18.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 307/11 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Ottubru 2008
dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5737)
(2008/867/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu;
Billi:
(1) |
Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-miri tagħha jinkludu l-promozzjoni ta’ xogħol għal kulħadd u l-progress soċjali, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ħarsien soċjali. Skond l-Artikolu 137(1)(h) tat-Trattat, il-Komunità għandha rwol f’li tappoġġja u tikkuplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-integrazzjoni tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol. L-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi għal dritt għall-assistenza soċjali u assistenza għall-abitazzjoni sabiex tkun żgurata eżistenza diċenti għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi. |
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar kriterji komuni dwar riżorsi suffiċjenti u l-assistenza soċjali fis-sistemi ta’ ħarsien soċjali (1), tibqa’ strument ta’ referenza għall-politika tal-Komunità dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali u ma tilfet xejn mir-relevanza tagħha; għalkemm fadal xi jsir biex tkun implimentata b’mod sħiħ. |
(3) |
Mill-1992 ‘l hawn tfaċċaw strumenti ġodda tal-politika. Wieħed minn dawn l-istrumenti huwa l-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni fuq il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali (MMK); li l-għanijiet tiegħu jinkludu l-inklużjoni soċjali attiva ta’ kulħadd, li trid tkun żgurata permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u bil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni bejn in-nies u l-gruppi (2) l-aktar emarġinati. Strument ieħor huwa l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol, li għandha l-għan, inter alia, li ssaħħaħ l-inklużjoni soċjali, tiġġieled il-faqar, li tipprevjeni l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol, u li tgħin l-integrazzjoni fix-xogħol ta’ persuni fi żvantaġġ (3). |
(4) |
Il-persistenza tal-faqar u nuqqas ta’ xogħol u l-kumplessitajiet dejjem akbar ta’ diversi żvantaġġi żiedu l-bżonn għal politika komprensiva u integrata (4). Bil-għan li jkunu modernizzati s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, għajnuna ta’ dħul adekwat għandha tkun ikkumbinata ma’ kollegament mas-suq tax-xogħol u aċċess għal servizzi ta’ kwalità fi strateġija ta’ inklużjoni attiva integrata (5). Din l-istrateġija hija kumplimentari b’mod sħiħ mal-approċċ ta’ flessigurtà, filwaqt li hija mmirata għal dawk esklużi mis-suq tax-xogħol. Tikkontribwixxi għall-miri tal-Istrateġija ta’ Liżbona billi tiffaċilita l-attivazzjoni u l-mobilità tal-ħaddiema, u tifforma parti mid-dimensjoni soċjali tal-Istrateġija dwar Żvilupp Sostenibbli tal-UE (6). |
(5) |
Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-prijoritajiet nazzjonali u d-disponibilità tar-riżorsi finanzjarji meta din ir-Rakkomandazzjoni tkun implimenta gradwalment. |
(6) |
Din ir-Rakkomandazzjoni u l-implimentazzjoni tal-prinċipji stipulati fiha ma jippreġudikawx l-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità, inklużi regoli ta’ għajnuna mill-Istat u r-Regolament dwar l-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (7), u r-regoli tal-Komunità dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. |
(7) |
Skond il-prinċipju ta’ sussidarjetà, l-Istati Membri huma responsabbli li jiddefinixxu l-livell ta’ għajnuna fid-dħul u biex jistabbilixxu t-taħlita ta’ politika neċessarja fid-dawl tas-sitwazzjonijiet u l-bżonnijiet differenti fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. |
B’DAN TIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM:
(1) Jiddisinjaw u jimplimentaw strateġija komprensiva integrata għall-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol flimkien ma’ għajnuna fid-dħul adekwata, swieq tax-xogħol inklussivi u aċċess għal servizzi ta’ kwalità. Il-politika ta’ inklużjoni attiva għandha tiffaċilita l-integrazzjoni f’impjieg sostenibbli u ta’ kwalità ta’ dawk li jistgħu jaħdmu u tipprovdi riżorsi li huma biżżejjed biex jgħixu b’dinjità, flimkien ma’ għajnuna għall-parteċipazzjoni soċjali, għal dawk li ma jistgħux.
(2) Jiżguraw l-effikaċja tal-politika ta’ integrazzjoni attiva permezz ta:
(a) |
Disinn ta’ politika komprensiva li tiddefinixxi taħlita tajba tat-tliet strati tal-istrateġija ta’ inklużjoni attiva, waqt li tikkunsidra l-impatt konġunt tagħhom fuq l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tan-nies żvantaġġjati u l-interrelazzjonijiet potenzjali tagħhom, inkluż sinerġiji u kompromessi; |
(b) |
Implimentazzjoni integrata fit-tliet strati tal-istrateġija ta’ inklużjoni attiva biex ikunu indirizzati b’mod effettiv il-kawżi diversi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex tkun imtejba l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji pubbliċi u s-servizzi li jimplimentaw il-politika ta’ inklużjoni attiva; |
(ċ) |
Koordinazzjoni tal-politika bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE fid-dawl tar-rwoli, kompetenzi u prijoritajiet partikolari tagħhom; |
(d) |
Parteċipazzjoni attiva tal-atturi relevanti kollha, inkluż dawk affettwati mill-faqar u l-esklużjoni soċjali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u dawk li jipprovdu s-servizzi fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-istrateġiji. |
(3) Jiżguraw li l-politika ta’ inklużjoni attiva:
(a) |
tappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali; |
(b) |
tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd; |
(ċ) |
tikkunsidra b’mod kawtel il-kumplessitajiet tal-iżvantaġġi diversi u s-sitwazzjonijiet u l-bżonnijiet speċifiċi tad-diversi gruppi vulnerabbli; |
(d) |
tikkunsidra ċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali u ttejjeb il-koeżjoni territorjali; |
(e) |
tkun konsistenti mal-approċċ taċ-ċiklu tal-politika soċjali u tax-xogħol biex dawn ikunu jistgħu jappoġġjaw is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u jingħeleb it-trasferiment tal-faqar bejn il-ġenerazzjonijiet. |
(4) Jorganizzaw u jimplimentaw politika ta’ inklużjoni attiva skond il-prinċipji komuni li ġejjin u l-linji gwida għal kull strat, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidarjetà u s-sitwazzjonijiet, bżonnijiet u prijoritajiet differenti tagħhom bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità, inklużi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-Komunità dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.
(a) Għajnuna fid-dħul adekwata
Jirrikonoxxu d-dritt bażiku tal-individwu għal biżżejjed riżorsi u assistenza soċjali biex ikollu ħajja kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem bħala parti mill-isforz komprensiv u konsistenti biex tingħeleb l-esklużjoni soċjali;
(i) |
Jirrevedu s-sistemi ta’ ħarsien soċjali tagħhom, kif hemm bżonn, fid-dawl tal-prinċipji komuni mniżżla fil-paragrafu B tar-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE. B’mod partikolari, skond strateġija ta’ inklużjoni attiva, id-dritt għal riżorsi suffiċjenti għandu:
|
(ii) |
Jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ dak id-dritt skond il-linji gwida prattiċi fil-paragrafi Ċ(1), Ċ(2) u Ċ(3) tar-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE. B’mod partikolari, fejn ir-riżorsi neċessarji biex ikun hemm ħajja ta’ dinjità huma determinati, l-istandards tal-ħajja u l-livelli tal-prezzijiet skond it-tip u d-daqs tal-familja fl-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu kkunsidrati permezz tal-indikaturi nazzjonali relevanti. F’qafas ta’ inklużjoni attiva, inċentiva li għandha l-għan li tfittex impjieg għall-persuni li l-kundizzjoni tagħhom hija tajba għax-xogħol għandha tkun imħarsa u l-ammonti rranġati jew miżjuda biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi. |
(b) Swieq tax-xogħol inklussivi
Jaddottaw arranġamenti li jkopru persuni li huma fil-kundizzjoni li jaħdmu biex jiżguraw li dawn jirċievu għajnuna effettiva biex jidħlu jew jerġgħu jidħlu jew jibqgħu fl-impjieg li jikkorrispondi mal-kapaċità ta’ xogħol tagħhom.
(i) |
Jippromwovu l-prinċipji komuni li ġejjin fil-kuntest tal-istrateġija tal-inklużjoni attiva:
|
(ii) |
Jimplimentaw dawn il-prinċipji permezz tal-linji gwida prattiċi li ġejjin
|
(ċ) Aċċess għal servizzi ta’ kwalità
Jieħdu kull miżura biex dawk ikkonċernati, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti, jirċievu l-għajnuna soċjali xierqa permezz ta’ aċċess għal servizzi ta’ kwalità. B’mod partikolari, miżuri għandhom jittieħdu biex:
Ikunu provduti servizzi li huma essenzjali biex jgħinu politika ta’ inklużjoni soċjali u ekonomika attiva, inklużi servizzi ta’ assistenza soċjali, servizzi ta’ impjiegi u taħriġ, għajnuna għall-akkomodazzjoni u akkomodazzjoni soċjali, ħarsien tat-tfal, servizzi ta’ ħarsien fit-tul u servizzi tas-saħħa skond il-prinċipji komuni li ġejjin, u li jikkunsidraw ir-rwol tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, tar-regoli applikabbli fil-Komunità u tas-sitwazzjonijiet, il-bżonnijiet u l-preferenzi differenti fl-Istati Membri.
— |
Disponibilità territorjali, aċċess fiżiku, mezzi neċessarji għall-akkwist; |
— |
Solidarjetà, opportunitajiet indaqs għall-utenti tas-servizzi u l-impjegati, u kunsiderazzjoni tad-diversità tal-utenti; |
— |
Investiment fil-kapital uman, kundizzjonijiet ta’ xogħol, u infrastruttura fiżika adekwata; |
— |
Servizzi komprensivi u koordinati, imfassla u mwettqa b’mod integrat; |
— |
involviment tal-“utenti” u avviċinamenti personalizzati biex jintlaħqu l-bżonnijiet diversi tan-nies bħala individwi; |
— |
Monitoraġġ u stima tal-prestazzjoni u t-tpartit ta’ prattiċi tajba. |
(5) Jiggarantixxu r-riżorsi u l-benefiċċji relevanti skond il-miżuri ta’ ħarsien soċjali; jużaw id-dispożizzjonijiet u l-miżuri tal-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, biex jappoġġjaw il-miżuri ta’ inklużjoni attiva;
Jistabbilixxu arranġamenti dettaljati u jiffinanzjaw infiq u jorganizzaw l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali;
Jikkunsidraw restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji, il-prijoritajiet stipulati mill-awtoritajiet nazzjonali u l-istat tal-finanzi pubbliċi sabiex jilħqu l-aħjar bilanċ bejn l-inċentivi ta’ xogħol, it-tnaqqis tal-faqar u spejjeż baġitarji sostenibbli.
Jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kulħadd, inklużi dawk l-anqas privileġġati, ikunu infurmati bid-drittijiet tagħhom u bl-għajnuna disponibbli, permezz tat-teknoloġiji tal-informatika, fejn applikabbli.
Jissimplifikaw sakemm huwa possibbli l-proċeduri amministrattivi u l-arranġamenti biex ikunu eżaminati r-riżorsi u s-sitwazzjonijiet;
Fejn possibbli, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali, jorganizzaw il-mekkaniżmi għall-appelli quddiem l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti u, fejn neċessarju, korpi terzi indipendenti. bħal tribunali, li għalihom il-persuni kkonċernati għandu jkollhom aċċess faċli.
(6) Itejbu sistemi ta’ indikazzjoni u informazzjoni sabiex jtejbu l-kapaċità li jipproduċu informazzjoni aġġornata u ta’ paragun madwar il-pilastri kollha ta’ inklużjoni attiva.
Jimmonitorjaw u jevalwaw il-politika ta’ inklużjoni attiva skond il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali u l-Kumitat għall-Impjiegi u bl-appoġġ tal-programm PROGRESS;
Jiżguraw konsistenza mal-politika ġenerali tal-Istrateġija ta’ Liżbona dwar l-għanijiet tal-koeżjoni soċjali.
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Vladimír ŠPIDLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.
(2) Il-komunikazzjoni COM(2005) 706 - Naħdmu flimkien, naħdmu aħjar: Qafas ġdid ta’ koordinazzjoni miftuħa fil-politika tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2008 dwar Linji gwida għall-politika dwar ix-xogħol tal-Istati Membri, Dokument tal-Kunsill 10614/2/082008 (għadha mhix ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Komunikazzjonijiet COM(2007) 620 - It-tiġdid tal-ħarsien soċjali għal aktar ġustizzja soċjali u koeżjoni ekonomika: Immexxu ‘l quddiem l-inklużjoni attiva tan-nies l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol u COM(2005) 33 dwar l-Aġenda Soċjali.
(5) Komunikazzjoni COM(2006) 44 - Rigward konsultazzjoni għal azzjoni fuq livell ta’ UE biex tiġi promossa l-inklużjoni attiva tan-nies li huma l-aktar ‘il bogħod mis-suq tax-xogħol.
(6) Komunikazzjoni COM(2007) 620, konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-14 ta’ Diċembru 2007 u tan-nota ta’ orjentazzjoni tal-SPC dwar l-inklużjoni attiva tat-3 ta’ Lulju 2008. B’mod partikolari, ara wkoll: Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2007, Dokument 16139/07; opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta’ Ġunju 2008 dwar l-Inklużjon Attiva (Dok. CdR 344/2007); opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropej tas-27 ta’ Ottubru 2007 dwar standards soċjali minimi (Dok. CESE 892/2007).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ir-Regolament dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).