19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/115


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2002/740/KE, 2002/741//KE, 2005/341/KE u 2005/343/KE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lil ċerti prodotti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8442)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/962/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord għall-Ittikkettjar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/405/KE tal-4 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti tal-karta fina (2) tiskadi fl-4 ta' Mejju 2009.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/255/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (3) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2009.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/371/KE tal-15 ta' Mejju 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lil prodotti tessili (4) tiskadi fil-31 ta' Mejju 2009.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/740/KE tat-3 ta' Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-saqqijiet tas-sodod u li temenda d-Deċiżjoni Nru 98/634/KE (5) tiskadi fit-28 ta' Frar 2009.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/741/KE tal-4 ta' Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-karta għall-ikkuppjar u karta grafika u li temenda d-Deċiżjoni Nru 1999/554/KE (6) tiskadi fit-28 ta’ Frar 2009.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/341/KE tal-11 ta' April 2005 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kompjuters personali (7) tiskadi fit-30 ta' April 2009.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/343/KE tal-11 ta' April 2005 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ valutazzjoni u verifika għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kompjuters li jistgħu jinġarru minn post għall-ieħor (8) tiskadi fit-30 ta' April 2009.

(8)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret analiżi f'waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti b'dawk id-Deċiżjonijiet.

(9)

Minħabba l-fażijiet differenti tal-proċess tar-reviżjoni għal dawk id-Deċiżjonijiet, hu xieraq li jittawlu l-perjodi ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika li jistabbilixxu. Il-perjodu ta’ validità għandu jittawwal għal perjodu ta' 7 xhur għad-Deċiżjonijiet Nru 2002/255/KE u 2002/371/KE, għal perjodu ta’ 8 xhur għad-Deċiżjoni Nru 2001/405/KE, għal perjodu ta' 10 xhur għad-Deċiżjoni Nru 2002/740/KE, għal perjodu ta’ 13-il xahar għad-Deċiżjonijiet Nru 2005/341/KE u 2005/343/KE, u għal perjodu ta’ 15-il xahar għad-Deċiżjoni Nru 2002/741/KE.

(10)

Id-Deċiżjonijiet Nru 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2002/740/KE, 2002/741/KE, 2005/341/KE u 2005/343/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/405/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti prodotti tal-karta fina, kif ukoll għar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-4 ta' Jannar 2010.”

Artikolu 2

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2002/255/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti televiżjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Ottubru 2009.”

Artikolu 3

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/371/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti prodotti tessili, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2009.”

Artikolu 4

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/740/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘saqqijiet tas-sodod’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2009.”

Artikolu 5

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/741/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘karta għall-ikkuppjar u karta grafika’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Mejju 2010.”

Artikolu 6

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2005/341/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters personali’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Mejju 2010.”

Artikolu 7

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2005/343/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters li jistgħu jinġarru minn post għall-ieħor’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Mejju 2010.”

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10.

(3)  ĠU L 87, 4.4.2002, p. 53.

(4)  ĠU L 133, 15.5.2002, p. 29.

(5)  ĠU L 236, 4.9.2002, p. 10.

(6)  ĠU L 237, 5.9.2002, p. 6.

(7)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 1.

(8)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 35.