8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 267/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Ottubru 2008

li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/778/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għall-iskadenza tal-mandat ta’ Dr Herwig VAN STAA. Sar vakanti post ta’ membru supplenti konsegwentement għall-iskadenza tal-mandat tas-Sinjura Elisabeth ZANON,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Dr Herwig VAN STAA, Präsident des Tiroler Landtages.

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Günther PLATTER, Landeshauptmann, Tirol.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula il-Lussemburgu, 2 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

X. BERTRAND


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75