4.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 59/32 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/187/PESK
tat-3 ta’ Marzu 2008
dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
B'ittra datata l-25 ta’ Ottubru 2007 indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-President tal-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Afrikana (UA) talab l-appoġġ ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għas-sanzjonijiet li l-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà ta’ l-Unjoni Afrikana ddeċieda li jimponi fl-10 ta’ Ottubru 2007 kontra l-awtoritajiet illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros, konsegwentement għall-elezzjonijiet Presidenzjali li saru hemm f'kondizzjonijiet mhux sodisfaċenti. |
(2) |
L-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja d-deċiżjoni ta’ l-UA li timplimenta sanzjonijiet kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan u persuni assoċjati miegħu, f'rispons għar-rifjut persistenti tagħhom li jaħdmu lejn il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li huma favorevoli għal stabbiltà u rikonċiljazzjoni fil-Komoros, u bil-ħsieb li l-awtoritajiet illegali ta’ Anjouan jaċċettaw li l-elezzjonijiet il-ġodda għandhom ikunu kredibbli, trasparenti u mmexxijin sew. |
(3) |
Tenħtieġ azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu fit-territorji tagħhom tal-membri tal-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Anjouan”) u persuni assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 mhux ser jobbliga Stat Membru jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess milli jidħlu fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru hu marbut b'obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:
(a) |
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
(b) |
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa minn, jew taħt l-awspiċi ta', in-Nazzjonijiet Uniti; |
(c) |
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
(d) |
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiz li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun iġġustifikat abbażi ta’ ħtieġa umanitarja urġenti, jew abbażi ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt f'Anjouan.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni ser tiġi kkunsidrata bħala mogħtija ħlief jekk wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill jagħmel oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika ta’ l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F’każijiet fejn skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati minnha.
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, li huma l-proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati mill-membri individwali tal-gvern illegali ta’ Anjouan, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp assoċjat magħhom, kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom ikunu disponibbli direttament jew indirettament jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness.
3. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jsiru disponibbli ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
(a) |
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta’ l-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi; |
(b) |
maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġonevoli u r-rimborż ta’ spejjeż assoċjati ma’ l-għoti ta’ servizzi legali; |
(c) |
maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma ta’ rutina jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; |
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika r-raġunijiet li għalihom jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. |
4. Il-paragrafu 2 m'għandux japplika b'żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
(a) |
interessi jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew |
(b) |
pagamenti dovuti skond kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi, |
sakemm kwalunkwe tali interess, qligħ u pagament ieħor ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 3
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'uninamita' fuq proposta minn Stat Membru jew il-Kummissjoni, għandu jadotta modifiki għal-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ skond żviluppi politiċi f'Anjouan.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġi revokata, imġedda jew emendata kif xieraq, fid-dawl ta’ żviluppi politiċi f'Anjouan.
Artikolu 5
Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 6
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PODOBNIK
ANNESS
Lista ta' membri tal-gvern illegali ta' Anjouan u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 2
Isem |
Mohamed Bacar |
Sess |
M |
Funzjoni |
President awto-proklamat |
Titolu |
Ġeneral |
[Post tat-twelid] |
Barakani |
Data tat-twelid |
5.5.1962 |
Numru tal-passaport |
01AB01951/06/160, data tal-ħruġ: 1.12.2006 |
Isem |
Jaffar Salim |
Sess |
M |
Funzjoni |
“Ministru tal-Intern” |
[Post tat-twelid] |
Mutsamudu |
Data tat-twelid |
26.6.1962 |
Numru tal-passaport |
06BB50485/20 950, data tal-ħruġ: 1.2.2007 |
Isem |
Mohamed Abdou Madi |
Sess |
M |
Funzjoni |
“Ministru għall-Kooperazzjoni” |
[Post tat-twelid] |
Mjamaoué |
Data tat-twelid |
1956 |
Numru tal-passaport |
05BB39478, data tal-ħruġ 1.8.2006 |
Isem |
Ali Mchindra |
Sess |
M |
Funzjoni |
“Ministru għall-Edukazzjoni” |
[Post tat-twelid] |
Cuvette |
Data tat-twelid |
20.11.1958 |
Numru tal-passaport |
03819, data tal-ħruġ 3.7.2004 |
Isem |
Houmadi Souf |
Sess |
M |
Funzjoni |
“Ministru għas-Servizz Ċivili” |
[Post tat-twelid] |
Sima |
Data tat-twelid |
1963 |
Numru tal-passaport |
51427, data tal-ħruġ 4.3.2007 |
Isem |
Rehema Boinali |
Sess |
M |
Funzjoni |
“Ministru għall-Enerġija” |
[Post tat-twelid] |
|
Data tat-twelid |
1967 |
Numru tal-passaport |
540355, data tal-ħruġ 7.4.2007 |
Isem |
Dhoihirou Halidi |
Sess |
M |
Titolu |
Direttur tal-Kabinet. |
Funzjoni |
Uffiċjal Superjuri ferm assoċjata mal-gvern illegali ta' Anjouan |
[Post tat-twelid] |
Bambao Msanga |
Data tat-twelid |
8.3.1965 |
Numru tal-passaport |
64528, data tal-ħruġ 19.9.2007 |
Isem |
Abdou Bacar |
Sess |
M |
Titolu |
Lieutenant-Colonel |
Funzjoni |
Uffiċjal Militari Superjuri, strumentali fl-appoġġ għall-gvern illegali ta' Anjouan |
[Post tat-twelid] |
Barakani |
Data tat-twelid |
2.5.1954 |
Numru tal-passaport |
54621, data tal-ħruġ 23.4.2007 |