19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/36 |
RAKKOMANDAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Mejju 2008
dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Żingu, Klorur taż-żingu, Distearat taż-żingu
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2329)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/464/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/95 tas-27 ta’ Settembru 1995 li jikkonċerna t-tieni lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (2):
|
(2) |
L-Istat Membru rapporteur maħtur skond dan ir-Regolament tal-Kummissjoni temm l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (3) u ssuġġerixxa strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93. |
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjonijiet dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteur. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt ta’ dawk il-Kumitati Xjentifiċi. |
(4) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni korrispondenti (4). |
(5) |
Huwa xieraq, abbażi tal-valutazzjoni, li jiġu rakkomandati miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi koperti b’din ir-Rakkomandazzjoni u l-Komunikazzjoni. |
(6) |
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għalihom tipprovdi din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
TAQSIMA 1
ŻINGU
(CAS Nru 7440-66-6; Einecs Nru 231-175-3);
KLORUR TAŻ-ŻINGU
(CAS Nru 7646-85-7; Einecs Nru 231-592-0);
DISTEARAT TAŻ-ŻINGU
(CAS Nru 557-05-1 u 91051-01-3; Einecs Nru 209-151-9 u 293-049-4)
Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ambjent (1, 2, 3, 4, 5)
(1) |
Għall-baċiri tax-xmajjar fejn l-emissjonijiet taż-żingu jistgħu jikkawżaw riskju, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu standards ta’ kwalità ambjentali (minn hawn 'il quddiem “EQS”). Il-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis biex jintlaħqu dawk l-EQS fl-2015 għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’tagħrif dwar il-kontribut tas-sorsi u tal-passaġġi taż-żingu lill-ambjent akkwatiku, dwar kontrolli possibbli u wkoll dwar il-livelli taż-żingu fl-ambjent akkwatiku, sabiex tiġi kkunsidrata l-possibilità ta’ l-inklużjoni taż-żingu fir-reviżjoni li jmiss ta’ l-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE. |
(3) |
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri tal-limitu għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar iż-żingu u l-komposti taż-żingu sabiex l-installazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond l-aqwa metodi disponibbli (minn hawn ’il quddiem “BAT”) waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-installazzjonijiet ikkonċernati, il-pożiżżjoni ġeografika u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom. |
(4) |
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward iż-żingu u l-komposti taż-żingu u jirraportaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT. |
(5) |
L-emissjonijiet lokali fl-ambjent għandhom, fejn ikun neċessarju, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent. |
TAQSIMA 2
DESTINATARJI
(6) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament Nru 1882/2003 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 231, 28.9.1995, p. 18.
(3) ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.
(4) ĠU C 154, 19.6.2008, p. 1.
(5) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2008/32/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 60).