19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/41


DIRETTIVA 2008/13/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar tagħmir elettro-mediku użat fil-mediċina veterinarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-linji politiċi Komunitarji dwar regolamentazzjoni aħjar jenfasizzaw l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja bħala element kruċjali fit-tisħiħ tal-kompetittività ta’ l-impriżi u għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona.

(2)

Il-metodu ta’ valutazzjoni ta’ konformità stipulat bid-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE (3) mhux aktar meħtieġ għall-iskopijiet tas-suq intern u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

(3)

It-tħaddim tas-suq intern u l-ħarsien ta’ l-utenti u l-annimali jistgħu jiġu żgurati b’mod aħjar permezz ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

(4)

Id-Direttiva 84/539/KEE għandha għaldaqstant tiġi revokata.

(5)

Ir-revoka tad-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE tfisser li wara l-31 ta’ Diċembru 2008 il-marka kampjun ta’ konformità ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva mhux se tintuża aktar u li l-miżuri nazzjonali korrispondenti ta’ implimentazzjoni se jkollhom jiġu revokati skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 84/539/KEE hija revokata b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2008. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni minnufih flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  L-Opinjoni tas-16 ta’ Jannar 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.

(3)  ĠU L 300, 19.11.1984, p. 179. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).