiet; |
(h) |
il-post ta’ l-ewwel ħażna jew ta’ l-ewwel tħawwil, kif jixraq, wara li l-materjal ikun ġie rilaxxat uffiċjalment, fejn ikun xieraq; |
(i) |
il-metodu propost għall-qerda jew trattament tal-materjal meta jitlestew l-attivitajiet approvati, fejn ikun xieraq; |
(j) |
il-punt propost għad-dħul fil-Komunità ta’ materjal li jkun ġej minn pajjiż terz. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom, malli jirċievu l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, japprovaw l-attivitajiet ikkonċernati, jekk ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Anness I jitħarsu.
L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-approvazzjoni msemmija f’kull waqt jekk ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Anness I ma jibqgħux jitħarsu.
2. Wara l-approvazzjoni ta’ l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japprovaw id-dħul jew il-moviment fl-Istat Membru jew f’żoni protetti rilevanti tal-materjal imsemmi fl-applikazzjoni, sakemm dan il-materjal ikun akkumpanjat f’kull każ b’ittra ta’ awtorizzazzjoni għal dan id-dħul jew moviment ta’ organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ittra ta’ awtorizzazzjoni”, li tkun skond il-mudell li jidher fl-Anness II u tkun maħruġa mill-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru li fih ikunu ser isiru l-attivitajiet, u,
(a) |
fil-każ ta’ materjal li joriġina fil-Komunità:
|
(b) |
fil-każ ta’ materjal li jkun iddaħħal minn pajjiz terz;
|
Fil-każijiet kollha l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal jinżamm f’kondizzjonijiet ta’ kwarantina matul id-dħul jew il-moviment imsemmi, u li jittieħed direttament u minnufih lejn is-sit jew siti speċifikati fl-applikazzjoni.
3. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jissorvelja l-attivitajiet approvati u għandu jiżgura li:
(a) |
il-kondizzjonijiet ta’ żamma fi kwarantina u kondizzjonijiet ġenerali oħra speċifikati skond l-Anness I jitħarsu sakemm idumu sejrin l-attivitajiet, b’eżami tal-postijiet u l-attivitajiet f’ħinijiet xierqa; |
(b) |
il-proċeduri li ġejjin huma applikati skond it-tip ta’ attivitajiet approvati:
|
(ċ) |
kull kontaminazzjoni tal-materjal minn organiżmi ta’ ħsara elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE u kull organiżmu ieħor ta’ ħsara kkunsidrat bħala riskju għall-Komunità mill-korp uffiċjali responsabbli u li jkun instab matul l-attività għandhom ikunu kkomunikati minnufih lill-korp uffiċjali responsabbli mill-persuna responsabbli għall-attivitajiet, flimkien ma’ avviż f’każ li jirriżulta li tali organiżmi jkunu ħarġu fl-ambjent. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-attivitajiet li fihom isir użu minn pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2000/29/KE u li m’humiex koperti mill-Parti A, Sezzjonijiet I, II u III ta’ l-Anness III ta’ din id-Direttiva, għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta’ kwarantina, inkluż l-ittestjar. Dawn il-miżuri ta’ kwarantina għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Id-dettalji ta’ dawn il-miżuri ta’ kwarantina għandhom jitlestew u jiddaħħlu fl-Anness III ta’ din id-Direttiva malli l-informazzjoni teknika meħtieġa tkun disponibbli.
Artikolu 3
1. Qabel l-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista, bi kwantitajiet, ta’ dħul u movimenti ta’ materjal approvat b’din id-Direttiva matul il-perjodu preċedenti ta’ sena li jintemm fit-30 ta’ Ġunju, u b’kull kontaminazzjoni minn organiżmi ta’ ħsara ta’ materjal bħal dan, li jkun ġie kkonfermat skond il-miżuri ta’ kwarantina, inklużi l-ittestjar li jkunu saru skond l-Anness III, matul l-istess perjodu.
2. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw amministrattivament permezz ta’ l-awtoritajiet stabbiliti jew maħtura skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2000/29/KE, fir-rigward ta’ l-għoti tad-dettalji tal-kondizzjonijiet ta’ żamma fi kwarantina u ta’ miżuri imposti għal attivitajiet approvati b’din id-Direttiva.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf b’dan lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 5
Id-Direttiva 95/44/KE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness IV, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 6
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).
(2) ĠU L 184, 3.8.1995, p. 34. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/46/KE (ĠU L 204, 31.7.1997, p. 43).
(3) Ara l-Anness IV, Parti A.
(4) ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2008 (ĠU L 95, 8.4.2008, p. 3).
(5) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/27/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 45).
ANNESS I
1. |
Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
2. |
Għall-finijiet tal-punt 1, il-kondizzjonijiet ta’ żamma fi kwarantina tal-postijiet u l-faċilitajiet fis-sit jew siti fejn l-attivitajiet ikunu ser isiru għandhom ikunu biżżejjed li jiżguraw immaniġġjar bla periklu tal-materjal b’mod li jinżamm lura kull organiżmu ta’ ħsara u li jkun eliminat ir-riskju ta’ tixrid ta’ dawn l-organiżmi ta’ ħsara. Għal kull attività msemmija fl-applikazzjoni, ir-riskju ta’ tixrid ta’ l-organiżmi ta’ ħsara miżmuma taħt kondizzjonijiet ta’ kwarantina għandu jkun stabbilit mill-korp uffiċjali responsabbli, meħud kont tat-tip ta’ materjal u l-attività li tkun ser issir, u l-bijoloġija ta’ l-organiżmi ta’ ħsara, il-mezzi li bihom jixterdu, l-azzjoni reċiproka ma’ l-ambjent u fatturi rilevanti oħra li jkollhom x’jaqsmu mar-riskju li jġib il-materjal imsemmi. B’riżultat ta’ l-istima tar-riskju, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jikkunsidra u jistabbilixxi kif ikun xieraq:
|
ANNESS II
Mudell ta' Awtorizzazzjoni għad-dħul u/jew moviment ta' organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għal prova jew skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali
ANNESS III
MIŻURI TA’ KWARANTINA INKLUŻI TESTIJIET FUQ PJANTI, PRODOTTI MILL-PJANTI U OĠĠETTI OĦRA MAĦSUBA GĦAL RILAXX MINN KWARANTINA
PARTI A
Għal ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2000/29/KE
Sezzjoni I: Pjanti taċ-Ċitru L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf. u l-ibridi tagħhom, esklużi frott u żerriegħa
1. |
Il-materjal tal-pjanti, skond il-każ, għandu jkun soġġett għal proċeduri ta’ terapija xierqa, kif stabbilit fil-Linji Gwida Tekniċi ta’ l-FAO/IPGRI. |
2. |
Il-materjal tal-pjanti, wara l-proċeduri ta’ terapija magħmula skond il- punt 1, għandu jkun soġġett għal proċeduri ta’ indiċjar fl-intier tiegħu. Il-materjal kollu tal-pjanti, inklużi pjanti għall-indiċjar, għandu jinżamm fil-faċilitajiet approvati fil-kondizzjonijiet għal żamma fi kwarantina stabbiliti fl-Anness I. Materjal tal-pjanti maħsub biex ikun approvat għal rilaxx uffiċjali għandu jinżamm f’kondizzjonijiet li jwasslu għal ċiklu normali ta’ tkabbir veġetali u jkun soġġett għal spezzjoni viżwali għal sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara inklużi l-organiżmi kollha ta’ ħsara rilevanti elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE, mal-wasla u wara, f’ħinijiet xierqa, matul il-perjodu tal-proċeduri ta’ indiċjar. |
3. |
Għall-finijiet ta’ punt 2, il-materjal tal-pjanti għandu jkun indiċjat għal organiżmi ta’ ħsara (ittestjat u identifikat) skond il-proċeduri li ġejjin:
|
4. |
Il-materjal tal-pjanti soġġett għall-ispezzjonijiet viżwali msemmija fil-punt 2 u li fuqhom kienu ġew osservati sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjoni inklużi testijiet fejn meħtieġ, sabiex tiġi stabbilita, sa fejn jista’ jkun, l-identità ta’ l-organiżmi ta’ ħsara li huma l-kawża tas-sinjali u s-sintomi. |
Sezzjoni II: Pjanti ta’ Cydonia Mill., Malus Mill., Prunus L. u Pyrus L. u l-ibridi tagħhom u Fragaria L., maħsuba għat-tħawwil, għajr taż-żerriegħa
1. |
Il-materjal tal-pjanti, skond il-każ, għandu jkun soġġett għal proċeduri ta’ terapija xierqa kif indikata fil-Linji Gwida Tekniċi ta’ l-FAO/IPGRI. |
2. |
Il-materjal tal-pjanti, wara l-proċeduri ta’ terapija magħmula skond il-punt 1, għandu jkun soġġett għal proċeduri ta’ indiċjar fl-intier tiegħu. Il-materjal kollu tal-pjanti, inklużi pjanti għall-indiċjar, għandu jinżamm fil-faċilitajiet approvati fil-kondizzjonijiet għal żamma fi kwarantina msemmija fl-Anness I. Materjal tal-pjanti maħsub biex ikun approvat għal rilaxx uffiċjali għandu jinżamm f’kondizzjonijiet li jwasslu għal ċiklu normali ta’ tkabbir veġetali u jkun soġġett għal spezzjoni viżwali għal sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara inklużi l-organiżmi kollha ta’ ħsara rilevanti elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE, mal-wasla u wara, f’ħinijiet xierqa, matul il-perjodu tal-proċeduri ta’ indiċjar. |
3. |
Għall-finijiet ta’ punt 2, il-materjal tal-pjanti għandu jkun indiċjat għal organiżmi ta’ ħsara (ittestjat u identifikat) skond il-proċeduri li ġejjin:
|
4. |
Il-materjal tal-pjanti soġġett għall-ispezzjonijiet viżwali msemmija fil-punt 2 u li fuqhom kienu ġew osservati sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjoni inklużi testijiet fejn meħtieġ, sabiex tiġi stabbilita, sa fejn jista’ jkun, l-identità ta’ l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu l-kawża tas-sinjali u s-sintomi. |
Sezzjoni III: Pjanti ta’ Vitis L., minbarra frott
1. |
Il-materjal tal-pjanti għandu jkun soġġett, skond il-każ, għal proċeduri xierqa ta’ terapija kif indikat fil-Linji Gwida Tekniċi ta’ l-FAO/IPGRI. |
2. |
Il-materjal tal-pjanti, wara l-proċeduri ta’ terapija li jkunu saru skond il-punt 1, għandu jkun soġġett kollu kemm hu għal proċeduri ta’ indiċjar. Il-materjal kollu tal-pjanti, inklużi pjanti ta’ l-indiċjar, għandu jinżamm fil-faċilitajiet approvati fil-kondizzjonijiet ta’ żamma fi kwarantina msemmija fl-Anness I. Materjal tal-pjanti maħsub biex ikun approvat għal rilaxx uffiċjali għandu jinżamm f’kondizzjonijiet li jwasslu għal ċiklu normali ta’ tkabbir veġetali u jkun soġġett għal spezzjoni viżwali għal sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara, inklużi dawk ta’ Daktulosphaira vitifoliae (Fitch) u ta’ l-organiżmi kollha ta’ ħsara rilevanti elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE, mal-wasla u wara, f’ħinijiet xierqa, matul il-perjodu tal-proċeduri ta’ indiċjar. |
3. |
Għall-finijiet ta’ punt 2, il-materjal tal-pjanti għandu jiġi indiċjat għal organiżmi ta’ ħsara (ittestjat u identifikat) skond il-proċeduri li ġejjin:
|
4. |
Il-materjal tal-pjanti soġġett għall-ispezzjonijiet viżwali msemmija fil-punt 2 u li fuqhom kienu ġew osservati sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjoni inklużi testijiet fejn meħtieġ, sabiex tkun stabbilita, sa fejn jista’ jkun, l-identità ta’ l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu l-kawża tas-sinjali u s-sintomi. |
Sezzjoni IV: Pjanti ta’ l-ispeċji Solanum L. li jiffurmaw stolon jew tuberi, jew l-ibridi tagħhom, maħsuba biex jiġu mħawwla
1. |
Il-materjal tal-pjanti għandu jiġi soġġett, skond il-każ, għal proċeduri ta’ terapija stabbiliti Fil-Linji Gwida Tekniċi ta’ l-FAO/IPGRI. |
2. |
Kull unità tal-materjal tal-pjanta, wara l-proċeduri ta’ terapija mwettqa skond il-punt 1, għandha tkun soġġetta għal proċeduri ta’ indiċjar. Kull materjal tal-pjanti, inklużi pjanti ta’ indiċjar, għandu jinżamm fil-faċilitajiet approvati fil-kundizzjonijiet ta’ żamma fi kwarantina stipulati fl-Anness I. Materjal tal-pjanti maħsub biex ikun approvat għal rilaxx uffiċjali għandu jinżamm f’ kundizzjonijiet li jwasslu għal ċiklu normali ta’ tkabbir veġetali u għandu jkun soġġett għal spezzjoni viżwali għal sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara, inklużi l-organiżmi kollha ta’ ħsara rilevanti u li huma elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE u l-marda tal-potato yellow vein, mal-wasla u wara, f’intervalli regolari sax-xjuħija tagħhom, waqt il-perjodu tal-proċeduri ta’ indiċjar. |
3. |
Il-proċeduri ta’ indiċjar imsemmija fil-punt 2 għandhom isegwu d-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fil-punt 5, sabiex jinstabu ta’ mill-inqas l-organiżmi ta’ ħsara li ġejjin:
Madanakollu, fil-kas taż-żerriegħa vera tal-patata, il-proċeduri ta’ indiċjar għandhom isiru sabiex jinstabu ta’ mill-inqas il-virus u l-organiżmi bħal virus elenkati hawn fuq f’(a) sa (e). |
4. |
Il-materjal tal-pjanti soġġett għall-ispezzjonijiet viżwali msemmija fil-punt 2 u li fuqu jkun ġew osservati sinjali u sintomi ta’ organiżmi ta’ ħsara, għandu jiġi soġġett għal investigazzjoni li tinkludi testijiet meta meħtieġa, sabiex jiġi stabbilit sa fejn dan hu possibbli, l-identità ta’ l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu qegħdin jikkawżaw is-sinjali u s-sintomi. |
5. |
Id-dispożizzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt 3 għandhom ikunu kif ġej:
|
PARTI B
Għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE
1. |
Il-miżuri uffiċjali ta’ kwarantina għandhom jinkludu spezzjoni xierqa jew testijiet għall-organiżmi ta’ ħsara rilevanti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2000/29/KE u għandhom isiru skond il-ħtiġijiet speċjali stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għal organiżmi speċifiċi ta’ ħsara, skond il-każ. Dwar dawn il-ħtiġijiet speċjali l-metodi wżati għall-miżuri ta’ kwarantina għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE jew miżuri oħra ekwivalenti u uffiċjalment approvati. |
2. |
Il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jridu jinstabu ħielsa, skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 1, mill-organiżmi ta’ ħsara rilevanti msemmija fl-Annessi I, II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għal dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra. |
(1) ĠU L 259, 18.10.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/56/KE (ĠU L 182, 4.7.2006, p. 1).
(2) ĠU L 235, 21.8.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/63/KE (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 36).
ANNESS IV
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 5)
Direttiva tal-Kummissjoni 95/44/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 97/46/KE |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 5)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
95/44/KE |
1 ta’ Frar 1996 |
97/46/KE |
1 ta’ Jannar 1998 |
ANNESS V
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 95/44/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2), sentenza tal-bidu |
Artikolu 1(2), sentenza tal-bidu |
Artikolu 1(2), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(2)(a) |
Artikolu 1(2), it-tieni inċiż |
Artikolu 1(2)(b) |
Artikolu 1(2), it-tielet inċiż |
Artikolu 1(2)(ċ) |
Artikolu 1(2), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 1(2)(d) |
Artikolu 1(2), il-ħames inċiż |
Artikolu 1(2)(e) |
Artikolu 1(2), is-sitt inċiż |
Artikolu 1(2)(f) |
Artikolu 1(2), is-seba’ inċiż |
Artikolu 1(2)(g) |
Artikolu 1(2), it-tmien inċiż |
Artikolu 1(2)(h) |
Artikolu 1(2), id-disa’ inċiż |
Artikolu 1(2)(i) |
Artikolu 1(2), l-għaxar inċiż |
Artikolu 1(2)(j) |
Artikoli 2 u 3 |
Artikoli 2 u 3 |
Artikolu 4(1) |
— |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Annessi I, II u III |
Annessi I, II u III |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |