28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008

li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5699)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/815/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ produzzjoni primarja, biex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju tagħhom għas-saħħa pubblika.

(2)

Dan ir-Regolament jistipula li għandhom jiġu stabbiliti miri tal-Komunità għat-tnaqqis f’ċerti popolazzjonijiet ta’ annimali tal-prevalenza taż-żoonożi u aġenti żoonotiċi elenkati fl-Anness I tiegħu.

(3)

Ġiet stabbilita mira tal-Komunità għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium fil-brojlers fil-livell tal-produzzjoni primarja bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Komunità għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium fil-brojlers (2).

(4)

Biex tinkiseb il-mira tal-Komunità l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus u jibagħtuhom lill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(5)

Ċerti Stati Membri bagħtu dawn il-programmi u dawn kienu b’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità u b’mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(6)

Dawn il-programmi nazzjonali ta’ kontroll għandhom għalhekk jiġu approvati.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus mibgħuta mill-Istati Membri elenkati fl-Anness huma approvati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.


ANNESS

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

L-Irlanda

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

Malta

L-Ungerija

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Ir-Renju Unit