9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 330/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008
li taħtar membru Daniż wieħed u membru supplenti wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2008/917/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
Wara r-riżenja tas-Sur Bo ANDERSEN tbattal il-post ta’ membru wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara l-ħatra tas-Sur Jens Arne HEDEGAARD JENSEN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, tbattal post ta’ membru supplenti wieħed, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:
(a) |
bħala membru: Is-Sur Jens Arne HEDEGAARD JENSEN, Viceborgmester, Brønderslev Kommune (bidla fil-mandat). |
(b) |
bħala membru supplenti: Is-Sur Bo ANDERSEN, Borgmester, Faaborg-Midtfyn Kommune (bidla fil-mandat). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
H. NOVELLI
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.