6.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 210/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/616/ĠAI

tat-23 ta' Ġunju 2008

dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (1),

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Ġunju 2008 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, l-elementi bażiċi tat-Trattat tas-27 ta’ Mejju 2005 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Repubblika ta’ l-Awstrija dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transkonfinali u l-migrazzjoni illegali (minn hawn ’il quddiem “it-Trattat ta’ Prüm”), ġew trasposti fil-qafas legali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(3)

L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI fil-livell ta’ l-Unjoni skond il-proċedura stabbilita fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 34 (2) (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet implimentattivi miftehmin fil-5 ta’ Diċembru 2006 dwar l-implimentazzjoni amministrattiva u teknika tat-Trattat ta’ Prüm tas-27 ta’ Mejju 2005.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi dawk id-dispożizzjonijiet normativi komuni li huma indispensabbli għall-implimentazzjoni amministrattiva u teknika fil-forom ta’ koperazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni fih dispożizzjonijiet implimentattivi ta’ natura teknika. Addizzjonalment, ser jitfassal u jinżamm aġġornat, mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, Manwal separat, li jinkludi informazzjoni fattwali esklussiva li trid tingħata mill-Istati Membri,.

(5)

B’kont meħud tal-kapaċitajiet tekniċi, fil-prinċipju ser isir tiftix ta’ rutina ta’ profili ġodda ta’ DNA permezz ta’ tiftixiet uniċi, u s-soluzzjonijiet adegwati għal dan jinsabu fil-livell tekniku.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

KAPITOLU I

ĠENERALI:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa l-istabbiliment tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, partikolarment fir-rigward ta’ l-iskambju awtomatizzat ta’ data tad-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi kif stabbilit fil-Kapitolu 2 ta’ dik id-Deċiżjoni, kif ukoll forom oħra ta’ koperazzjoni, kif stabbilit fil-Kapitolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“tiftix” u “paragun” kif imsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI ifissru l-proċeduri li bihom jiġi stabbilit jekk hemmx konkordanza bejn, rispettivament, id-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika li ġiet komunikata minn Stat Membru wieħed u d-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika maħżuna fid-databases ta’ Stat Membru wieħed, diversi minnhom jew kollha kemm huma;

(b)

“tiftix awtomatizzat” kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI tfisser proċedura ta’ aċċess online għall-konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data ta’ Stat Membru wieħed, diversi minnhom jew kollha kemm huma;

(ċ)

“profil tad-DNA” tfisser kodiċi b’ittri jew b’ċifri li jirrappreżenta sett ta’ karatteristiċi ta’ identifikazzjoni tal-parti non-kodifikanti ta’ kampjun analizzat ta’ DNA uman, jiġifieri l-istruttura molekulari partikolari fid-diversi pożizzjonijiet (loci) tad-DNA;

(d)

“parti non-kodifikanti tad-DNA” tfisser reġjuni ta’ kromosoma li m’humiex espressi ġenetikament, jiġifieri m’hux magħruf li jipprovdu xi proprjetajiet funzjonali ta’ organiżmu;

(e)

“data ta’ referenza tad-DNA” tfisser profil tad-DNA u numru ta’ referenza;

(f)

“profil tad-DNA ta’ referenza” tfisser il-profil tad-DNA ta’ persuna identifikata;

(g)

“profil tad-DNA mhux identifikat” tfisser il-profil tad-DNA miksub minn traċċi miġbura matul l-investigazzjoni ta’ reati kriminali u li jappartjenu għal persuna li għadha ma ġietx identifikata;

(h)

“nota” tfisser l-immarkar ta’ Stat Membru fuq profil tad-DNA fil-bażi tad-data nazzjonali tiegħu li jindika li diġà kien hemm konkordanza (match) għal dak il-profil tad-DNA f’tiftixa jew paragun ta’ Stat Membru ieħor;

(i)

“data dattiloskopika” tfisser immaġini ta’ marki tas-swaba’, immaġini ta’ marki tas-swaba’ moħbijin (latent), marki tal-palma ta’ l-id, marki tal-palma moħbijin u mudelli ta’ tali immaġni (dettalji żgħar kodifikati), meta dawn huma maħżunin u ttrattati f’bażi tad-data awtomatizzata.

(j)

“data ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi” tfisser is-sett ta’ data kif speċifikat fil-Kapitolu 3 ta l-Anness għal din id-Deċiżjoni;

(k)

“każ individwali”, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza u l-Artikolu 12(1) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, tfisser investigazzjoni unika jew fajl ta’ taħrika. Jekk tali fajl jkun fih iktar minn profil wieħed ta’ DNA, jew pari waħdi ta’ data dattiloskopika jew data’ ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi, jistgħu jiġu trażmessi flimkien bħala talba waħda.

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-ISKAMBJU TAD-DATA

Artikolu 3

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-Istati Membri għandhom josservaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni korrispondenti b’konnessjoni mal-mistoqsijiet u t-tweġibiet kollha relatati ma’ tiftix u paraguni ta’ profili tad-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Network ta’ komunikazzjoni

L-iskambju elettroniku ta’ data tad-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-Istati Membri għandu jsir bl-użu tan-network ta’ komunikazzjoni tas-Servizzi Trans Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (TESTA II) u żviluppi ulterjuri tiegħu.

Artikolu 5

Disponibbiltà ta’ skambju ta’ data awtomatizzat

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li tiftix jew paragun awtomatizzat ta’ data tad-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi jista’ jsir 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-każ ta’ ħsara teknika, il-punti ta’ kuntatt nazzjonali ta’ l-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lil xulxin u għandhom jaqblu dwar arranġamenti alternattivi temporanji għall-iskambju ta’ informazzjoni skond id-dispożizzjonijiet legali applikabbli. L-iskambju awtomatizzat tad-data għandu jerġa’ jiġi stabbilit mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 6

Numri ta’ referenza għad-data tad-DNA u d-data dattiloskopika

In-numri ta’ referenza msemmijin fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jikkonsistu minn kombinazzjoni ta’ dan li ġej:

(a)

kodiċi li jippermetti lill-Istati Membri, fil-każ ta’ konkordanza, sabiex jirkupraw data personali u informazzjoni oħra fid-databases tagħhom sabiex jipprovfuha lil Stat Membru wieħed, bosta Stati Membri jew kollha skond l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

(b)

kodiċi sabiex jindika l-oriġini nazzjonali tal-profil tad-DNA jew id-data dattiloskopika, u

(ċ)

fir-rigward ta’ data tad-DNA, kodiċi li jindika t-tip tal-profil tad-DNA.

KAPITOLU 3

DATA TAD-DNA

Artikolu 7

Prinċipji ta’ l-iskambju tad-data tad-DNA

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw standards eżistenti għall-iskambju tad-data tad-DNA, per eżempju s-Sett Standard Ewropew (ESS) jew is-Sett ta’ Loci Standard ta’ l-Interpol (ISSOL).

2.   Il-proċedura ta’ trasmissjoni, fil-każ ta’ tiftix awtomatizzat u paragun awtomatizzat ta’ profili tad-DNA, għandha ssir fi ħdan struttura deċentralizzata.

3.   Miżuri xierqa għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konfidenzjalità u l-integrità ta’ data li qed tintbagħat lil Stati Membri oħrajn, inkluż l-qlib tagħhom f’kowd.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-integrità tal-profili tad-DNA li saru disponibbli jew intbagħtu għal paragun lill-Istati Membri l-oħrajn u sabiex jiżguraw li dawn il-miżuri jikkonformaw ma’ standards internazzjonali bħalma hu l-ISO 17025.

5.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-kowds ta’ l-Istati Membri skond l-istandard ISO 3166-1 alpha-2.

Artikolu 8

Regoli għal talbiet u tweġibiet b’konnessjoni mad-data tad-DNA

1.   Talba għal tiftix jew paragun awtomatizzat, kif hemm imsemmi fl-Artikoli 3 jew 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha tinkludi biss l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kodiċi ta’ l-Istat Membru rikjedenti;

(b)

id-data, il-ħin u n-numru ta’ indikazzjoni tal-mistoqsija;

(ċ)

il-profili tad-DNA u n-numri ta’ referenza tagħhom;

(d)

it-tipi tal-profili tad-DNA trasmessi (profili tad-DNA mhux identifikati jew profili tad-DNA); u

(e)

informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tas-sistemi tad-database u l-kontroll tal-kwalità għall-proċessi ta’ tiftix awtomatiċi.

2.   It-tweġiba (rapport ta’ konkordanza) għat-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja:

(a)

indikazzjoni ta’ jekk kienx hemm konkordanza (hit) waħda jew aktar jew l-ebda konkordanza;

(b)

id-data, il-ħin u n-numru ta’ indikazzjoni tal-mistoqsija;

(ċ)

id-data, il-ħin u n-numru ta’ indikazzjoni tat-tweġiba;

(d)

il-kowd ta’ l-Istat Membru rikjedenti u ta’ l-Istat Membru rikjest;

(e)

in-numru ta’ referenza ta’ l-Istat Membru rikjedenti u ta’ dak rikjest;

(f)

it-tipi tal-profili tad-DNA mibgħuta (profili tad-DNA mhux identifikati jew profili tad-DNA ta’ referenza);

(g)

il-profili tad-DNA mitluba u dawk fejn instabet konkordanza; kif ukoll;

(h)

informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tas-sistemi tad-database u l-kontroll tal-kwalità għall-proċessi ta’ tiftix awtomatiċi.

3.   Notifika awtomatizzata ta’ riżultat għandha tingħata biss jekk it-tiftixa jew il-paragun awtomatizzat ikun irriżulta f’konkordanza ta’ numru minimu ta’ loci. Dan in-numru minimu jinsab fil-Kapitolu 1 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet jikkonformaw mad-dikjarazzjonijiet maħruġin skond l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu riprodotti fil-Manwal imsemmi fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 9

Proċedura ta’ trasmissjoni għat-tiftix awtomatizzat ta’ profili ta’ DNA mhux identifikati skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI

1.   Jekk f’tiftixa bi profil tad-DNA mhux identifikat ma tkun instabet l-ebda konkordanza fid-database nazzjonali jew tkun instabet tiftixa bi profil tad-DNA mhux identifikat, il-profil tad-DNA mhux identifikat jista’ jintbagħat lid-databases ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha u, jekk f’tiftixa b’dan il-profil tad-DNA mhux identifikat jinstabu konkordanzi ma’ profili tad-DNA ta’ referenza u/jew profili tad-DNA mhux identifikati, jinstabu konkordanzi fid-databases ta’ Stati Membri oħra, dawn il-konkordanzi għandhom awtomatikament jiġu kkomunikati u d-data ta’ referenza tad-DNA tintbagħat lill-Istat Membru rikjedenti; jekk ma tinstab l-ebda konkordanza fid-databases barranin, dan għandu awtomatikament jiġi kkomunikat lill-Istat Membru rikjedenti.

2.   Jekk f’tiftixa bi profil tad-DNA mhux identifikat tinstab konkordanza fid-databases barranin, kull Stat Membru konċernat jista’ jdaħħal nota f’dan is-sens fid-database nazzjonali tiegħu.

Artikolu 10

Proċedura ta’ trasmissjoni għat-tiftix awtomatizzat ta’ profili ta’ DNA ta’ referenza skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI

Jekk f’tiftixa bi profil tad-DNA ta’ referenza ma tkun instabet l-ebda konkordanza fid-database nazzjonali ma’ profil tad-DNA ta’ referenza jew tkun instabet konkordanza ma’ profil tad-DNA mhux identifikat, dan il-profil tad-DNA ta’ referenza għandu mbagħad jintbagħat lid-databases ta’ l-Istati Membri l-oħrajn kollha, u jekk, f’tiftixa b’dan il-profil tad-DNA ta’ referenza jinstabu konkordanzi ma’ profili tad-DNA ta’ referenza u/jew profili tad-DNA mhux identifikati fid-databases ta’ Stati Membri oħra, dawn il-konkordanzi għandhom awtomatikament jiġu kkomunikati u d-data ta’ referenza tad-DNA tintbagħat lill-Istat Membru rikjedenti; jekk ma tinstab l-ebda konkordanza fid-databases ta’ Stati Membri oħra, dan għandu awtomatikament jiġi kkomunikat lill-Istat Membru rikjedenti.

Artikolu 11

Proċedura ta’ trasmissjoni għat-tiftix awtomatizzat ta’ profili ta’ DNA mhux identifikati skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI

1.   Jekk f’paragun bi profili tad-DNA mhux identifikat, jinstabu konkordanzi fid-databases ta’ Stati Membri oħra ma’ profili tad-DNA ta’ referenza u/jew profili tad-DNA mhux identifikati, dawn il-konkordanzi għandhom awtomatikament jiġu kkomunikati u d-data ta’ referenza tad-DNA tintbagħat lill-Istat Membru rikjedenti.

2.   Jekk, f’paragun ma’ profili tad-DNA mhux identifikati, jinstabu konkordanzi fil-bażijiet ta’ Stati Membri oħra bi profili tad-DNA mhux identifikati jew profili tad-DNA ta’ referenza, kull Stat Membru kkonċernat jista’ jdaħħal nota f’dan is-sens fil-bażi tad-data nazzjonali tiegħu.

KAPITOLU 4

DATA DATTILOSKOPIKA

Artikolu 12

Prinċipji għall-iskambju ta’ data dattiloskopika

1.   Id-diġitalizzazzjoni tad-data dattiloskopika u t-trasmissjoni tagħha lill-Istati Membri l-oħrajn għandha titwettaq konformement mal-format ta’ data uniformi speċifikat fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data dattiloskopika li jibgħat tkun ta’ kwalità tajba biżżejjed għal paragun bis-sistema awtomatizzata ta’ identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ (AFIS).

3.   Il-proċedura ta’ trasmissjoni għall-iskambju ta’ data dattiloskopika għandha ssir fi ħdan struttura deċentralizzata.

4.   Miżuri xierqa għandhom jittieħdu sabiex jiżguraw kunfidenzjalità u integrità ta’ data dattiloskopika fi transitu għal Stati Membri oħra, inkluż il-kriptografija tagħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom jużaw kowds ta’ l-Istati Membri skond l-istandard ISO 3166-1 alpha-2.

Artikolu 13

Kapaċitajiet ta’ tfittxija għal data dattiloskopika

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-mistoqsijiet ta’ tiftix tiegħu ma jaqbżux il-kapaċitajiet ta’ tiftix speċifikati mill-Istat Membru rikjest. Stati Membri għandhom jissottomettu dikjarazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 18(2) lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li fihom huma jistabbilixxu l-kapaċitajiet massimi ta’ tfittxija għal kull ġurnata għal data dattiloskopika ta’ persuni identifikati u għal data dattiloskopika ta’ persuni li għadhom mhux identifikati.

2.   In-numri massimi ta’ kandidati aċċettati għal verifika għal kull trasmissjoni huwa stabbilit fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Regoli għal talbiet u tweġibiet b’konnessjoni ma’ data dattiloskopika

1.   L-Istat Membru rikjest għandu jivverifika l-kwalità tad-data dattiloskopika mibgħuta bla dewmien bi proċedura kompletament awtomatizzata. Jekk id-data ma tkunx tajba għal paragun awtomatizzat, l-Istat Membru rikjest għandu jgħarraf lill-Istat Membru rikjedenti bla dewmien.

2.   L-Istat Membru rikjest għandu jwettaq it-tiftix fl-ordni li fih ikun irċieva t-talbiet. It-talbiet għandhom jiġu pproċessati fi żmien 24 siegħa bi proċedura kompletament awtomatizzata. L-Istat Membru rikjedenti jista’, jekk il-liġi nazzjonali tiegħu tippreskrivi hekk, jitlob għal proċessar aċċellerat tat-talbiet tiegħu u l-Istat Membru rikjest għandu jwettaq dawn it-tfittxijiet bla dewmien. Jekk l-iskadenzi ma jistgħux jintlaħqu għal raġunijiet ta’ natura maġġuri, il-paragun għandu jitwettaq bla dewmien hekk kif l-impedimenti jkunu tneħħew.

KAPITOLU 5

DATA TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-VETTURI

Artikolu 15

Prinċipji ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.   Għal tiftix awtomatizzat ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi l-Istati Membri għandhom jużaw verżjoni speċjali ta’ l-applikazzjoni software tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS), iddisinjata b’mod speċjali għall-finijiet ta’ l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, u l-verżjonijiet emendati ta’ dan is-software.

2.   Tiftix awtomatizzat ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għandha ssir fi ħdan struttura deċentralizzata.

3.   L-informazzjoni skambjata permezz tas-sistema EUCARIS għandha tintbagħat f’forma kriptata.

4.   L-elementi ta’ data tad-data ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi li jridu jiġu skambjati huma speċifikati fil-Kapitolu 3 ta l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

5.   Fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lil tfittxijiet relatati mal-ġlieda kontra reati serji.

Artikolu 16

Spejjeż

Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni ta’ l-applikazzjoni tas-software EUCARIS imsemmi fl-Artikolu 15(1).

KAPITOLU 6

KOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA

Artikolu 17

Eżerċizzji konġunti ta’ viġilanza u operazzjonijiet konġunti oħrajn

1.   Skond il-Kapitolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, u b’mod partikolari mad-dikjarazzjonijiet preżentati skond l-Artikoli 17 (4), 19 (2), u 19 (4) ta’ dik id-Deċiżjoni, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar sabiex jippermetti lil Stati Membri oħra jindirizzaw lill-awtoritajiet kompetenti u kull Stat Membru jista’ jispeċifika l-proċeduri tiegħu għall-istabbiliment eżerċizzji konġunti ta’ viġilanza u operazzjonijiet konġunti oħrajn, il-proċeduri tiegħu għal inizjattivi minn Stati Membri oħra fir-rigward ta’ dawk l-operazzjonijiet, kif ukoll aspetti prattiċi oħra, u modalitajiet operattivi fir-rigward ta’ dawn l-operazzjonijiet.

2.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jikkompila u jżomm aġġornata l-lista tal-punti ta’ kuntatt u jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe bidla fil-lista.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jistabbilixxu operazzjoni konġunta. Qabel il-bidu ta’ operazzjoni speċifika, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jagħmlu arranġamenti bil-miktub jew verbali li jistgħu jkopru dettalji bħal:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-operazzjoni;

(b)

l-għan speċifiku ta’ l-operazzjoni;

(ċ)

l-Istat Membru ospitanti fejn għandha ssir l-operazzjoni;

(d)

iż-żona ġeografika ta’ l-Istat Membru ospitanti fejn għandha ssir l-operazzjoni;

(e)

il-perijodu kopert bl-operazzjoni;

(f)

l-assistenza speċifika li trid tiġi pprovduta mill-Istat Membru sekondanti jew mill-Istati Membri sekondanti, lill-Istat Membru ospitanti, inkluż uffiċjali jew uffiċjali oħra, materjal u elementi finanzjarji;

(g)

l-uffiċjali li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(h)

l-uffiċjal responsabbli mill-operazzjoni;

(i)

il-poteri li l-uffiċjali u uffiċjali oħra ta’ l-Istat Membru sekondanti jew l-Istati Membri sekondanti jistgħu jeżerċitaw fl-Istat Membru ospitanti matul l-operazzjoni;

(j)

l-armi, munizzjon u tagħmir partikolari li l-uffiċjali sekondati jistgħu jużaw matul l-operazzjoni skond id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI;

(k)

il-modalitajiet ta’ loġistika fir-rigward tat-trasport, l-akkomodazzjoni u s-sigurtà;

(l)

l-allokazzjoni ta’ l-ispejjeż ta’ l-operazzjoni konġunta jekk din hija differenti minn dik prevista fl-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI;

(m)

kwalunkwe elementi oħra possibbli meħtieġa.

4.   Id-dikjarazzjonijiet, il-proċeduri u l-ħatriet previsti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu riprodotti fil-Manwal imsemmi fl-Artikolu 18(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Anness u Manwal

1.   Aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni teknika u amministrattiva tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Għandu jitħejja Manwal u jinżamm aġġornat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi esklussivament informazzjoni fattwali pprovduta mill-Istati Membri permezz ta’ dikjarazzjonijiet magħmula skond id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jew din id-Deċiżjoni jew permezz ta’ notifiki magħmula lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Il-Manwal għandu jkun fil-forma ta’ Dokument tal-Kunsill.

Artikolu 19

Awtoritajiet indipendenti ta’ protezzjoni ta’ data

L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 18(2) ta’ din id-Deċiżjoni, jinfurmaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bl-awtoritajiet indipendenti ta’ protezzjoni ta’ data jew bl-awtoritajiet ġudizzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 30(5) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Artikolu 20

Tħejjija ta’ deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI

1.   Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI abbażi ta’ rapport ta’ valutazzjoni li għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju.

2.   Fir-rigward ta’ l-iskambju awtomatizzat tad-data konformement mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jkun ibbażat ukoll fuq żjara ta’ valutazzjoni u prova pilota li għandha titwettaq meta l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lis-Segretarjat Ġenerali konformement ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

3.   Dettalji ulterjuri tal-proċedura huma stabbiliti fil-Kapitolu 4 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 21

Valutazzjoni ta’ l-iskambju tad-data

1.   Valutazzjoni ta’ l-applikazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja ta’ l-iskambju tad-data skond il-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, u b’mod partikolari l-użu tal-mekkaniżmu ta’ l-Artikolu 15(5), għandha titwettaq fuq bażi regolari. L-evalwazzjoni għandha tirrigwarda dawk l-Istati Membri li diġà qed japplikaw id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI fiż-żmien ta’ l-evalwazzjoni u għandha titwettaq għall-kategoriji tad-data li għalihom beda l-iskambju tad-data fost l-Istati Membri kkonċernati. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapporti ta’ l-Istati Membri rispettivi.

2.   Dettalji ulterjuri tal-proċedura huma stabbiliti fil-Kapitolu 4 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 22

Relazzjoni mal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Prüm

Għall-Istati Membri marbuta bit-Trattat Prüm, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Deċiżjoni u l-Anness magħha ladarba implimentati bis-sħiħ minflok id-dispożizzjonijiet korrispondenti li jinsabu fil-Ftehim ta’ Implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Prüm. Kwalunkwe dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni għandhom jibqgħu applikabbli bejn il-partijiet kontraenti tat-Trattat ta’ Prüm.

Artikolu 23

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni fil-perijodi msemmija fl-Artikolu 36 (1) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Artikolu 24

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta' Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Opinjoni mogħtija fil-21 ta' April 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

WERREJ

KAPITOLU 1:

Skambju tad-Data tad-DNA

1.

Kwistjonijiet forensiċi, regoli ta’ konkordanza u algoritmi relatati mad-DNA

1.1.

Karatteristiċi tal-profili tad-DNA

1.2.

Regoli ta’ konkordanza

1.3.

Regoli ta’ rappurtar

2.

Tabella tan-numri tal-kodiċi ta’ l-Istati Membri

3.

Analiżi funzjonali

3.1.

Disponibbiltà tas-sistema

3.2.

It-tieni pass

4.

Dokument ta’ kontroll ta’ l-interface tad-DNA

4.1.

Introduzzjoni

4.2.

Definizzjoni ta’ l-istruttura ta’ l-XML

5.

Arkitettura ta’ l-applikazzjoni, is-sigurtà u l-komunikazzjoni

5.1.

Deskrizzjoni ġenerali

5.2.

Arkitettura tal-livell superjuri

5.3.

Standards tas-sigurtà u protezzjoni tad-data

5.4.

Protokolli u standards li jintużaw għall-mekkaniżmu tal-kriptaġġ: s/MIME u pakketti relatati

5.5.

Arkitettura ta’ l-applikazzjoni

5.6.

Protokolli u standards li jintużaw għall-arkitettura ta’ l-applikazzjoni

5.7.

Ambjent tal-komunikazzjoni

KAPITOLU 2:

Skambju ta’ data dattiloskopika (dokument ta’ kontroll ta’ l-interface)

1.

Deskrizzjoni ġenerali tal-kontenut tal-fajl

2.

Format tar-rekords

3.

Rekord loġiku tat-Tip 1: il-header tal-fajl

4.

Rekord loġiku tat-Tip 2: test deskrittiv

5.

Rekord loġiku tat-Tip 4: immaġini fuq skala griża b’riżoluzzjoni għolja

6.

Rekord loġiku tat-Tip 9: rekord tad-dettalji

7.

Rekord tat-Tip 13 ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

8.

Rekord tat-Tip 15 ta’ immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id b’riżoluzzjoni varjabbli

9.

Appendiċi għall-Kapitolu 2 (skambju ta’ data dattiloskopika)

9.1.

Kodiċijiet Separaturi ASCII

9.2.

Kalkolu tal-karattru ta’ kontroll alfanumeriku

9.3.

Kodiċijiet tal-karattri

9.4.

Sommarju tat-transazzjonijiet

9.5.

Definizzjonijiet tar-rekords tat-tip 1

9.6.

Definizzjonijiet tar-rekords tat-tip 2

9.7.

Kodiċijiet ta’ kompressjoni fuq skala griża

9.8.

Mailspecification

KAPITOLU 3:

Skambju tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.

Sett ta’ data komuni għat-tiftix awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.1.

Definizzjonijiet

1.2.

Tiftix tal-vettura/is-sid/id-detentur

2.

Sigurtà tad-Data

2.1.

Deskrizzjoni ġenerali

2.2.

Karatteristiċi ta’ sigurtà relatati ma’ l-iskambju tal-messaġġi

2.3.

Karatteristiċi ta’ sigurtà mhux relatati ma’ l-iskambju tal-messaġġi

3.

Kondizzjonijiet tekniċi għall-iskambju tad-data

3.1.

Deskrizzjoni ġenerali ta’ l-applikazzjoni EUCARIS

3.2.

Rekwiżiti Funzjonali u Non-Funzjonali

KAPITOLU 4:

Evalwazzjoni

1.

Proċedura ta’ evalwazzjoni skond l-Artikolu 20 (Tħejjija ta’ Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI)

1.1.

Kwestjonarju

1.2.

Prova pilota

1.3.

Żjara ta’ evalwazzjoni

1.4.

Rapport lill-Kunsill

2.

Proċedura ta’ evalwazzjoni skond l-Artikolu 21

2.1.

Statistika u Rapport

2.2.

Reviżjoni

3.

Laqgħat ta’ esperti

KAPITOLU 1: Skambju tad-Data tad-DNA

1.   Kwistjonijiet forensiċi, regoli ta’ konkordanza u algoritmi relatati mad-DNA

1.1.   Karatteristiċi tal-profili tad-DNA

Il-profil tad-DNA jista’ jkun fih 24 par ta’ numri li jirrappreżentaw l-alleli ta’ 24 locus li jintużaw ukoll fil-proċeduri ta’ l-Interpol dwar id-DNA. L-ismijiet ta’ dawn il-loci huma murija fit-tabella li ġejja:

VWA

TH01

D21S11

FGA

D8S1179

D3S1358

D18S51

Ameloġenina

TPOX

CSF1P0

D13S317

D7S820

D5S818

D16S539

D2S1338

D19S433

Penta D

Penta E

FES

F13A1

F13B

SE33

CD4

GABA

Is-7 loci griżi fir-ringiela ta’ fuq huma kemm is-Sett Standard Ewropew (ESS) kif ukoll is-Sett ta’ Loci Standard ta’ l-Interpol (ISSOL).

Regoli għall-Inklużjoni:

Il-profili tad-DNA magħmulin disponibbli mill-Istati Membri għat-tiftix u l-paragun kif ukoll il-profili tad-DNA mibgħuta għat-tiftix u l-paragun irid ikun fihom ta’ l-inqas 6 loci denominati b’mod sħiħ (1) u jista’ jkun fihom loci addizzjonali jew spazji vojta skond id-disponibbiltà tagħhom. Il-profili tad-DNA tar-referenza jrid ikun fihom ta’ l-inqas 6 mis-7 ESSOL. sabiex titjieb il-preċiżjoni tal-konkordanzi, l-alleli kollha disponibbli għandhom jinħażnu fil-bażi tad-data tal-profili tad-DNA bl-indiċijiet u jintużaw għat-tiftix u l-paragun. Kull Stat Membru għandu jimplimenta mill-aktar fis prattikament possibbli kull ESSOL ġdid adottat mill-UE.

Il-profili mħalltin m’humiex permessi, sabiex il-valuri ta’ l-alleli ta’ kull locus ikun jikkonsisti biss minn żewġ numri, li jistgħu jkunu l-istess fil-każ ta’ omożigożità f’locus speċifiku.

Il-wild-cards u l-mikro-varjanti jiġu ttrattati billi jintużaw ir-regoli li ġejjin:

Kull valur non-numeriku minbarra l-ameloġenina li jkun hemm fil-profil (eż. “o”, “f”, “r”, “na”, “nr” jew “un”), fl-esportazzjoni jrid awtomatikament jinbidel għal wild card (*) u jitqabbel ma’ kollox.

Il-valuri numeriċi “0”, “1” jew “99” li jkun hemm fil-profil, fl-esportazzjoni jridu Jekk għal locus wieħed jingħataw 3 alleli, jiġi aċċettat l-ewwel allel u ż-żewġ alleli li jifdal iridu, għall-esportazzjoni, awtomatikament jinbidlu għal wild card (*) u jitqabblu ma’ kollox.

Jekk jingħata valur ta’ wild card għall-ewwel jew it-tieni allel, allura jitfittxu ż-żewġ permutazzjonijiet tal-valur numeriku mogħti għal-locus (eż. 12,* jista’ jagħti riżultat pożittiv ta’ konkordanza ma’ 12,14 jew 9,12).

Il-mikro-varjanti ta’ pentanukleotide (Penta D, Penta E & CD4) jitqabblu għall-konkordanza skond dan li ġej:

x.1 = x, x.1, x.2

x.2 = x.1, x.2, x.3

x.3 = x.2, x.3, x.4

x.4 = x.3, x.4, x + 1

Il-mikro-varjanti ta’ tetranukleotide (il-bqija tal-loci huma tetranukleotidi) jitqabblu għall-konkordanza skond dan li ġej:

x.1 = x, x.1, x.2

x.2 = x.1, x.2, x.3

x.3 = x.2, x.3, x + 1

1.2.   Regoli ta’ konkordanza

Il-paragun ta’ żewġ profili tad-DNA ser jitwettaq abbażi tal-loci li għalihom hemm disponibbli par valuri ta’ alleli fiż-żewġ profili tad-DNA. Ta’ l-inqas sitt loci denominati b’mod sħiħ (eskluża l-ameloġenina) iridu jaqblu bejn iż-żewġ profili tad-DNA qabel ma jingħata riżultat pożittiv ta’ konkordanza.

Konkordanza sħiħa (Kwalità 1) hi ddefinita bħala konkordanza meta l-valuri ta’ l-alleli tal-loci paragunati li jkunu komuni fil-profili tad-DNA rikjedenti u rikjesti jkunu kollha l-istess. Kważi konkordanza hi ddefinita bħala konkordanza meta l-valur ta’ wieħed biss mill-alleli kollha paragunati jkun differenti fiż-żewġ profili tad-DNA (Kwalità 2, 3 u 4). Kważi konkordanza tiġi aċċettata biss jekk ikun hemm ta’ l-inqas sitt loci konkordati denominati b’mod sħiħ fiż-żewġ profili tad-DNA paragunati.

Ir-raġuni għal kważi konkordanza tista’ tkun:

żball ta’ l-ittajpjar uman fil-punt tad-dħul ta’ wieħed mill-profili tad-DNA fir-rikjesta tat-tiftixa jew fil-bażi tad-data tad-DNA,

żball fid-determinazzjoni ta’ l-allel jew fis-sejħa ta’ l-allel matul il-proċedura tal-ġenerazzjoni tal-profil tad-DNA.

1.3.   Regoli ta’ rappurtar

Ser jiġu rrappurtati kemm konkordanzi sħaħ, kważi konkordanzi, kif ukoll “no hits”.

Ir-rapport ta’ konkordanza jintbagħat lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali rikjedenti u jkun disponibbli wkoll għall-punt ta’ kuntatt nazzjonali rikjest (sabiex dan ikun jista’ jistma n-natura u n-numru ta’ rikjesti ta’ segwitu eventwali għal aktar data personali disponibbli u informazzjoni oħra assoċjata mal-profil tad-DNA li jikkorrispondi mat-konkordanza skond l-Artikoli 5 u 10 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI).

2.   Tabella tan-numri tal-kodiċi ta’ l-Istati Membri

Skond id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 jintuża għall-istabbiliment ta’ l-ismijiet tad-dominji u l-parametri l-oħrajn tal-konfigurazzjoni meħtieġa fl-applikazzjonijiet ta’ l-iskambju tad-data tad-DNA ta’ Prüm fuq network magħluq.

Il-kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2 huma l-kodiċijiet b’żewġ ittri ta’ l-Istati Membri li ġejjin.

Isem ta’ l-Istat Membru

Kodiċi

Isem ta’ l-Istat Membru

Kodiċi

Belġju

BE

Lussemburgu

LU

Bulgarija

BG

Ungerija

HU

Repubblika Ċeka

CZ

Malta

MT

Danimarka

DK

Olanda

NL

Ġermanja

DE

Awstrija

AT

Estonja

EE

Polonja

PL

Greċja

EL

Portugall

PT

Spanja

ES

Rumanija

RO

Franza

FR

Slovakkja

SK

Irlanda

IE

Slovenja

SI

Italja

IT

Finlandja

FI

Ċipru

CY

Svezja

SE

Latvja

LV

Renju Unit

UK

Litwanja

LT

 

 

3.   Analiżi funzjonali

3.1.   Disponibbiltà tas-sistema

Rikjesti skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jilħqu l-bażi tad-data indirizzata fl-ordni kronoloġiku li kull rikjesta tkun intbagħtet, u t-tweġibiet għandhom jintbagħtu sabiex jilħqu lill-Istat Membru rikjedenti fi żmien 15-il minuta mill-wasla tar-rikjesti.

3.2.   It-tieni pass

Meta Stat Membru jirċievi rapport ta’ konkordanza, il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tiegħu jkun responsabbli sabiex jipparaguna l-valuri tal-profil sottomess bħala mistoqsija u l-valuri tal-profil(i) li jirċievi bħala tweġiba sabiex jivvalida u jivverifika l-valur tal-profil bħala evidenza. Il-punti ta’ kuntatt jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin direttament għall-finijiet ta’ validazzjoni.

Il-proċeduri ta’ assistenza legali jibdew wara l-validazzjoni ta’ konkordanza eżistenti bejn żewġ profili, abbażi ta’ “konkordanza sħiħa” jew “kważi konkordanza” miksuba matul il-fażi ta’ konsultazzjoni awtomatizzata.

4.   Dokument ta’ kontroll ta’ l-interface tad-DNA

4.1.   Introduzzjoni

4.1.1.   Objettivi

Dan il-kapitolu jiddefinixxi r-rekwiżiti għall-iskambju ta’ l-informazzjoni tal-profili tad-DNA bejn is-sistemi tal-bażijiet tad-data tad-DNA ta’ l-Istati Membri kollha. Il-fields tal-headers huma ddefiniti speċifikament għall-iskambju tad-DNA relatat ma’ Prüm, u l-parti tad-data hi bbażata fuq il-parti tad-data tal-profil tad-DNA fli schema XML iddefinita għall-entratura (gateway) ta’ l-Interpol għall-iskambju tad-DNA.

Id-data tiġi skambjata bl-SMTP (Simple Mail Transfer Protocol) u b’teknoloġiji oħrajn l-aktar moderni, bl-użu ta’ central relay mail server provdut minn min jipprovdi n-network. Il-fajl XML jintbagħat bħala l-parti prinċipali ta’ mail (mail body).

4.1.2.   Ambitu

Dan id-dokument ta’ kontroll ta’ l-interface (ICD) jiddefinixxi l-kontenut tal-messaġġ (mail) biss. It-topics kollha speċifiċi għan-network u speċifiċi għall-mail huma ddefiniti b’mod uniformi sabiex jippermettu bażi teknika komuni għall-iskambju tad-data tad-DNA.

Dan jinkludi:

Format tal-field tas-suġġett fil-messaġġ li jippermetti l-ipproċessar awtomatizzat tal-messaġġi,

jekk ikunx meħtieġ il-kriptaġġ tal-kontenut u jekk iva liema metodi għandhom jingħażlu,

it-tul massimu tal-messaġġi.

4.1.3.   Struttura u prinċipji ta’ l-XML

Il-messaġġ XML huwa strutturat hekk:

il-parti tal-header, li fiha informazzjoni dwar it-trasmissjoni u

il-parti tad-data, li fiha informazzjoni speċifika għall-profil, kif ukoll il-profil innifsu.

L-istess schema XML għandha tintuża għar-rikjesta u r-rispons.

Għall-finijiet ta’ verifiki sħaħ ta’ profili tad-DNA mhux identifikati (l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI) għandu jkun possibbli jintbagħat lott ta’ profili f’messaġġ wieħed. In-numru massimu ta’ profili f’messaġġ wieħed għandu jiġi ddefinit. In-numru jiddependi mid-daqs massimu permess tal-mail u għandu jkun iddefinit wara l-għażla tas-server tal-mail.

Eżempju ta’ XML:

<?version="1.0" standalone="yes"?>

<PRUEMDNAx xmlns:msxsl="urn:schemas-microsoft-com:xslt"

xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance">

<header>

(…)

</header>

<datas>

(…)

</datas>

[<datas> struttura tad-data rripetuta, jekk jintbagħtu profili multipli minn (....) messaġġ SMTP wieħed, permess biss għal każijiet ta’ l-Artikolu 4

</datas>]

</PRUEMDNA>

4.2.   Definizzjoni ta’ l-istruttura ta’ l-XML

Id-definizzjonijiet li ġejjin huma għal finijiet ta’ dokumentazzjoni u qari aħjar, iżda l-informazzjoni li realment torbot hi pprovduta minn fajl bl-XML schema (PRUEM DNA.xsd).

4.2.1.   Schema PRUEMDNAx

Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

header

PRUEM_header

Occurs: 1

datas

PRUEM_datas

Occurs: 1 ... 500

4.2.2.   Kontenut ta’ l-istruttura tal-header

4.2.2.1

PRUEM header

Din hija struttura li tiddeskrivi l-header tal-fajl XML. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

direction

PRUEM_header_dir

Direction of message flow

ref

String

Reference of the XML file

generator

String

Generator of XML file

schema_version

String

Version number of schema to use

requesting

PRUEM_header_info

Requesting Member State info

requested

PRUEM_header_info

Requested Member State info

4.2.2.2.

PRUEM_header dir

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

R

Request

A

Answer

4.2.2.3.

PRUEM header info

Struttura li tiddeskrivi l-Istat Membru kif ukoll id-data (il-jum) u l-ħin. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

source_isocode

String

ISO 3166-2 code of the requesting Member State

destination_isocode

String

ISO 3166-2 code of the requested Member State

request_id

String

unique Identifier for a request

date

Date

Date of creation of message

time

Time

Time of creation of message

4.2.3.   Kontenut tal-PRUEM Profile data

4.2.3.1.

PRUEM_datas

Din hija struttura li tiddeskrivi l-parti tad-data tal-profil XML. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

reqtype

PRUEM request type

Type of request (Article 3 or 4)

date

Date

Date profile stored

type

PRUEM_datas_type

Type of profile

result

PRUEM_datas_result

Result of request

agency

String

Name of corresponding unit responsible for the profile

profile_ident

String

Unique Member State profile ID

message

String

Error Message, if result = E

profile

IPSG_DNA_profile

If direction = A (Answer) AND result ≠ H (Hit) empty

match_id

String

In case of a HIT PROFILE_ID of the requesting profile

quality

PRUEM_hitquality_type

Quality of Hit

hitcount

Integer

Count of matched Alleles

rescount

Integer

Count of matched profiles. If direction = R (Request), then empty. If quality!=0 (the original requested profile), then empty.

4.2.3.2.

PRUEM_request_type

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

3

Requests pursuant to Article 3 of Decision 2008/615/JHA

4

Requests pursuant to Article 4 of Decision 2008/615/JHA

4.2.3.3.

PRUEM_hitquality_type

Value

Description

0

Referring original requesting profile:

Case “No Hit”: original requesting profile sent back only;

Case “Hit”: original requesting profile and matched profiles sent back.

1

Equal in all available alleles without wildcards

2

Equal in all available alleles with wildcards

3

Hit with Deviation (Microvariant)

4

Hit with mismatch

4.2.3.4.

PRUEM_data_type

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

P

Person profile

S

Stain

4.2.2.5.

PRUEM_data_result

It-tip ta’ data li hemm fil-messaġġ, u l-valur jista’ jkun:

Value

Description

U

Undefined, If direction = R (request)

H

Hit

N

No Hit

E

Error

4.2.3.6.

IPSG_DNA_profile

Struttura li tiddeskrivi profil tad-DNA. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

ess_issol

IPSG_DNA_ISSOL

Group of loci corresponding to the ISSOL (standard group of Loci of Interpol)

additional_loci

IPSG_DNA_additional_loci

Other loci

marker

String

Method used to generate of DNA

profile_id

String

Unique identifier for DNA profile

4.2.3.7.

IPSG_DNA_ISSOL

Struttura li fiha l-loci ta’ l-ISSOL (Grupp Standard ta’ loci ta’ l-Interpol). Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

vwa

IPSG_DNA_locus

Locus vwa

th01

IPSG_DNA_locus

Locus th01

d21s11

IPSG_DNA_locus

Locus d21s11

fga

IPSG_DNA_locus

Locus fga

d8s1179

IPSG_DNA_locus

Locus d8s1179

d3s1358

IPSG_DNA_locus

Locus d3s1358

d18s51

IPSG_DNA_locus

Locus d18s51

amelogenin

IPSG_DNA_locus

Locus amelogin

4.2.3.8.

IPSG_DNA_additional_loci

Struttura li fiha l-loci l-oħrajn. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

tpox

IPSG_DNA_locus

Locus tpox

csf1po

IPSG_DNA_locus

Locus csf1po

d13s317

IPSG_DNA_locus

Locus d13s317

d7s820

IPSG_DNA_locus

Locus d7s820

d5s818

IPSG_DNA_locus

Locus d5s818

d16s539

IPSG_DNA_locus

Locus d16s539

d2s1338

IPSG_DNA_locus

Locus d2s1338

d19s433

IPSG_DNA_locus

Locus d19s433

penta_d

IPSG_DNA_locus

Locus penta_d

penta_e

IPSG_DNA_locus

Locus penta_e

fes

IPSG_DNA_locus

Locus fes

f13a1

IPSG_DNA_locus

Locus f13a1

f13b

IPSG_DNA_locus

Locus f13b

se33

IPSG_DNA_locus

Locus se33

cd4

IPSG_DNA_locus

Locus cd4

gaba

IPSG_DNA_locus

Locus gaba

4.2.3.9.

IPSG_DNA_locus

Struttura li tiddeskrivi locus. Dan fih il-fields li ġejjin:

Fields

Type

Description

low_allele

String

Lowest value of an allele

high_allele

String

Highest value of an allele

5.   Arkitettura ta’ l-applikazzjoni, is-sigurtà u l-komunikazzjoni

5.1.   Deskrizzjoni ġenerali

Fl-implimentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-iskambju tad-data tad-DNA fil-qafas tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, għandu jintuża network ta’ komunikazzjoni komuni, li jkun loġikament magħluq fost l-Istati Membri. Sabiex tiġi sfruttata din l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni li jintbagħtu rikjesti u jaslu tweġibiet b’mod aktar effettiv, jiġi adottat mekkaniżmu asinkronu li jwassal ir-rikjesti għal data tad-DNA u data dattiloskopika f’messaġġ bil-posta elettronika wrapped SMTP. sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tas-sigurtà, ser jintuża l-mekkaniżmu sMIME bħala estensjoni għall-funzjonalità SMTP sabiex tiġi stabbilita mina sigura minn naħa għall-oħra tul in-network.

It-TESTA (Trans European Services for Telematics between Administrations – Servizzi trans-Ewropej għat-telematika bejn l-amministrazzjonijiet) operattiva tintuża bħala n-network tal-komunikazzjoni għall-iskambju tad-data fost l-Istati Membri. It-TESTA taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea. Billi l-bażijiet tad-data nazzjonali tad-DNA u l-punti ta’ aċċess nazzjonali attwali tat-TESTA jistgħu jkunu jinsabu fuq siti differenti fl-Istati Membri, l-aċċess għat-TESTA jista’ jinħoloq kemm:

1.

bl-użu tal-punt ta’ aċċess nazzjonali eżistenti jew bl-istabbiliment ta’ punt ta’ aċċess TESTA nazzjonali ġdid, jew

2.

bil-ħolqien ta’ kollegament lokali sigur, mis-sit fejn il-bażi tad-data tad-DNA tinsab u hija ġestita mill-aġenzija nazzjonali kompetenti, għall-punt ta’ aċċess TESTA nazzjonali eżistenti.

Il-protokolli u l-istandards introdotti fl-implimentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jikkonformaw ma’ l-istandards miftuħa u jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti fit-tfassil tal-politika tas-sigurtà nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

5.2.   Arkitettura tal-livell superjuri

Fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, kull Stat Membri ser jagħmel id-data tiegħu tad-DNA disponibbli sabiex tiġi skambjata ma’ u/jew imfittxa mill-Istati Membri l-oħrajn konformement mal-format tad-data komuni standardizzat. L-arkitettura hi bbażata fuq mudell ta’ komunikazzjoni kulħadd ma’ kulħadd (“any-to-any”). Ma jeżisti la server fuq kompjuter ċentrali u lanqas bażi tad-data ċentralizzata li żżomm il-profili tad-DNA.

Figura 1. Topoloġija ta’ l-Iskambju tad-Data tad-DNA

Image

Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti legali nazzjonali fis-sit tiegħu, kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi x’tip ta’ hardware u software għandu jintuża għall-konfigurazzjoni fis-sit tiegħu sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

5.3.   Standards tas-sigurtà u protezzjoni tad-data

Ġew ikkunsidrati u implimentati tliet livelli ta’ rekwiżiti tas-sigurtà.

5.3.1.   Livell tad-data

Id-data tal-profili tad-DNA pprovduta minn kull Stat Membru trid titħejja konformement ma’ standard komuni ta’ protezzjoni tad-data, sabiex l-Istati Membri rikjedenti jirċievu tweġiba l-aktar sabiex ikun indikat HIT (konkordanza) jew NO-HIT (l-ebda konkordanza) flimkien ma’ numru ta’ identifikazzjoni f’każ ta’ HIT, li ma jkun fih l-ebda informazzjoni personali. L-investigazzjoni ulterjuri wara n-notifika ta’ HIT titwettaq fuq livell bilaterali skond ir-regolamenti legali u organizzattivi nazzjonali eżistenti tas-siti rispettivi ta’ l-Istati Membri.

5.3.2.   Livell tal-komunikazzjoni

Il-messaġġi li jkun fihom informazzjoni dwar profili tad-DNA (rikjedenti u bi tweġiba) jiġu kriptati permezz ta’ mekkaniżmu ta’ l-aħħar teknoloġija konformement ma’ standards miftuħa, bħall-sMIME, qabel ma jintbagħtu lis-siti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn.

5.3.3.   Livell tat-trasmissjoni

Il-messaġġi kriptati kollha li fihom informazzjoni dwar profili tad-DNA jintbagħtu lil siti ta’ Stati Membri oħrajn permezz ta’ sistema ta’ mini (“tunneling”) privati virtwali amministrata minn fornitur ta’ network ta’ fiduċja fuq livell internazzjonali u l-kollegamenti siguri għal din is-sistema ta’ mini taħt responsabbiltà nazzjonali. Din is-sistema ta’ mini privati virtwali ma għandhiex punt ta’ kollegament ma’ l-Internet miftuħ.

5.4.   Protokolli u standards li jintużaw għall-mekkaniżmu tal-kriptaġġ: sMIME u pakketti relatati

L-istandard miftuħ sMIME bħala estensjoni għall-istandard de facto tal-posta elettronika SMTP ser jintuża sabiex jikkripta l-messaġġi li fihom informazzjoni dwar profili tad-DNA. Il-protokoll sMIME (V3) jippermetti rċevuti ffirmati, tikketti tas-sigurtà, u listi siguri ta’ indirizzi u jirkeb fuq Cryptographic Message Syntax (CMS), li hija speċifikazzjoni ta’ l-IETF għall-messaġġi protetti kriptografiċi. Huwa jista’ jintuża sabiex diġitalment jiffirma, jiddiġerixxi, jawtentika jew jikkripta kull forma ta’ data diġitali.

Iċ-ċertifikat sottostanti użat mill-mekkaniżmu sMIME jrid ikun konformi ma’ l-istandard X.509. sabiex ikunu żgurati standards u proċeduri komuni ma’ l-applikazzjonijiet l-oħrajn relatati ma’ Prüm, ir-regoli ta’ l-ipproċessar għall-operazzjonijiet ta’ kriptaġġ sMIME jew li jiġu applikati taħt diversi ambjenti COTS (Commercial Product of the Shelves), huma kif ġej:

Is-sekwenza ta’ l-operazzjonijiet hija: l-ewwel il-kriptaġġ imbagħad l-iffirmar.

L-algoritmu tal-kriptaġġ AES (Advanced Encryption Standard) b’ċavetta b’tul ta’ 256 bit u RSA b’ċavetta b’tul ta’ 1 024 bit għandu jiġi applikat għall-kriptaġġ simmetriku u asimmetriku rispettivament.

Għandu jiġi applikat il-hash algorithm SHA-1.

Il-funzjonalità s/MIME hija integrata fil-maġġoranza kbira tal-pakketti tas-software moderni għall-posta elettronika inkluż l-Outlook, il-Mozilla Mail kif ukoll in-Netscape Communicator 4.x u topera bejn il-pakketti ewlenin kollha tas-software għall-posta elettronika.

Billi l-sMIME tiġi integrata faċilment fl-infrastruttura nazzjonali ta’ l-IT fis-siti ta’ l-Istati Membri kollha, hija magħżula bħala mekkaniżmu vijabbli għall-implimentazzjoni tal-livell tas-sigurtà tal-komunikazzjoni. Madankollu, sabiex jinkiseb l-għan ta’ “Prova tal-Kunċett” b’mod aktar effiċjenti u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, qed jingħażel l-istandard miftuħ JavaMail API sabiex isir prototip ta’ l-iskambju tad-data tad-DNA. Il-JavaMail API jipprovdi kriptaġġ u dekriptaġġ sempliċi tal-posta elettronika bl-użu ta’ s/MIME u/jew OpenPGP. L-intenzjoni hi li jiġi pprovdut API wieħed li jista’ jintuża faċilment għall-klijenti tal-posta elettronika li jridu jibagħtu u jirċievu posta elettronika kriptata f’waħda jew l-oħra miż-żewġ formati ta’ kriptaġġ l-aktar popolari tal-posta elettronika. B’hekk kwalunkwe implimentazzjoni bl-aħħar teknoloġija għall-JavaMail API tkun biżżejjed għar-rekwiżiti stabbiliti bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, bħalma hu l-prodott ta’ Bouncy Castle JCE (Java Cryptographic Extension), li ser jintuża sabiex jimplimenta l-sMIME għall-prototip ta’ l-iskambju tad-data tad-DNA fost l-Istati Membri kollha.

5.5.   Arkitettura ta’ l-applikazzjoni

Kull Stat Membru ser jipprovdi lill-Istati Membri l-oħrajn b’sett data ta’ profili tad-DNA standardizzata li hija konformi ma’ l-ICD komuni attwali. Dan jista’ jsir kemm billi tingħata viżwali loġika tal-bażi tad-data nazzjonali individwali jew billi tiġi stabbilita bażi tad-data esportata fiżika (bażi tad-data bl-indiċijiet).

L-erba’ komponenti ewlenin: E-mail server/sMIME, Server ta’ l-Applikazzjoni, Data Structure Area sabiex tinġieb jew tiddaħħal id-data u tirreġistra messaġġi li deħlin jew ħerġin, u Match Engine jimplimentaw il-loġika ta’ l-applikazzjoni kollha b’mod indipendenti mill-prodott.

Biex l-Istati Membri kollha jiġu pprovduti b’integrazzjoni faċli tal-komponenti fis-siti nazzjonali rispettivi tagħhom, il-funzjonalità komuni speċifikata ġiet implimentata permezz ta’ komponenti ta’ sors miftuħ, li jistgħu jingħażlu minn kull Stat Membru skond il-politika u r-regolamenti nazzjonali tiegħu dwar l-IT. Minħabba l-karatteristiċi indipendenti li jridu jiġu implimentati sabiex jinkiseb aċċess għall-bażijiet tad-data indiċjati li fihom il-profili tad-DNA koperti bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, kull Stat Membru jista’ liberament jagħżel il-pjattaforma tal-hardware u s-software, inkluż il-bażijiet tad-data u s-sistemi operattivi.

Prototip għall-Iskambju tad-Data tad-DNA ġie żviluppat u ttestjat b’suċċess fuq in-network komuni eżistenti. Il-verżjoni 1.0 ddaħħlet fl-ambjent produttiv u tintuża għal operazzjonijiet ta’ kuljum. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-prodott żviluppat b’mod konġunt iżda jistgħu wkoll jiżviluppaw il-prodotti tagħhom stess. Il-komponenti komuni tal-prodott ser jiġu mantnuti, irranġati u żviluppati aktar skond kif jinbidlu r-rekwiżiti ta’ l-IT u dawk forensiċi u/jew funzjonali tal-pulizija.

Figura 2. Topoloġija ġenerali ta’ l-applikazzjoni

Image

5.6.   Protokolli u standards li jintużaw għall-arkitettura ta’ l-applikazzjoni

5.6.1.   XML

L-iskambju tad-data tad-DNA ser jisfrutta b’mod sħiħ li schema XML bħala anness mal-messaġġi bil-posta elettronika SMTP. L-eXtensible Markup Language (XML) hija markup language bi skop ġenerali rrakkomandata mid-W3C sabiex jinħolqu markup languages bi skop speċjali, li kapaċi jiddeskrivu bosta tipi differenti ta’ data. Id-deskrizzjoni tal-profil tad-DNA adatt għall-iskambju fost l-Istati Membri kollha saret permezz ta’ l-XML u li schema XML fid-dokument ta’ l-ICD.

5.6.2.   ODBC

Open DataBase Connectivity tipprovdi lil software standard b’metodu ta’ API sabiex taċċessa sistemi ta’ ġestjoni ta’ bażijiet tad-data u ġġibu indipendenti mil-lingwa ta’ l-ipprogrammar, il-bażi tad-data u s-sistema operattiva. L-ODBC, madankollu, għandha ċerti żvantaġġi. L-amministrazzjoni ta’ għadd kbir ta’ magni klijenti jista’ jinvolvi diversità ta’ drivers u DLLs. Din il-komplessità tista’ żżid l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tas-sistema.

5.6.3.   JDBC

Java DataBase Connectivity (JDBC) hija API għal-lingwa ta’ l-ipprogrammar Java li tiddefinixxi kif klijent jista’ jaċċessa bażi tad-data. B’kuntrast ma’ l-ODBC, il-JDBC m’għandux bżonn juża ċertu sett ta’ DLLs lokali fid-Desktop.

Il-business logic għall-ipproċessar tar-rikjesti u t-tweġibiet dwar il-profili tad-DNA fis-sit ta’ kull Stat Membru hija spjegata fil-figura li jmiss. Il-flussi kemm rikjedenti kif ukoll tar-rispons jinteraġixxu ma’ spazju ta’ data newtrali li fih ġabriet ta’ data differenti bi struttura komuni tad-data.

Figura 3. Perspettiva tal-Fluss Operattiv ta’ l-Applikazzjoni fis-sit ta’ kull Stat Membru

Image

5.7.   Ambjent tal-komunikazzjoni

5.7.1.   Network ta’ komunikazzjoni komuni: TESTA u l-infrastruttura ta’ segwitu tiegħu

L-applikazzjoni ta’ l-iskambju tad-data tad-DNA ser tuża l-posta elettronika, mekkaniżmu asinkronu, sabiex tibgħat rikjesti u tirċievi tweġibiet bejn l-Istati Membri. Billi l-Istati Membri kollha għandhom ta’ l-inqas punt ta’ aċċess nazzjonali wieħed għan-network TESTA, l-iskambju tad-data tad-DNA ser jiġi introdott fuq in-network TESTA. It-TESTA jipprovdi għadd ta’ servizzi ta’ valur miżjud permezz ta’ l-e-Mail relay tiegħu. Minbarra li tospita kaxex ta’ posta elettronika speċifiċi għat-TESTA, l-infrastruttura tista’ timplimenta listi għad-distribuzzjoni tal-posta u sistemi ta’ routing. Dan jippermetti li t-TESTA jintuża bħala post fejn jiġu ttrattati l-messaġġi indirizzati lill-amministrazzjonijiet marbuta mad-Domains fl-UE kollha. Jistgħu jiddaħħlu wkoll mekkaniżmi għall-kontroll tal-viruses.

L-e-Mail relay tat-TESTA hu mibni fuq pjattaforma ta’ hardware b’disponibbiltà għolja li tinsab fil-faċilitajiet ċentrali ta’ l-applikazzjoni tat-TESTA u hija protetta b’firewall. Id-Domain Name Services (DNS) tat-TESTA ser jirriżolvu r-resource locators f’indirizzi IP u jaħbu kwistjonijiet ta’ indirizzar mill-utenti u mill-applikazzjonijiet.

5.7.2.   Rekwiżitġa tas-sigurtà

Il-kunċett ta’ VPN (Network Privat Virtwali) ġie implimentat fil-qafas tat-TESTA. It-teknoloġija Tag Switching użata sabiex jinbena dan il-VPN ser tevolvi sabiex tappoġġja l-istandard Multi-Protocol Label Switching (MPLS) żviluppat mill-Internet Engineering Task Force (IETF).

Image

L-MPLS hija teknoloġija standard ta’ l-IETF li tħaffef il-fluss tat-traffiku tan-network billi tevita l-analiżi tal-pakketti b’routers intermedji (hops). Dan isir abbażi ta’ l-hekk imsejħin tikketti li jitwaħħlu mal-pakkett mill-edge routers tal-backbone, skond l-informazzjoni maħżuna fil-forwarding information base (FIB). It-tikketti jintużaw ukoll sabiex jimplimentaw in-networks privati virtwali (VPN).

L-MPLS tgħaqqad flimkien il-benefiċċji tal-layer 3 routing mal-vantaġġi tal-layer 2 switching. Billi l-indirizzi IP ma jiġux evalwati matul it-transizzjoni mill-backbone, l-MPLS ma timponi l-ebda limitazzjoni fl-indirizzar ta’ l-IP.

Barra minn hekk messaġġi ta’ posta elettronika bit-TESTA ser ikunu protetti b’mekkaniżmu ta’ kriptaġġ imħaddem bl-sMIME. Mingħajr ma jkun jaf iċ-ċavetta u jekk ma jkollux iċ-ċertifikat adatt, ħadd ma jista’ jiddekripta messaġġi fuq in-network.

5.7.3.   Protokolli u Standards li jintużaw fuq in-network ta’ komunikazzjoni

5.7.3.1.

SMTP

Is-Simple Mail Transfer Protocol huwa l-istandard de facto għat-trasmissjoni tal-posta elettronika fuq l-Internet. L-SMTP huwa protokoll relattivament sempliċi bbażat fuq it-test, fejn destinatarju wieħed jew aktar ta’ messaġġ jiġi speċifikat u mbagħad it-test tal-messaġġ jiġi ttrasferit. L-SMTP juża l-port 25 tat-TCP fuq speċifikazzjoni mill-IETF. sabiex jiġi determinat is-server ta’ l-SMTP għal domain name speċifiku, jintuża r-rekord tad-DNS (Domain Name Systems) ta’ l-MX (Mail eXchange).

Billi dan il-protokoll kien fil-bidu bbażat purament fuq it-test ta’ l-ASCII huwa ma kienx jaħdem tajjeb bil-fajls binarji. Standards bħall-MIME ġew żviluppati sabiex jikkodifikaw il-fajls binarji għat-trasferiment bl-SMTP. Illum il-ġurnata, il-biċċa l-kbira tas-servers ta’ l-SMTP jappoġġjaw l-estensjoni 8BITMIME u sMIME, u b’hekk il-fajls binarji jistgħu jintbagħtu faċilment kważi daqs it-test ordinarju. Ir-regoli ta’ l-ipproċessar għall-operazzjonijiet tas-sMIME huma deskritti fit-taqsima sMIME (ara l-kapitolu 5.4).

L-SMTP huwa protokoll imsejjaħ “push” li ma jippermettix li “jinġibdu” (“pull”) messaġġi minn server remot hekk kif jintalab dan. sabiex isir dan klijent tal-posta elettronika jrid juża l-POP3 jew l-IMAP. Fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskambju tad-data tad-DNA ġie deċiż li jintuża l-protokoll POP3.

5.7.3.2.

POP

Klijenti tal-posta elettronika lokali jużaw il-Post Office Protocol verżjoni 3 (POP3), li huwa protokoll standard ta’ l-Internet fil-livell ta’ l-applikazzjoni, sabiex tinġieb il-posta elettronika minn server remot b’kollegament TCP/IP. Bl-użu tal-profil SMTP Submit tal-protokoll SMTP, il-klijenti tal-posta elettronika jibagħtu messaġġi fuq l-Internet jew fuq network korporattiv. Il-MIME iservi bħala l-istandard għall-annessi u t-test li mhux ASCII fil-posta elettronika. Għalkemm la l-POP3 u lanqas l-SMTP ma jeħtieġu posta elettronika fformatjata bil-MIME, il-posta elettronika fuq l-Internet ġeneralment tasal ifformatjata bil-MIME, u għalhekk il-klijenti POP iridu wkoll jifhmu u jużaw il-MIME. L-ambjent tal-komunikazzjoni kollu tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għalhekk ser jinkludi l-komponenti tal-POP.

5.7.4.   Assenjazzjoni ta’ l-Indirizz tan-Network

Ambjent operattiv

Blokk iddedikat tas-subnet tal-klassi C ġie attwalment allokat għat-TESTA mill-awtorità tar-reġistrazzjoni ta’ l-IP Ewropea (RIPE). Fil-futur, jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu allokati aktar blokki ta’ indirizzi għat-TESTA. L-assenjazzjoni ta’ indirizzi IP lill-Istati Membri hi bbażata fuq schema ġeografika fl-Ewropa. L-iskambju ta’ data fost l-Istati Membri fil-qafas tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jitħaddem fuq network IP loġikament magħluq mifrux fl-Ewropa kollha.

Ambjent ta’ l-ittestjar

Sabiex jinħoloq ambjent operattiv mingħajr problemi għat-tħaddim ta’ kuljum fost l-Istati Membri kollha kkollegati, jeħtieġ jiġi stabbilit ambjent ta’ l-ittestjar fuq in-network magħluq għall-Istati Membri l-ġodda li jħejju sabiex jingħaqdu ma’ l-operazzjonijiet. Lista ta’ parametri li tinkludi indirizzi IP, settings tan-network, domains tal-posta elettronika kif ukoll user accounts ta’ l-applikazzjoni ġiet speċifikata u għandha tiddaħħal fis-sit ta’ l-Istat Membru korrispondenti. Barra minn hekk, inħoloq sett ta’ psewdo-profili tad-DNA għal finijiet ta’ ttestjar.

5.7.5.   Parametri tal-konfigurazzjoni

Tinħoloq sistema sigura ta’ posta elettronika bl-użu tad-domain eu-admin.net. Dan id-domain bl-indirizzi assoċjati m’hux ser ikun aċċessibbli ħlief minn postijiet fid-domain tat-TESTA mifrux fl-UE kollha, billi l-ismijiet huma magħrufin biss fuq is-server tad-DNS ċentrali tat-TESTA, li hu maqtugħ mill-Internet.

Il-mapping ta’ dawn l-indirizzi tas-siti (host names) tat-TESTA għal ma’ l-indirizzi IP tagħhom isir bis-servizz tad-DNS tat-TESTA. Għal kull Local Domain, ser tiżdied Mail entry ma’ dan is-server tad-DNS ċentrali tat-TESTA, li tmexxi l-messaġġi kollha ta’ posta elettronika mibgħuta lil-Local Domains tat-TESTA għal għand il-Mail Relay ċentrali tat-TESTA. Dan il-Mail Relay ċentrali tat-TESTA mbagħad ser jgħaddihom lis-server tal-posta elettronika speċifiku tal-Local Domain bl-użu ta’ l-indirizzi tal-posta elettronika tad-Local Domain. Billi l-posta elettronika titmexxa b’dan il-mod, l-informazzjoni kritika li jkun hemm fiha ser tgħaddi biss mill-infrastruttura tan-network magħluq mifrux fl-Ewropa kollha u tevita n-nuqqas ta’ sigurtà ta’ l-Internet.

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti sub domains ( korsiv b tipa grassa ) fis-siti ta’ l-Istati Membri kollha bbażat fuq is-sintassi kif ġej:

application-type.pruem.Member State-code. eu-admin.net”, fejn:

“Member State-code” jieħu l-valur ta’ wieħed mill-kodiċijiet b’żewġ ittri ta’ l-Istati Membri (jiġifieri AT, BE eċċ.).

application-type ” jieħu wieħed mill-valuri: DNA u FP.

Bl-applikazzjoni tas-sintassi ta’ hawn fuq, is-sub domains għall-Istati Membri huma dawn tat-tabella li ġejja:

MS

Sub Domains

Comments

BE

dna.pruem.be.eu-admin.net

Setting up a secure local link to the existing TESTA II access point

fp.pruem.be.eu-admin.net

 

BG

dna.pruem.bg.eu-admin.net

 

fp.pruem.bg.eu-admin.net

 

CZ

dna.pruem.cz.eu-admin.net

 

fp.pruem.cz.eu-admin.net

 

DK

dna.pruem.dk.eu-admin.net

 

fp.pruem.dk.eu-admin.net

 

DE

dna.pruem.de.eu-admin.net

Using the existing TESTA II national access points

fp.pruem.de.eu-admin.net

 

EE

dna.pruem.ee.eu-admin.net

 

fp.pruem.ee.eu-admin.net

 

IE

dna.pruem.ie.eu-admin.net

 

fp.pruem.ie.eu-admin.net

 

EL

dna.pruem.el.eu-admin.net

 

fp.pruem.el.eu-admin.net

 

ES

dna.pruem.es.eu-admin.net

Using the existing TESTA II national access point

fp.pruem.es.eu-admin.net

 

FR

dna.pruem.fr.eu-admin.net

Using the existing TESTA II national access point

fp.pruem.fr.eu-admin.net

 

IT

dna.pruem.it.eu-admin.net

 

fp.pruem.it.eu-admin.net

 

CY

dna.pruem.cy.eu-admin.net

 

fp.pruem.cy.eu-admin.net

 

LV

dna.pruem.lv.eu-admin.net

 

fp.pruem.lv.eu-admin.net

 

LT

dna.pruem.lt.eu-admin.net

 

fp.pruem.lt.eu-admin.net

 

LU

dna.pruem.lu.eu-admin.net

Using the existing TESTA II national access point

fp.pruem.lu.eu-admin.net

 

HU

dna.pruem.hu.eu-admin.net

 

fp.pruem.hu.eu-admin.net

 

MT

dna.pruem.mt.eu-admin.net

 

fp.pruem.mt.eu-admin.net

 

NL

dna.pruem.nl.eu-admin.net

Intending to establish a new TESTA II access point at the NFI

fp.pruem.nl.eu-admin.net

 

AT

dna.pruem.at.eu-admin.net

Using the existing TESTA II national access point

fp.pruem.at.eu-admin.net

 

PL

dna.pruem.pl.eu-admin.net

 

fp.pruem.pl.eu-admin.net

 

PT

dna.pruem.pt.eu-admin.net

......

fp.pruem.pt.eu-admin.net

......

RO

dna.pruem.ro.eu-admin.net

 

fp.pruem.ro.eu-admin.net

 

SI

dna.pruem.si.eu-admin.net

......

fp.pruem.si.eu-admin.net

.......

SK

dna.pruem.sk.eu-admin.net

 

fp.pruem.sk.eu-admin.net

 

FI

dna.pruem.fi.eu-admin.net

[To be inserted]

fp.pruem.fi.eu-admin.net

 

SE

dna.pruem.se.eu-admin.net

 

fp.pruem.se.eu-admin.net

 

UK

dna.pruem.uk.eu-admin.net

 

fp.pruem.uk.eu-admin.net

 

KAPITOLU 2: Skambju ta’ data dattiloskopika (dokument ta’ kontroll ta’ l-interface)

L-għan tad-Dokument ta’ Kontroll ta’ l-interface li ġej hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti għall-iskambju ta’ l-informazzjoni dattiloskopika bejn is-Sistemi Awtomatizzati ta’ l-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’ (AFIS) ta’ l-Istati Membri. Dan hu bbażat fuq l-Implimentazzjoni mill-Interpol ta’ l-ANSI/NIST-ITL 1-2000 (INT-I, Verżjoni 4.22b).

Din il-verżjoni għandha tkopri d-definizzjonijiet bażiċi kollha għar-Rekords Loġiċi Tip 1, Tip 2, Tip 4, Tip 9, Tip 13 u Tip 15 meħtieġa għall-ipproċessar dattiloskopiku bbażat fuq l-immaġini u fuq id-dettalji.

1.   Deskrizzjoni ġenerali tal-kontenut tal-fajl

Fajl dattiloskopiku jikkonsisti minn diversi rekords loġiċi. Hemm sittax-il tip ta’ rekord speċifikat fl-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2000 oriġinali. Karattri ta’ separazzjoni ASCII adatti jintużaw bejn kull rekord u l-fields u s-subfields fir-rekords.

Jintużaw biss sitt tipi ta’ rekord għall-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-aġenzija oriġinarja u dik destinatarja:

Tip 1

Informazzjoni dwar it-transazzjoni

Tip 2

Data alfanumerika dwar il-persuni jew il-każ

Tip 4

Immaġini dattiloskopiċi fuq skala griża b’riżoluzzjoni għolja

Tip 9

Rekord tad-dettalji

Tip 13

Rekord ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Tip 15

Rekord ta’ immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id b’riżoluzzjoni varjabbli

1.1.   Tip 1 – Header tal-fajl

Dan ir-rekord fih informazzjoni dwar ir-routing u informazzjoni li tiddeskrivi l-istruttura tal-bqija tal-fajl. Dan it-tip ta’ rekord jiddefinixxi wkoll it-tipi ta’ transazzjoni li jaqgħu taħt il-kategoriji ġenerali li ġejjin:

1.2.   Tip 2 – Test deskrittiv

Dan ir-rekord fih informazzjoni testwali ta’ interess għall-aġenziji li jibagħtu u li jirċievu.

1.3.   Tip 4 – Immaġini fuq skala griża b’riżoluzzjoni għolja

Dan ir-rekord jintuża sabiex jiġu skambjati immaġini dattiloskopiċi fuq skala griża (tmien bits) b’riżoluzzjoni għolja b’kampjuni ta’ 500 pixel kull pulzier. L-immaġini dattiloskopiċi għandhom jiġu kkompressati bl-użu ta’ l-algoritmu WSQ bi proporzjon ta’ mhux aktar minn 15:1. Algoritmi ta’ kompressjoni oħrajn, jew immaġini mhux kompressati, m’għandhomx jintużaw.

1.4.   Tip 9 – Rekord tad-dettalji

Ir-rekords tat-tip 9 jintużaw għall-iskambju tal-karatteristiċi tal-linji jew id-data tad-dettalji. L-għan tagħhom hu kemm li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-proċessi ta’ kodifikazzjoni ta’ l-AFIS kif ukoll li jippermettu t-trasmissjoni ta’ kodiċijiet AFIS li fihom inqas data mill-immaġini korrispondenti.

1.5.   Tip 13 – Rekord ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Dan ir-rekord għandu jintuża għall-iskambju ta’ immaġini misjuba ta’ marki tas-swaba’ u marki tal-pali ta’ l-idejn flimkien ma’ informazzjoni alfanumerika dwar it-tessut. Ir-riżoluzzjoni ta’ l-iskenjar ta’ l-immaġini għandha tkun ta’ 500 pixel kull pulzier b’256 livell ta’ griż. Jekk il-kwalità ta’ l-immaġini ta’ marka misjuba tkun tajba biżżejjed din għandha tiġi kkompressata bl-użu ta’ l-algoritmu WSQ. Jekk ikun meħtieġ ir-riżoluzzjoni ta’ l-immaġini tista’ tiżdied għal aktar minn 500 pixel kull pulzier u aktar minn 256 livell ta’ griż bi ftehim bilaterali. F’dan il-każ, hu rrakkomandat bil-qawwa li jintuża l-JPEG 2000 (ara l-Appendiċi 7).

1.6.   Rekord ta’ immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id b’riżoluzzjoni varjabbli

Rekords ta’ l-immaġini tagged field tat-tip 15 għandhom jintużaw għall-iskambju ta’ immaġini tal-marki tal-pali ta’ l-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli flimkien ma’ informazzjoni alfanumerika dwar it-tessut. Ir-riżoluzzjoni ta’ l-iskenjar ta’ l-immaġini għandha tkun ta’ 500 pixel kull pulzier b’256 livell ta’ griż. sabiex jitnaqqas l-ammont tad-data l-immaġini kollha tal-marki tal-pali ta’ l-idejn għandhom jiġu kkompressati bl-użu ta’ l-algoritmu WSQ. Jekk ikun meħtieġ ir-riżoluzzjoni ta’ l-immaġini tista’ tiżdied għal aktar minn 500 pixel kull pulzier u aktar minn 256 livell ta’ griż bi ftehim bilaterali. F’dan il-każ, hu rrakkomandat bil-qawwa li jintuża l-JPEG 2000 (ara l-Appendiċi 7).

2.   Format tar-rekords

Fajl ta’ transazzjoni għandu jikkonsisti minn rekord loġiku wieħed jew aktar. Għal kull rekord loġiku li jkun hemm fil-fajl, għandu jkun hemm diversi fields ta’ informazzjoni adatti għal dak it-tip ta’ rekord. Kull field ta’ informazzjoni jista’ jkun fiha oġġett wieħed jew aktar ta’ informazzjoni bażika b’valur waħdieni. Meħudin flimkien dawn l-oġġetti jintużaw sabiex juru aspetti differenti tad-data li tinsab f’dak il-field. Field ta’ informazzjoni jista’ jikkonsisti wkoll minn oġġett ta’ informazzjoni wieħed jew aktar miġburin fi grupp u ripetuti għal numru ta’ drabi fil-field. Tali grupp ta’ oġġetti ta’ informazzjoni hu magħruf bħala subfield. Field ta’ informazzjoni jista’ għalhekk jikkonsisti minn subfield wieħed jew aktar ta’ oġġetti ta’ informazzjoni.

2.1.   Separaturi ta’ l-informazzjoni

Fir-rekords loġiċi b’tagged-field, jiġu implimentati mekkaniżmi għad-delimitazzjoni ta’ l-informazzjoni billi jintużaw erba’ separaturi ta’ l-informazzjoni ASCII. L-informazzjoni delimitata tista’ tkun oġġetti ġo field jew subfield, fields ġo rekord loġiku, jew okkorrenzi multipli ta’ subfields. Dawn is-separaturi ta’ l-informazzjoni huma ddefiniti fl-istandard ANSI X3.4. Dawn il-karattri jintużaw sabiex jisseparaw u jikkwalifikaw l-informazzjoni f’sens loġiku. Kif jidhru f’relazzjoni ġerarkika, il-karattru File Separator “FS” huwa l-aktar inklużiv segwit mill-Group Separator “GS”, ir-Record Separator “RS”, u fl-aħħarnett il-karattru Unit Separator “US”. It-tabella 1 fiha lista ta’ dawn is-separaturi ASCII u deskrizzjoni ta’ l-użu tagħhom f’dan l-istandard.

Separaturi ta’ l-informazzjoni għandhom jitqiesu funzjonalment bħala indikazzjoni tat-tip ta’ data li ssegwi. Il-karattru “US” għandu jissepara oġġetti ta’ informazzjoni individwali ġo field jew subfield. Dan ikun sinjal li l-oġġett ta’ informazzjoni li jmiss huwa oġġett ta’ data għal dak il-field jew subfield. Subfields multipli ġo field isseparati bil-karattru “RS” jissenjalaw il-bidu tal-grupp li jmiss ta’ oġġett(i) ta’ informazzjoni ripetuta. Il-karattru separatur “GS” użat bejn fields ta’ informazzjoni jissenjala l-bidu ta’ field ġdid qabel in-numru li jidentifika l-field li jkun ser jidher. Bl-istess mod, il-bidu ta’ rekord loġiku ġdid għandu jkun issenjalat bid-dehra tal-karattru “FS”.

L-erba’ karattri għandhom tifsira biss meta jintużaw bħala separaturi ta’ oġġetti ta’ data fil-fields tar-rekords ta’ test ASCII. Ma hemm marbut l-ebda tifsira speċifika ma’ dawn il-karattri li jidhru f’rekords ta’ immaġini binarji u fields binarji – dawn huma sempliċiment parti mid-data skambjata.

Normalment, ma għandu jkun hemm l-ebda field jew oġġett ta’ informazzjoni vojt u għalhekk għandu jidher biss karattru separatur wieħed bejn kwalunkwe żewġ oġġetti ta’ data. L-eċċezzjoni għal din ir-regola sseħħ f’dawk il-każijiet fejn id-data fil-fields jew l-oġġetti ta’ informazzjoni fi transazzjoni ma jkunux disponibbli, ikunu nieqsa jew fakultattivi, u l-ipproċessar tat-transazzjoni ma jkunx jiddependi mill-preżenza ta’ dik id-data partikolari. F’dawk il-każijiet, il-karattri separaturi multipli maġenb xulxin għandhom jidhru flimkien u ma jeħtiġux li tiddaħħal data finta bejn il-karattri separaturi.

Għad-definizzjoni ta’ field li jikkonsisti minn tliet oġġetti ta’ informazzjoni, għandu japplika dan li ġej. Jekk l-informazzjoni għat-tieni oġġett ta’ informazzjoni tkun nieqsa, dan jirriżulta f’żewġ karattri separaturi ta’ l-informazzjoni “US” maġenb xulxin bejn l-ewwel u t-tielet oġġett ta’ informazzjoni. Jekk it-tieni u t-tielet oġġett ta’ informazzjoni jkunu neqsin it-tnejn, dan jirriżulta fi tliet karattri separaturi – żewġ karattri “US” flimkien mal-karattru separatur li jtemm il-field jew is-subfield. B’mod ġenerali, jekk oġġett ta’ informazzjoni mandatorju jew fakultattiv wieħed jew aktar ma jkunx disponibbli għal field jew subfield, għandu jiddaħħal in-numru adatt ta’ karattri separaturi.

Jista’ jkun hemm maġenb xulxin taħlitiet ta’ tnejn jew aktar mill-erba’ karattri separaturi disponibbli. Meta tkun nieqsa jew ma tkunx disponibbli data għal oġġetti ta’ informazzjoni, subfields, jew fields, irid ikun hemm karattru separatur wieħed inqas min-numru ta’ oġġetti ta’ data, subfields, jew fields meħtieġa.

Tabella 1: Is-separaturi użati

Kodiċi

Type

Description

Hexadecimal Value

Decimal Value

US

Unit Separator

Separates information items

1F

31

RS

Record Separator

Separates subfields

1E

30

GS

Group Separator

Separates fields

1D

29

FS

File Separator

Separates logical records

1C

28

2.2.   Arranġament tar-rekords

Għar-rekords loġiċi b’tagged-field, kull field ta’ informazzjoni li tintuża għandha tkun numerata skond dan l-istandard. Il-format għal kull field għandu jikkonsisti min-numru tat-tip ta’ rekord loġiku segwit minn punt “.”, numru tal-field segwit minn punt doppju “:”, segwit bl-informazzjoni adatta għal dak il-field. In-numru tat-tagged-field jista’ jkun kull numru minn wieħed sa disgħa li jkun hemm bejn il-punt “.” u l-punt doppju “:”. Huwa għandu jiġi interpretat bħala numru tal-field sħiħ mhux iffirmat. Dan ifisser li numru tal-field ta’ “2.123:” huwa ekwivalenti għal u għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal numru tal-field ta’ “2.000000123:”.

Għal finijiet ta’ illustrazzjoni tul dan id-dokument, ser jintuża numru bi tliet ċifri għan-numerazzjoni tal-fields li hemm f’kull wieħed mir-rekords loġiċi b’tagged-field deskritti fih. In-numri tal-fields ser ikollhom il-forma “TT.xxx:” fejn “TT” tirrappreżenta t-tip ta’ rekord b’karattru wieħed jew tnejn segwit b’punt. It-tliet karattri li jmiss fihom in-numru tal-field adatt segwit b’punt doppju. Wara l-punt doppju tiġi l-informazzjoni deskrittiva ASCII jew id-data ta’ l-immaġini.

Rekords loġiċi tat-Tip 1 u t-Tip 2 fihom biss fields ta’ data testwali ASCII. It-tul kollu kemm hu tar-rekord (inkluż numri tal-fields, punti doppji, u karattri separaturi) għandu jiġi reġistrat bħala l-ewwel field ASCII f’kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ rekord. Il-karattru ASCII ta’ kontroll File Separator “FS” (li jissenjala t-tmiem tar-rekord loġiku jew transazzjoni) għandu jsegwi l-aħħar byte ta’ informazzjoni ASCII u għandu jkun inkluż fit-tul tar-rekord.

B’kuntrast mal-kunċett ta’ tagged-field, ir-rekord tat-Tip 4 fih biss data binarja rreġistrata bħala fields binarji ta’ tul fiss ordinati. It-tul sħiħ tar-rekord għandu jitniżżel fl-ewwel field binarju ta’ erba’ bytes ta’ kull rekord. Għal dan ir-rekord binarju, la n-numru tar-rekord segwit bil-punt, u lanqas in-numru identifikatur tal-field u l-punt doppju li jsegwi, m’għandu jiġi reġistrat. Barra minn hekk, billi t-tul tal-field ta’ dan ir-rekord ikun jew fiss jew speċifikat, l-ebda wieħed mill-erba’ karattri separaturi (“US”, “RS”, “GS”, jew “FS”), m’għandu jiġi interpretat ħlief bħala data binarja. Għar-rekord binarju, il-karattru “FS” m’għandux jintuża bħala separatur ta’ rekord jew karattru li jtemm transazzjoni.

3.   Rekord loġiku tat-Tip 1: il-Header tal-Fajl

Dan ir-rekord jiddeskrivi l-istruttura tal-fajl, it-tip tal-fajl, u informazzjoni oħra importanti. Is-sett tal-karattri użat għal fields tat-Tip 1 għandu jkun fihom biss il-kodiċi ANSI ta’ 7 bits għall-iskambju ta’ l-informazzjoni.

3.1.   Fields għar-Rekord Loġiku tat-Tip 1

3.1.1.   Field 1 001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical Record Length – LEN)

Dan il-field fih il-kont totali tan-numru ta’ bytes fir-rekord loġiku tat-Tip 1 kollu. Il-field jibda b’ “1 001:”, segwit bit-tul totali tar-rekord inkluż kull karattru ta’ kull field u s-separaturi ta’ l-informazzjoni.

3.1.2.   Field 1 002: Numru tal-Verżjoni (Version Number – VER)

Biex ikun żgurat li l-utenti jafu liema verżjoni ta’ l-istandard ANSI/NIST qed tintuża, dan il-field b’erba’ bytes jispeċifika n-numru tal-verżjoni ta’ l-istandard li qed jiġi implimentat mis-software jew is-sistema li toħloq il-fajl. L-ewwel żewġ bytes jispeċifikaw in-numru ta’ referenza ewlieni tal-verżjoni, u t-tieni tnejn in-numru minuri tar-reviżjoni. Per eżempju, l-Istandard 1986 oriġinali jitqies l-ewwel verżjoni u ddenominat “01 00” waqt li l-istandard attwali ANSI/NIST-ITL 1-2000 huwa “0300”.

3.1.3.   Field 1 003: Kontenut tal-Fajl (File Content – CNT)

Dan il-field jelenka kull wieħed mir-rekords fil-fajl skond it-tip tar-rekord u fl-ordni li bih jidhru r-rekords fil-fajl loġiku. Huwa jikkonsisti minn subfield wieħed jew aktar, li kull wieħed minnhom fih żewġ oġġetti ta’ informazzjoni li jiddeskrivu rekord loġiku wieħed li jinsab fil-fajl attwali. Is-subfields jiddaħħlu fl-istess ordni li biha jiġu rreġistrati u trasmessi r-rekords.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fl-ewwel subfield huwa “1”, li jirriferi għal dan ir-rekord tat-Tip 1. Dan huwa segwit bit-tieni oġġett ta’ informazzjoni li fih in-numru ta’ rekords oħrajn li jinsabu fil-fajl. Dan in-numru huwa ugwali wkoll għall-kont tal-bqija tas-subfields tal-field 1 003.

Kull wieħed mis-subfields li jifdal huwa assoċjat ma’ rekord wieħed fil-fajl, u s-sekwenza tas-subfields tikkorrispondi mas-sekwenza tar-rekords. Kull subfield fih żewġ oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel wieħed jidentifika t-Tip tar-rekord. It-tieni huwa l-IDC tar-rekord. Il-karattru “US” għandu jintuża sabiex jissepara ż-żewġ oġġetti ta’ informazzjoni.

3.1.4.   Field 1 004: Tip ta’ Transazzjoni (Type of Transaction – TOT)

Dan il-field fih mnemoniku bi tliet ittri li jiddenomina t-tip tat-transazzjoni. Dawn il-kodiċijiet jistgħu jkunu differenti minn dawk użati minn implimentazzjonijiet oħrajn ta’ l-istandard ANSI/NIST.

CPS: Tiftixa Marka għal Marka Kriminali (Criminal Print-to-Print Search). Din it-transazzjoni hija rikjesta għal tiftixa ta’ rekord relatat ma’ reat kriminali f’bażi tad-data tal-marki. Il-marki ta’ persuna jridu jkunu inklużi fil-fajl bħala immaġini kkompressati bid-WSQ.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Minn wieħed sa 14-il Rekord tat-Tip 4

It-TOT tas-CPS huwa elenkat fit-Tabella A.6.1 (Appendiċi 6).

PMS: Tiftixa Print-to-Latent. Din it-transazzjoni tintuża meta sett ta’ marki ser jitfittex f’bażi tad-data ta’ marki misjuba mhux identifikati (Unidentified Latent database). Ir-rispons ikun fih id-deċiżjoni Hit/No-Hit tat-tiftixa fl-AFIS destinatarja. Jekk ikunu jeżistu aktar minn marka misjuba mhux identifikata waħda, jingħataw transazzjonijiet SRE multipli, b’marka misjuba waħda għal kull transazzjoni. Il-marki ta’ persuna jridu jkunu inklużi fil-fajl bħala immaġini kkompressati bid-WSQ.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Rekord wieħed tat-Tip 13

It-TOT tal-PMS huwa elenkat fit-Tabella A.6.1 (Appendiċi 6).

MPS: Tiftixa Print-to-Latent. Din it-transazzjoni tintuża meta marka misjuba titfittex f’bażi tad-data tal-marki (Prints). L-informazzjoni dwar id-dettalji ta’ marki misjuba (latent minutiæ) u l-immaġini kkompressata bid-WSQ jridu jkunu inklużi fil-fajl.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Rekord wieħed tat-Tip 4 jew tat-Tip 15

It-TOT ta’ l-MPS huwa elenkat fit-Tabella A.6.4 (Appendiċi 6).

MMS: Tiftixa Latent-to-Latent. F’din it-transazzjoni l-fajl fih marka misjuba li trid titfittex f’bażi tad-data ta’ marki misjuba mhux identifikati (Unidentified Latent database) sabiex jiġi stabbilit irbit bejn diversi siti ta’ reati. L-informazzjoni dwar id-dettalji ta’ marki misjuba (latent minutiæ) u l-immaġini kkompressata bid-WSQ jridu jkunu inklużi fil-fajl.

Fil-każ ta’ No-HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Fil-każ ta’ HIT, joħroġ riżultat bir-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

Rekord wieħed tat-Tip 13

It-TOT ta’ l-MMS huwa elenkat fit-Tabella A.6.4 (Appendiċi 6).

SRE: Din it-transazzjoni tinħareġ mill-aġenzija destinatarja b’rispons għal rikjesti dattiloskopiċi. Ir-rispons ikun fih id-deċiżjoni Hit/No-Hit tat-tiftixa fl-AFIS destinatarja. Jekk ikunu jeżistu aktar minn kandidat wieħed, jingħataw transazzjonijiet SRE multipli, b’kandidat kull transazzjoni.

It-TOT ta’ l-SRE huwa elenkat fit-Tabella A.6.2 (Appendiċi 6).

ERR: Din it-transazzjoni tinħareġ mill-AFIS destinatarju sabiex tindika żball tat-transazzjoni. Hija tinkludi field b’messaġġ (ERM) li jindika l-iżball misjub. Joħorġu r-rekords loġiċi li ġejjin:

Rekord wieħed tat-Tip 1

Rekord wieħed tat-Tip 2

It-TOT ta’ l-ERR huwa elenkat fit-Tabella A.6.3 (Appendiċi 6).

Tabella 2: Kodiċijiet permissibbli fit-transazzjonijiet

Transaction Type

Logical Record Type

1

2

4

9

13

15

CPS

M

M

M

SRE

M

M

C

(C in case of latent hits)

C

C

MPS

M

M

M (1*)

M

MMS

M

M

M (1*)

M

PMS

M

M

M*

M*

ERR

M

M

Werrej:

M

=

Mandatorju

M*

=

Jista’ jkun inkluż wieħed biss miż-żewġ tipi ta’ rekord

O

=

Fakultattiv

C

=

Jiddependi minn jekk id-data tkunx disponibbli

=

M’hux permess

1*

=

Jiddependi mis-sistemi eżistenti (legacy systems)

3.1.5.   Field 1 005: Data tal-Jum tat-Transazzjoni (Date of Transaction – DAT)

Dan il-field jindika d-data meta nbdiet it-transazzjoni u għandu jikkonforma man-notazzjoni ISO standard ta’: YYYYMMDD

fejn YYYY hija s-sena, MM huwa x-xahar u DD huwa l-jum tax-xahar. Għal numri b’ċifra waħda jintuża żero fuq quddiem. Per eżempju, “19931004” jirrappreżenta l-4 ta’ Ottubru 1993.

3.1.6.   Field 1 006: Prijorità (Priority – PRY)

Dan il-field fakultattiv jiddefinixxi l-prijorità, fuq livell minn 1 sa 9, tar-rikjesta. “1” huwa l-ogħla prijorità u “9” l-inqas waħda. It-transazzjonijiet bi Prijorità “1” għandhom jiġu pproċessati minnufih.

3.1.7.   Field 1 007: Identifikatur ta’ l-Aġenzija Destinatarja (Destination Agency Identifier – DAI)

Dan il-field jispeċifika l-aġenzija destinatarja tat-transazzjoni.

Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni fil-format li ġej: CC/agency.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fih il-kodiċi tal-pajjiż (Country Code), iddefinit fl-ISO 3166, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi. It-tieni oġġett, agency, hu identifikazzjoni ta’ l-aġenzija b’test liberu, b’mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku.

3.1.8.   Field 1 008: Identifikatur ta’ l-Aġenzija Oriġinarja (Originating Agency Identifier – ORI)

Dan il-field jispeċifika l-oriġinatur tal-fajl u għandu l-istess format bħad-DAI (Field 1 007).

3.1.9.   Field 1 009: Numru ta’ Kontroll tat-Transazzjoni (Transaction Control Number – TCN)

Dan huwa numru ta’ kontroll għal finijiet ta’ referenza. Huwa għandu jiġi ġġenerat mill-kompjuter u jkollu l-format li ġej: YYSSSSSSSSA

fejn YY hija s-sena tat-transazzjoni, SSSSSSSS huwa numru tas-serje bi tmien ċifri, u A huwa karattru ta’ verifika ġġenerat billi tissegwa l-proċedura mogħtija fl-Appendiċi 2.

Meta t-TCN ma jkunx disponibbli, il-field, YYSSSSSSSSA, jimtela biż-żeri u l-karattru ta’ verifika ġġenerat kif imsemmi hawn fuq.

3.1.10.   Field 1 010: Rispons ta’ Kontroll tat-Transazzjoni (Transaction Control Response – TCR)

Meta tkun intbagħtet rikjesta, u dan ikun ir-rispons għaliha, dan il-field fakultattiv ikun fih in-numru ta’ kontroll tat-transazzjoni tal-messaġġ ta’ rikjesta. Għalhekk huwa għandu l-istess format bħat-TCN (Field 1 009).

3.1.11.   Field 1 011: Riżoluzzjoni ta’ Skenjar Oriġinarju (Native Scanning Resolution – NSR)

Dan il-field jispeċifika r-riżjoluzzjoni ta’ l-iskenjar normali tas-sistema appoġġjata mill-oriġinatur tat-transazzjoni. Ir-riżoluzzjoni hi speċifikata bħala żewġ ċifri numeriċi segwiti b’punt deċimali u żewġ ċifri oħra.

Għat-transazzjoni skond id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI r-rata tal-kampjuni għandha tkun 500 pixel kull pulzier jew 19,68 pixels/mm.

3.1.12.   Field 1 012: Riżoluzzjoni ta’ Trasmissjoni Nominali (Nominal Transmitting Resolution – NTR)

Dan il-field b’ħames bytes jispeċifika r-riżoluzzjoni ta’ trasmissjoni nominali għall-immaġini li qed jintbagħtu. Ir-riżoluzzjoni tingħata bħala pixels/mm fl-istess format bħall-NSR (Field 1011).

3.1.13.   Field 1 003: Domain name (DOM)

Dan il-field mandatorju jidentifika d-domain name għall-implimentazzjoni tar-rekord loġiku tat-Tip 2 iddefinit mill-utent. Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni u għandu jkun “INT-I{US}4.22{GS}”.

3.1.14.   Field 1 014: Ħin medju ta’ Greenwich (Greenwich mean time – GMT)

Dan il-field mandatorju jipprovdi mekkaniżmu li jagħti d-data u l-ħin f’termini ta’ unitajiet ta’ Ħin Medju ta’ Greenwich (GMT). Jekk jintuża, il-field tal-GMT jkun fih id-data universali li tkun b’żieda mad-data lokali li tinsab fil-Field 1 005 (DAT). L-użu tal-field tal-GMT jelimina l-inkonsistenzi fil-ħin lokali li jirriżultaw meta transazzjoni u r-rispons għaliha jintbagħtu bejn żewġ postijiet mifrudin b’diversi żoni tal-ħin. Il-GMT jipprovdi data u ħin f’format ta’ 24 siegħa universali indipendentement miż-żoni tal-ħin. Dan hu rrappreżentat bħala “CCYYMMDDHHMMSSZ”, string ta’ 15-il karattru li hu l-konkatenazzjoni tad-data (il-jum) mal-GMT u jikkonkludi b’ “Z”. Il-karattri “CCYY” għandhom jirrappreżentaw is-sena tat-transazzjoni, il-karattri “MM” il-valuri ta’ l-għaxriet u l-unitajiet tax-xahar, u l-karattri “DD” l-valuri ta’ l-għaxriet u l-unitajiet tal-jum tax-xahar, il-karattri “HH” jirrappreżentaw is-siegħa, l-“MM” il-minuta, u l-“SS” tirrappreżenta s-sekonda. Id-data sħiħa m’għandhiex tkun aktar mid-data attwali.

4.   Rekord loġiku tat-Tip 2: Test Deskrittiv

L-istruttura tal-parti l-kbira ta’ dan ir-rekord m’hix iddefinita mill-istandard ANSI/NIST oriġinali. Ir-rekord fih informazzjoni ta’ interess speċifiku għall-aġenziji li jibagħtu jew jirċievu l-fajl. sabiex ikun żgurat li s-sistemi dattiloskopiċi li jikkomunikaw ikunu kompatibbli, jeħtieġ li r-rekord ikun fih biss il-fields elenkati hawn taħt. Dan id-dokument jispeċifika liema fields huma mandatorji u liema huma fakultattivi, u wkoll jiddefinixxi l-istruttura tal-fields individwali.

4.1.   Fields għar-Rekord Loġiku tat-Tip 2

4.1.1.   Field 2 001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical Record Length – LEN)

Dan il-field mandatorju fih it-tul ta’ dan ir-rekord tat-Tip 2, u jispeċifika n-numru totali ta’ bytes inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord u s-separaturi ta’ l-informazzjoni.

4.1.2.   Field 2 002: Karattru għad-Denominazzjoni ta’ l-Immaġini (Image Designation Character – IDC)

L-IDC li jinsab f’dan il-field mandatorju huwa rappreżentazzjoni ASCII ta’ l-IDC kif iddefinit fil-field tal-Kontenut tal-Fajl (CNT) tar-rekord tat-Tip 1 (field 1003).

4.1.3.   Field 2 003: Informazzjoni tas-Sistema (System Information – SYS)

Dan il-field huwa mandatorju u fih erba’ bytes li jindikaw liema verżjoni ta’ l-INT-I jikkonforma magħha dan ir-rekord tat-Tip 2 partikolari.

L-ewwel żewġ bytes jispeċifikaw in-numru ewlieni tal-verżjoni, u t-tieni tnejn in-numru minuri tar-reviżjoni. Per eżempju, din l-implimentazzjoni hi bbażata fuq INT-I, verżjoni 4, reviżjoni 22 u tkun irrappreżentata bħala “0422”.

4.1.4.   Field 2 007: Numru tal-Każ (Case Number – CNO)

Dan huwa numru assenjat mill-uffiċċju dattiloskopiku lokali għal ġabra ta’ marki misjuba fuq sit ta’ reat. Jiġi adottat il-format kif ġej: CC/number

fejn CC huwa l-Kodiċi tal-Pajjiż ta’ l-Interpol, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi, u n-number jikkonforma mal-linji gwida lokali pertinenti u jista’ jkollu tul sa 32 karattru alfanumeriku.

Dan il-field jippermetti lis-sistema tidentifika marki misjuba assoċjati ma’ reat partikolari.

4.1.5.   Field 2 008: Numru tas-Sekwenza (Sequence Number – SQN)

Dan jispeċifika kull sekwenza ta’ marki misjuba f’każ. Huwa jista’ jkollu tul sa erba’ karattri numeriċi. Sekwenza hija marka misjuba jew serje ta’ marki misjuba miġburin fi grupp għall-finijiet ta’ ffajljar u/jew ta’ tiftix. Din id-definizzjoni tfisser li anki marki misjuba waħdanin ikollhom jiġu assenjati b’numru tas-sekwenza.

Dan il-field flimkien ma’ MID (Field 2 009) jista’ jiġi inkluż sabiex jidentifika marka misjuba partikolari f’sekwenza.

4.1.6.   Field 2 009: Identifikatur ta’ Marka Misjuba (Latent Identifier – MID)

Dan jispeċifika l-marka misjuba individwali f’sekwenza. Il-valur huwa ittra waħdanija jew żewġ ittri, bl-ittra “A” tiġi assenjata lill-ewwel marka misjuba, “B’ lit-tieni waħda, u jibqa’ sejjer hekk sa limitu ta’ ‘ZZ’. Dan il-field jintuża b’mod analogu man-numru tas-sekwenza tal-marka misjuba diskuss fid-deskrizzjoni ta’ l-SQN (Field 2 008).

4.1.7.   Field 2 010: Numru ta’ Referenza Kriminali (Criminal Reference Number – CRN)

Dan huwa numru ta’ referenza uniku assenjat minn aġenzija nazzjonali lil individwu li huwa mixli għall-ewwel darba bit-twettiq ta’ reat. L-ebda individwu f’pajjiż wieħed ma qatt ikollu aktar minn CRN wieħed, jew ma jikkondividih ma’ individwu ieħor. Madankollu, l-istess individwu jista’ jkollu Numri ta’ Referenza Kriminali f’diversi pajjiżi, li jkun jista’ jingħaraf permezz tal-kodiċi tal-pajjiż.

Għas-CRN field huwa adottat il-format kif ġej: CC/number

fejn CC huwa l-Kodiċi tal-Pajjiż, iddefinit fl-ISO 3166, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi, u n-number jikkonforma mal-linji gwida nazzjonali pertinenti ta’ l-aġenzija emittenti, u jista’ jkollu tul sa 32 karattru alfanumeriku.

Għat-transazzjonijiet skond id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dan il-field ser jintuża għan-numru ta’ referenza kriminali nazzjonali ta’ l-aġenzija oriġinarja li huwa marbut ma’ l-immaġini fir-Rekords tat-Tip 4 jew tat-Tip 15.

4.1.8.   Field 2 012: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN1)

Dan il-field fih is-CRN (field 2 010) mibgħut minn transazzjoni CPS jew PMS mingħajr il-kodiċi tal-pajjiż fuq quddiem.

4.1.9.   Field 2 013: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN2)

Dan il-field fih is-CNO (field 2 007) mibgħut minn transazzjoni MPS jew MMS mingħajr il-kodiċi tal-pajjiż fuq quddiem.

4.1.10.   Field 2 014: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN3)

Dan il-field fih l-SQN (field 2 008) mibgħut minn transazzjoni MPS jew MMS.

4.1.11.   Field 2 015: Numru ta’ Identifikazzjoni Mixxellanju (Miscellaneous Identification Number – MN4)

Dan il-field fih l-MID (field 2 009) mibgħut minn transazzjoni MPS jew MMS.

4.1.12.   Field 1 003: Informazzjoni Addizzjonali (Additional Information – INF)

Fil-każ ta’ transazzjoni SRE lil rikjesta PMS dan il-field jagħti informazzjoni dwar is-saba’ li kkawża l-HIT eventwali. Il-format tal-field huwa:

NN fejn NN huwa l-kodiċi tal-pożizzjoni tas-saba’ ddefinit fit-tabella 5, b’tul ta’ żewġ ċifri.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn il-field huwa fakultattiv. Huwa jikkonsisti minn mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku u jista’ jagħti informazzjoni addizzjonali dwar ir-rikjesta.

4.1.13.   Field 1 003: Lista ta’ Rispondenti (Respondents List – RLS)

Dan il-field fih ta’ l-inqas żewġ subfields. L-ewwel subfield jiddeskrivi t-tip ta’ tiftixa li twettqet, bl-użu ta’ mnemoniki ta’ tliet ittri li jispeċifikaw it-tip ta’ transazzjoni f’TOT (Field 1 004). It-tieni subfield fih karattru wieħed. L-ittra ‘I’ għandha tintuża sabiex tindika li jkun instab HIT u ‘N’ għandha tintuża sabiex tindika li ma nstabet l-ebda konkordanza (NOHIT). It-tielet subfield fih l-identifikatur tas-sekwenza għar-riżultat kandidat u l-għadd totali ta’ kandidati sseparati bi slash. Jekk ikun hemm aktar minn kandidat wieħed jingħataw lura messaġġi multipli.

F’każ ta’ HIT eventwali r-raba’ subfield għandu jkun fih l-iskor sa tul ta’ sitt ċifri. Jekk il-HIT ikun ġie verifikat il-valur ta’ dan is-subfield jiġi ddefinit bħala “999999”.

Eżempju: “CPS{RS}I{RS}001/001{RS}999999{GS}”

Jekk l-AFIS remot ma jassenjax skorijiet, għandu jintuża skor ta’ żero fil-punt adatt.

4.1.14.   Field 2 074: Field b’Messaġġ ta’ Żball/Status (Status/Error Message Field – ERM)

Dan il-field fih messaġġi ta’ żbalji li jirriżultaw mit-transazzjonijiet, li jintbagħtu lura lir-rikjedent bħala parti minn Transazzjoni Żball.

Tabella 3: Messaġġi ta’ żball

Numeric Code (1-3)

Meaning (5-128)

003

ERROR: UNAUTHORISED ACCESS

101

Mandatory field missing

102

Invalid record type

103

Undefined field

104

Exceed the maximum occurrence

105

Invalid number of subfields

106

Field length too short

107

Field length too long

108

Field is not a number as expected

109

Field number value too small

110

Field number value too big

111

Invalid character

112

Invalid date

115

Invalid item value

116

Invalid type of transaction

117

Invalid record data

201

ERROR: INVALID TCN

501

ERROR: INSUFFICIENT FINGERPRINT QUALITY

502

ERROR: MISSING FINGERPRINTS

503

ERROR: FINGERPRINT SEQUENCE CHECK FAILED

999

ERROR: ANY OTHER ERROR. FOR FURTHER DETAILS CALL DESTINATION AGENCY.

Messaġġi ta’ żball fil-medda bejn 100 u 199:

Dawn il-messaġġi ta’ żball huma relatati mal-validazzjoni tar-rekords ta’ l-ANSI/NIST u ddefiniti bħala:

<error_code 1>: IDC <idc_number 1> FIELD <field_id 1> <dynamic text 1> LF

<error_code 2>: IDC <idc_number 2> FIELD <field_id 2> <dynamic text 2>...

fejn

error_code huwa kodiċi unikament relatat ma’ raġuni speċifika (ara t-tabella 3)

field_id huwa n-numru tal-field ANSI/NIST tal-field żbaljat (eż. fil-format <record_type>.field_id>.sub_field_id>

dynamic text huwa deskrizzjoni dinamika aktar dettaljata ta’ l-iżball

LF huwa Line Feed li jissepara l-iżbalji jekk ikun hemm aktar minn żball wieħed

għal rekord tat-Tip 1 l-ICD huwa ddefinit bħala ‘-1’

Eżempju:

201: IDC - 1 FIELD 1 009 WRONG CONTROL CHARACTER {LF} 115: IDC 0 FIELD 2 003 INVALID SYSTEM INFORMATION

Dan il-field huwa mandatorju għal transazzjonijiet ta’ żball.

4.1.15.   Field 2 320: Numru Mistenni ta’ Kandidati (Expected Number of Candidates – ENC)

Dan il-field fih in-numru massimu ta’ kandidati għal verifika mistenni mill-aġenzija rikjedenti. Il-valur ta’ l-ENC m’għandux ikun ogħla mill-valuri ddefiniti fit-tabella 11.

5.   Rekord loġiku tat-Tip 4: Immaġini fuq skala griża b’riżoluzzjoni għolja

Għandu jkun innutat li r-rekords tat-Tip 4 huma ta’ natura binarja aktar milli ASCII. Għalhekk kull field jiġi assenjat b’pożizzjoni speċifika fir-rekord, li jimplika li l-fields huma kollha mandatorji. L-istandard jippermetti kemm lid-daqs ta’ l-immaġini kif ukoll lir-riżoluzzjoni jiġu speċifikati fir-rekord. Huwa jeħtieġ li r-Rekords Loġiċi tat-Tip 4 jkun fihom data ta’ l-immaġini dattiloskopika li qed tintbagħat b’densità nominali tal-pixels ta’ 500 sa 520 pixel kull pulzier. Ir-rata preferita għad-disinji l-ġodda hija ta’ densità ta’ 500 pixel kull pulzier jew 19,68 pixel kull mm. Id-densità speċifikata mill-INT-I hija 500 pixel kull pulzier, ħlief li sistemi simili jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’rata mhux preferita, fil-limiti ta’ 500 sa 520 pixel kull pulzier.

5.1.   Fields għar-Rekord Loġiku tat-Tip 4

5.1.1.   Field 4 001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical Record Length – LEN)

Dan il-field fih it-tul ta’ dan ir-rekord tat-Tip 4, u jispeċifika n-numru totali ta’ bytes inkluż kull byte ta’ kull field li hemm fir-rekord.

5.1.2.   Field 4 002: Karattru għad-Denominazzjoni ta’ l-Immaġini (Image Designation Character – IDC)

Din hija rappreżentazzjoni binarja ta’ byte wieħed tan-numru IDC mogħti fil-fajl tal-header.

5.1.3.   Field 4 003: Tip ta’ Impressjoni (Impression Type – IMP)

It-tip ta’ impressjoni huwa field ta’ byte wieħed li jokkupa s-sitt byte tar-rekord.

Tabella 4: Tip ta’ Impressjoni tas-Saba’

Kodiċi

Description

0

Live-scan of plain fingerprint

1

Live-scan of rolled fingerprint

2

Non-live scan impression of plain fingerprint captured from paper

3

Non-live scan impression of rolled fingerprint captured from paper

4

Latent impression captured directly

5

Latent tracing

6

Latent photo

7

Latent lift

8

Swipe

9

Unknown

5.1.4.   Field 4 004: Pożizzjoni tas-Saba’ (Finger Position – FGP)

Dan il-field b’tul fiss ta’ 6 bytes jokkupa s-seba’ sat-tnax-il pożizzjoni tal-bytes ta’ rekord tat-Tip 4. Huwa fih il-pożizzjonijiet possibbli tas-swaba’ billi jibda mill-ewwel byte fuq ix-xellug (is-seba’ byte tar-rekord). Il-pożizzjoni magħrufa jew l-aktar probabbli tas-saba’ tittieħed mit-tabella 5. Jistgħu jiġu rreferenzjati sa ħamest iswaba’ addizzjonali billi jiddaħħlu l-pożizzjonijiet tas-swaba’ alterni fil-ħames bytes li jifdal bl-użu ta’ l-istess format. Jekk jintużaw inqas minn ħames referenzi tal-pożizzjonijiet tas-swaba’, il-bytes mhux użati jimtlew b’255 binarju. sabiex jiġu rreferenzjati l-pożizzjonijiet tas-swaba’ kollha jintuża l-kodiċi 0, għal mhux magħruf.

Tabella 5: Kodiċi tal-pożizzjoni tas-saba’ u d-daqs massimu

Finger position

Finger code

Width

(mm)

Length

(mm)

Unknown

0

40,0

40,0

Right thumb

1

45,0

40,0

Right index finger

2

40,0

40,0

Right middle finger

3

40,0

40,0

Right ring finger

4

40,0

40,0

Right little finger

5

33,0

40,0

Left thumb

6

45,0

40,0

Left index finger

7

40,0

40,0

Left middle finger

8

40,0

40,0

Left ring finger

9

40,0

40,0

Left little finger

10

33,0

40,0

Plain right thumb

11

30,0

55,0

Plain left thumb

12

30,0

55,0

Plain right four fingers

13

70,0

65,0

Plain left four fingers

14

70,0

65,0

Għall-marki misjuba tas-sit ta’ reat għandhom jintużaw biss il-kodiċijiet minn 0 sa 10.

5.1.5.   Field 4 005: Riżoluzzjoni ta’ l-Iskenjar ta’ l-Immaġini (Image Scanning Resolution – ISR)

Dan il-field ta’ byte wieħed jokkupa t-13-il byte ta’ rekord tat-Tip 4. Jekk ikun fih ‘0’ l-immaġini tkun ittieħdet bħala kampjun b’rata ta’ skenjar preferita ta’ 19,68 pixels/mm (500 pixel kull pulzier). Jekk ikun fiha ‘1’ l-immaġini tkun ittieħdet bħala kampjun b’rata ta’ skenjar alternattiva kif speċifikata fir-rekord tat-Tip 1.

5.1.6.   Field 1 003: Tul tal-Linja Orizzontali (Horizontal Line Length – HLL)

Dan il-field jinsab fil-pożizzjonijiet tal-bytes 14 u 15 fir-rekord tat-Tip 4. Huwa jispeċifika n-numru ta’ pixels li hemm f’kull linja ta’ l-isken. L-ewwel byte ikun l-aktar wieħed sinifikattiv.

5.1.7.   Field 4 007: Tul tal-Linja Vertikali (Vertical Line Length – VLL)

Dan il-field jirreġistra fil-bytes 16 u 17 in-numru ta’ linji ta’ skenjar li hemm fl-immaġini. L-ewwel byte ikun l-aktar wieħed sinifikattiv.

5.1.8.   Field 4 008: Algoritmu ta’ Kompressjoni fuq Skala Griża (Gray-scale Compression Algorithm – GCA)

Dan il-field ta’ byte wieħed jispeċifika l-algoritmu ta’ kompressjoni fuq skala griża użat sabiex jikkodifika d-data ta’ l-immaġini. Għal din l-implimentazzjoni, kodiċi binarju 1 jindika li ntużat kompressjoni WSQ (Appendiċi 7).

5.1.9.   Field 4 009: L-Immaġini (The Image)

Dan il-field fih byte stream li jirrappreżenta l-immaġini. L-istruttura tiegħu ovvjament tkun tiddependi mill-algoritmu ta’ kompressjoni użat.

6.   Rekord loġiku tat-Tip 9: Rekord tad-dettalji

Ir-rekords tat-Tip 9 għandu jkun fihom test ASCII li jiddeskrivi d-dettalji (minutiæ) u informazzjoni relatata magħhom ikkodifikati minn marka misjuba. Għal transazzjoni ta’ tiftix ta’ marka misjuba, m’hemmx limitu għal dawn ir-rekords tat-Tip 9 ġo fajl, li kull wieħed minnhom għandu jkun għal stampa jew marka misjuba differenti.

6.1.   Estrazzjoni tad-dettalji

6.1.1.   Identifikazzjoni tat-tip ta’ dettall

Dan l-istandard jiddefinixxi t-tliet numri identifikaturi li jintużaw sabiex jiddeskrivu t-tip ta’ dettall. Dawn huma elenkati fit-tabella 6. Tarf ta’ linja għandu jiġi denominat bħala Tip 1. Qsim fi tnejn għandu jiġi denominat bħala Tip 2. Jekk dettall ma jkunx jista’ jiġi kategorizzat b’mod ċar f’wieħed minn dawn iż-żewġ tipi, għandu jiġi denominat bħala “other” (ieħor), Tip 0.

Tabella 6: Tipi ta’ dettall

Type

Description

0

Other

1

Ridge ending

2

Bifurcation

6.1.2.   Pożizzjonament u tip tad-dettall

Biex il-mudelli jkunu konformi mat-Taqsima 5 ta’ l-istandard ANSI INCITS 378-2004, għandu jintuża l-metodu li ġej, li jtejjeb fuq l-istandard INCITS 378-2004 attwali, sabiex jiġi ddeterminat il-pożizzjonament (post u direzzjoni angolari) tad-dettalji individwali.

Il-pożizzjoni jew il-post ta’ dettall li jirrappreżenta tarf ta’ linja għandu jkun il-punt ta’ qsim fi tnejn ta’ l-assi medjali tal-wied li jiġi eżatt quddiem it-tarf tal-linja. Jekk it-tliet friegħi tal-wied jiċċekknu għal assi b’wisa’ ta’ pixel wieħed, il-punt fejn jiltaqgħu jiġi l-pożizzjoni tad-dettall. Bl-istess mod, il-pożizzjoni tad-dettall għal qsim fi tnejn għandu jkun il-punt tal-qsim ta’ l-assi medjali tal-linja. Jekk it-tliet friegħi tal-linja jiċċekknu għal assi b’wisa’ ta’ pixel wieħed, il-punt fejn jiltaqgħu jiġi l-pożizzjoni tad-dettall.

Wara li t-truf kollha tal-linji jiġu kkonvertiti għal punti ta’ qsim, id-dettalji kollha ta’ l-immaġini dattiloskopika jiġu rrappreżentati bħala punti ta’ qsim. Il-koordinati tal-pixels X u Y tal-punt fejn jiltaqgħu it-tliet friegħi ta’ kull dettall jistgħu jiġu fformatjati direttament. L-istabbiliment tad-direzzjoni tad-dettall jista’ jiġi estratt minn kull punt ta’ qsim ta’ l-assi. It-tliet friegħi ta’ kull qsim ta’ l-assi għandhom jiġu eżaminati u jiġi stabbilit it-tarf ta’ kull fergħa. Il-Figura 6.1.2 turi t-tliet metodi użati sabiex jiġi stabbilit it-tarf ta’ fergħa abbażi ta’ riżoluzzjoni ta’ skenjar ta’ 500 ppi.

It-tarf jiġi stabbilit skond l-avveniment li jseħħ l-ewwel. Il-kont tal-pixels hu bbażat fuq riżoluzzjoni ta’ skenjar ta’ 500 ppi. Riżoluzzjonijiet ta’ skenjar differenti jkunu jfissru kontijiet ta’ pixels differenti.

Distanza ta’.064” (il-pixel numru 32)

It-tarf tal-fergħa ta’ l-assi li jseħħ bejn distanza ta’.02” u.064” (mill-10 sat-32 pixel); il-friegħi iqsar ma jintużawx

Jitfaċċa qsim fi tnejn ieħor f’distanza ta’ mhux aktar minn.064” (qabel it-32 pixel)

Figura 6.1.2

Image

L-angolu tad-dettalji jiġi stabbilit billi jinħolqu tliet raġġi virtwali li joriġinaw fil-punt tal-qsim u jestendu sat-tarf ta’ kull fergħa. L-iżgħar mit-tliet angoli ffurmati bir-raġġi jinqasam min-nofs sabiex jindika d-direzzjoni tad-dettall.

6.1.3.   Sistema ta’ koordinati

Is-sistema ta’ koordinati użata sabiex tesprimi d-dettalji ta’ marka tas-swaba’ għandha tkun sistema ta’ koordinati Kartesjani. Il-pożizzjonijiet tad-dettalji għandhom ikunu rrappreżentati bil-koordinati x u y tagħhom. L-oriġini tas-sistema tal-koordinati għandha tkun ir-rokna ta’ fuq tax-xellug ta’ l-immaġini oriġinali bl-x jiżdied lejn il-lemin u l-y jiżdied ‘l isfel. Il-koordinati x u y ta’ dettall għandhom it-tnejn ikunu rrappreżentati f’unitajiet ta’ pixel mill-oriġini. Għandu jkun innutat li l-pożizzjoni ta’ l-oriġini u l-unitajiet tal-kejl ma jaqbilx mal-konvenzjoni użata fid-definizzjonijiet tat-Tip 9 fl-ANSI/NIST-ITL 1-2000.

6.1.4.   Direzzjoni tad-dettalji

L-angoli jingħataw f’format matematiku standard, b’żero gradi lejn il-lemin u angoli li jiżdiedu kontra d-direzzjoni ta’ l-arloġġ. L-angoli rreġistrati huma fid-direzzjoni li tħares lura matul il-linja għal tmiem ta’ linja u lejn iċ-ċentru tal-wied għal qsim fi tnejn. Din il-konvenzjoni hija opposta b’180 grad għall-konvenzjoni ta’ l-angoli deskritta fid-definizzjonijiet tat-Tip 9 fl-ANSI/NIST-ITL 1-2000.

6.2.   Fields għal Rekord Loġiku tat-Tip 9 f’Format INCITS-378

Il-fields kollha tar-rekords tat-Tip 9 għandhom jiġu rreġistrati bħala test ASCII. L-ebda field binarju m’hu permess f’dan ir-rekord b’tagged field.

6.2.1.   Field 9 001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical record length – LEN)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih it-tul tar-rekord loġiku li jispeċifika n-numru totali ta’ bytes, inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord.

6.2.2.   Field 9 002: Karattru għad-Denominazzjoni ta’ l-Immaġini (Image designation character – IDC)

Dan il-field mandatorju b’żewġ bytes għandu jintuża għall-identifikazzjoni u l-pożizzjoni tad-data tad-dettalji. L-IDC li hemm f’dan il-field għandu jaqbel ma’ l-IDC li jinsab fil-field tal-kontenut tal-fajl tar-rekord tat-Tip 1.

6.2.3.   Field 9 003: Tip ta’ Impressjoni (Impression type – IMP)

Dan il-field mandatorju b’byte wieħed għandu jiddeskrivi l-mod kif inkisbet l-informazzjoni ta’ l-immaġini dattiloskopika. Il-valur ASCII tal-kodiċi t-tajjeb kif magħżul mit-tabella 4 għandu jiddaħħal f’dan il-field sabiex jissenjala t-tip ta’ impressjoni.

6.2.4.   Field 9 004: Format tad-Dettalji (Minutiæ format – FMT)

Dan il-field għandu jkun fih “U” sabiex jindika li d-dettalji huma fformatjati f’termini M1-378. Għalkemm l-informazzjoni tista’ tiġi kodifikata skond l-istandard M1-378, il-fields kollha tad-data tar-rekord tat-Tip 9 għandhom jibqgħu bħala fields ta’ test ASCII.

6.2.5.   Field 9 126: Informazzjoni CBEFF (CBEFF information)

Dan il-field għandu jkun fih tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni għandu jkun fih il-valur “27” (0x1B). Din hija l-identifikazzjoni tas-Sid tal-Format CBEFF assenjata mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ l-Industrija tal-Bijometrika (IBIA) lill-Kumitat Tekniku INCITS M1. Il-karattru <US> għandu jiddelimita dan l-oġġett mit-Tip tal-Format CBEFF li jiġi assenjat valur ta’ “513” (0x0201) sabiex jindika li dan ir-rekord fih biss data ta’ pożizzjoni u direzzjoni angolari mingħajr ebda informazzjoni ta’ Blokk ta’ Data Estiż. Il-karattru <US> għandu jiddelimita dan l-oġġett mill-Identifikatur tal-Prodott (PID) tas-CBEFF li jidentifika s-“sid” tat-tagħmir ta’ kodifikazzjoni. Il-bejjiegħ jistabbilixxi dan il-valur, li jista’ jinkiseb mill-website ta’ l-IBIA (www.ibia.org) jekk ikun ippostjat.

6.2.6.   Field 9 127: Identifikazzjoni tat-tagħmir tal-kattura (Capture equipment identification)

Dan il-field għandu jkun fih żewġ oġġetti ta’ informazzjoni sseparati bil-karattru <US>. L-ewwel wieħed għandu jkollu “APPF” jekk it-tagħmir użat oriġinalment sabiex tinkiseb l-immaġini jkun ċertifikat li jikkonforma ma’ l-Appendiċi F (Speċifikazzjoni tal-Kwalità ta’ l-Immaġini IAFIS, 29 ta’ Jannar, 1999) tas-CJIS-RS-0010, l-ispeċifikazzjoni tat-transmissjoni elettronika tal-marki tas-swaba’ tal-Federal Bureau of Investigation. Jekk it-tagħmir ma kienx jikkonforma l-valur ikun “NONE”. It-tieni oġġett ta’ informazzjoni għandu jkollu l-ID tat-Tagħmir tal-Kattura li huwa numru tal-prodott assenjat mill-bejjiegħ lit-tagħmir tal-kattura. Valur ta’ “0” jindika li l-ID tat-tagħmir tal-kattura m’huwiex irrappurtat.

6.2.7.   Field 9 128: Tul tal-Linja Orizzontali (Horizontal line length – HLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ pixels li hemm f’linja orizzontali waħda ta’ l-immaġini mibgħuta. Id-daqs orizzontali massimu huwa limitat għal 65 534 pixel.

6.2.8.   Field 9 129: Tul tal-Linja Vertikali (Vertical line length – VLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ linji orizzontali li hemm fl-immaġini mibgħuta. Id-daqs vertikali massimu huwa limitat għal 65 534 pixel.

6.2.9.   Field 9 130: Unitajiet ta’ skala (Scale units – SLC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-unitajiet użati sabiex jiddeskrivu l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjun ta’ l-immaġini (densità tal-pixels). Il-valur “1” f’dan il-field jindika pixels kull pulzier, waqt li “2” jindika pixels kull ċentimetru. Il-valur “0” jindika li ma qed tingħata l-ebda skala. Għal dan il-każ, il-kwozjent HPS/VPS jagħti l-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

6.2.10.   Field 9 131: Skala orizzontali tal-pixels (Horizontal pixel scale – HPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni orizzontali dment li l-SLC jikkonsisti minn “1” jew “2”. Inkella, huwa jindika l-komponent orizzontali tal-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

6.2.11.   Field 9 132: Skala vertikali tal-pixels (Vertical pixel scale – VPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni vertikali dment li l-SLC jikkonsisti minn “1” jew “2”. Inkella, huwa jindika l-komponent vertikali tal-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

6.2.12.   Field 1 003: Xbieha tas-saba’ (Finger view)

Dan il-field mandatorju fih in-numru tax-xbieha tas-saba’ assoċjat mad-data ta’ dan ir-rekord. In-numru tax-xbieha jibda b’ “0” u jiżdied b’wieħed kull darba sa “15”.

6.2.13.   Field 9 134: Pożizzjoni tas-Saba’ (Finger position – FGP)

Dan il-field għandu jkollu l-kodiċi li jiddenomina l-pożizzjoni tas-saba’ li pproduċa l-informazzjoni f’dan ir-rekord tat-Tip 9. sabiex jindika l-pożizzjoni tas-saba’ jew tal-pala ta’ l-id għandu jintuża kodiċi bejn 1 u 10 meħud mit-tabella 5 jew il-kodiċi adatta tal-pala ta’ l-id mit-tabella 10.

6.2.14.   Field 9 135: Kwalità tas-saba’ (Finger quality)

Il-field għandu jkollu l-kwalità tad-data tad-dettalji tas-saba’ b’mod ġenerali u għandu jkun bejn 0 u 100. Dan in-numru jkun espressjoni ġenerali tal-kwalità tar-rekord tas-saba’, u jirrappreżenta l-kwalità ta’ l-immaġini oriġinali, ta’ l-estrazzjoni tad-dettall u kull operazzjoni addizzjonali li tista’ taffettwa r-rekord tad-dettalji.

6.2.15.   Field 9 136: Numru ta’ dettalji (number of minutiæ)

Dan il-field mandatorju għandu jkollu kont tan-numru ta’ dettalji rreġistrati f’dan ir-rekord loġiku.

6.2.16.   Field 9 137: Data tad-dettalji tas-saba’ (Finger minutiæ data)

Dan il-field mandatorju jkun fih sitt oġġetti ta’ informazzjoni sseparati bil-karattru <US>. Huwa jikkonsisti minn diversi subfields, li kull wieħed minnhom ikollu l-informazzjoni dwar id-dettalji individwali. In-numru totali ta’ subfields tad-dettalji jrid jaqbel mal-kont li jinstab fil-field 136. L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni huwa n-numru ta’ l-indiċi tad-dettall, li għandu jibda b’ “1” u jiżdied b’ “1” għal kull dettall addizzjonali fil-marka tas-saba’. It-tieni u t-tielet oġġett ta’ informazzjoni huma l-koordinati “x” u “y” tad-dettall f’unitajiet ta’ pixel. Ir-raba’ oġġett ta’ informazzjoni huwa l-angolu tad-dettall irreġistrat f’unitajiet ta’ żewġ gradi. Dan il-valur m’għandux ikun negattiv u jkun bejn 0 u 179. Il-ħames oġġett ta’ informazzjoni hu t-tip tad-dettall. Valur ta’ “0” jintuża sabiex jirrappreżenta dettalji tat-tip “OTHER” (ieħor), valur ta’ “1” għal tarf ta’ linja u valur ta’ “2” għal qsim ta’ linja fi tnejn. Is-sitt oġġett ta’ informazzjoni jirrappreżenta l-kwalità ta’ kull dettall. Dan il-valur jista’ jkun minn minimu ta’ 1 sa massimu ta’ 100. Valur ta’ “0” jindika li l-valur tal-kwalità m’hux disponibbli. Kull subfield għandu jkun isseparat minn dak li jiġi warajh bl-użu tal-karattru separatur <RS>.

6.2.17.   Field 9 138: Informazzjoni dwar il-kont tal-linji (Ridge count information)

Dan il-field fih serje ta’ subfields li kull wieħed minnhom ikollu tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni ta’ l-ewwel subfield għandu jindika l-metodu ta’ estrazzjoni tal-kont tal-linji. Valur ta’ “0” jindika li m’għandha ssir l-ebda assunzjoni dwar il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-kontijiet tal-linji, u lanqas l-ordni tagħhom fir-rekord. Valur ta’ “1” jindika li għal kull dettall fiċ-ċentru, id-data tal-kont tal-linji ġie estratt sa l-eqreb dettall fil-viċinanza f’erba’ kwadranti, u l-kontijiet tal-linji għal kull dettall fiċ-ċentru huma elenkati flimkien. Valur ta’ “2” jindika li għal kull dettall fiċ-ċentru, id-data tal-kont tal-linji ġie estratt sa l-eqreb dettall fil-viċinanza fi tmien ottanti, u l-kontijiet tal-linji għal kull dettall fiċ-ċentru huma elenkati flimkien. Iż-żewġ oġġetti ta’ informazzjoni li jifdal f’dan l-ewwel subfield għandhom it-tnejn ikunu “0”. L-oġġetti ta’ informazzjoni għandhom ikunu sseparati bil-karattru separatur <US>. Subfields sussegwenti għandu jkollhom in-numru ta’ l-indiċi tad-dettall fiċ-ċentru bħala l-ewwel oġġett ta’ informazzjoni, in-numru ta’ l-indiċi tad-dettalji fil-viċinanza bħala t-tieni oġġett ta’ informazzjoni, u n-numru ta’ linji maqsumin bħala t-tielet oġġett ta’ informazzjoni. Is-subfields għandhom ikunu sseparati bil-karattru separatur <RS>.

6.2.18.   Field 9 139: Informazzjoni dwar nuklei (Core information)

Dan il-field jikkonsisti minn subfield wieħed għal kull nukleu preżenti fl-immaġini oriġinali. Kull subfield jikkonsisti minn tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel żewġ oġġetti fihom il-pożizzjonijiet tal-koordinati “x” u “y” f’unitajiet ta’ pixel. It-tielet oġġett ta’ informazzjoni fih l-angolu tan-nukleu rreġistrat f’unitajiet ta’ 2 gradi. Dan il-valur m’għandux ikun negattiv u jkun bejn 0 u 179. Nuklei multipli jkunu sseparati bil-karattru separatur <RS>.

6.2.19.   Field 9 140: Informazzjoni dwar delta (Delta information)

Dan il-field jikkonsisti minn subfield wieħed għal kull delta preżenti fl-immaġini oriġinali. Kull subfield jikkonsisti minn tliet oġġetti ta’ informazzjoni. L-ewwel żewġ oġġetti fihom il-pożizzjonijiet tal-koordinati “x” u “y” f’unitajiet ta’ pixel. It-tielet oġġett ta’ informazzjoni fih l-angolu tad-delta rreġistrat f’unitajiet ta’ 2 gradi. Dan il-valur m’għandux ikun negattiv u jkun bejn 0 u 179. Nuklei multipli jkunu sseparati bil-karattru separatur <RS>.

7.   Rekord tat-Tip 13 ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Ir-rekord loġiku b’tagged field tat-Tip 13 għandu jkun fih data ta’ immaġini miksuba minn immaġini ta’ marki misjuba. Dawn l-immaġini huma maħsuba sabiex jintbagħtu lil aġenziji li awtomatikament jiksbu jew jipprovdu intervent uman u pproċessar sabiex tinkiseb mill-immaġini l-informazzjoni tal-karatteristika mixtieqa.

L-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni ta’ l-iskenjar użata, id-daqs ta’ l-immaġini, u parametri oħrajn meħtieġa għall-ipproċessar ta’ l-immaġini, huma rreġistrati bħala tagged fields fir-rekord.

Tabella 7: Arranġament ta’ rekord tat-tip 13 ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Ident

Cond. code

Field Number

Field Name

Char type

Field size per occurrence

Occur count

Max byte count

min.

max.

min

max

LEN

M

13 001

LOGICAL RECORD LENGTH

N

4

8

1

1

15

IDC

M

13 002

IMAGE DESIGNATION CHARACTER

N

2

5

1

1

12

IMP

M

13 003

IMPRESSION TYPE

A

2

2

1

1

9

SRC

M

13 004

SOURCE AGENCY/ORI

AN

6

35

1

1

42

LCD

M

13 005

LATENT CAPTURE DATE

N

9

9

1

1

16

HLL

M

13 006

HORIZONTAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

VLL

M

13 007

VERTICAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

SLC

M

13 008

SCALE UNITS

N

2

2

1

1

9

HPS

M

13 009

HORIZONTAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

VPS

M

13 010

VERTICAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

CGA

M

13 011

COMPRESSION ALGORITHM

A

5

7

1

1

14

BPX

M

13 012

BITS PER PIXEL

N

2

3

1

1

10

FGP

M

13 013

FINGER POSITION

N

2

3

1

6

25

RSV

 

13 014

13 019

RESERVED FOR FUTURE DEFINITION

COM

O

13 020

COMMENT

A

2

128

0

1

135

RSV

 

13 021

13 199

RESERVED FOR FUTURE DEFINITION

UDF

O

13 200

13 998

USER-DEFINED FIELDS

DAT

M

13 999

IMAGE DATA

B

2

1

1

Werrej għat-tip ta’ karattru: N = Numeriku; A = Alfabetiku; AN = Alfanumeriku; B = Binarju

7.1.   Fields għar-rekord loġiku tat-Tip 13

Il-paragrafi li ġejjin jiddeskrivu d-data li tinsab f’kull wieħed mill-fields għar-rekord loġiku tat-Tip 13.

F’rekord loġiku tat-Tip 13, it-tidħil għandu jingħata f’fields numerati. Hu meħtieġ li l-ewwel żewġ fields tar-rekord ikunu f’ordni, u l-field li jkollu d-data ta’ l-immaġini għandu jkun l-aħħar field fiżiku fir-rekord. Għal kull field tar-rekord tat-Tip 13, it-tabella 7 telenka l-“kodiċi tal-kundizzjoni” bħala mandatorju “M” jew fakultattiv “O”, in-numru tal-field, l-isem tal-field, it-tip tal-karattru, id-daqs tal-field, u limiti ta’ l-okkorrenza. Fuq bażi ta’ numru tal-field bi tliet ċifri, id-daqs massimu tal-kont tal-bytes għall-field jingħata fl-aħħar kolonna. Hekk kif jintużaw aktar ċifri għan-numru tal-field, il-kont massimu tal-bytes jiżdied ukoll. Iż-żewġ tidħiliet fid-“daqs tal-field kull okkorrenza” jinkludu s-separaturi tal-karattri kollha użati fil-field. Il-“kont tal-bytes massimu” jinkludi n-numru tal-field, l-informazzjoni, u s-separaturi tal-karattri kollha inkluż il-karattru “GS”.

7.1.1.   Field 13 001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical record length – LEN)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih il-kont totali tan-numru ta’ bytes fir-rekord loġiku tat-Tip 13. Il-field 13001 għandu jispeċifika t-tul tar-rekord inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord u s-separaturi ta’ l-informazzjoni.

7.1.2.   Field 13 002: Karattru għad-Denominazzjoni ta’ l-Immaġini (Image designation character – IDC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jintuża sabiex jidentifika d-data ta’ l-immaġini tal-marki misjuba li hemm fir-rekord. Dan l-IDC għandu jaqbel ma’ l-IDC li jinsab fil-field tal-kontenut tal-fajl (CNT) tar-rekord tat-Tip 1.

7.1.3.   Field 13 003: Tip ta’ Impressjoni (Impression type – IMP)

Dan il-field mandatorju ASCII b’byte wieħed jew tnejn għandu jindika l-mod kif inkisbet l-informazzjoni ta’ l-immaġini ta’ marka misjuba. Il-kodiċi ta’ marka misjuba adatt magħżul mit-tabella 4 (saba’) jew it-tabella 9 (pala ta’ l-id) għandu jiddaħħal f’dan il-field.

7.1.4.   Field 13 004: Aġenzija tas-sors/ORI (Source agency/ORI – SRC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih l-identifikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni li oriġinalment ikkatturat l-immaġini tal-wiċċ li hemm fir-rekord. Normalment, l-Identifikatur ta’ l-Aġenzija Oriġinarja (ORI) ta’ l-aġenzija li kkatturat l-immaġini tkun tinsab f’dan il-field. Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni fil-format li ġej: CC/agency.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fih il-kodiċi tal-pajjiż (Country Code) ta’ l-Interpol, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi. It-tieni oġġett, agency, hu identifikazzjoni ta’ l-aġenzija b’test liberu, b’mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku.

7.1.8.   Field 13 005: Data tal-jum tal-kattura ta’ l-immaġini ta’ marka misjuba (Latent capture date – LCD)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih id-data tal-jum meta ġiet katturata l-immaġini ta’ marka misjuba li hemm fir-rekord. Id-data għandha tidher bħala tmien ċifri fil-format CCYYMMDD. Il-karattri CCYY għandhom jirrappreżentaw is-sena meta ġiet katturata l-immaġini; il-karattri MM għandhom ikunu l-valuri ta’ l-għaxriet u l-unitajiet tax-xahar; u l-karattri DD għandhom ikunu l-valuri ta’ l-għaxriet u l-unitajiet tal-jum tax-xahar. Per eżempju, 20000229 jirrappreżenta d-29 ta’ Frar, 2000. Id-data sħiħa trid tkun data leġittima.

7.1.6.   Field 13 006: Tul tal-Linja Orizzontali (Horizontal line length – HLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ pixels li hemm f’linja orizzontali waħda ta’ l-immaġini mibgħuta.

7.1.7.   Field 13 007: Tul tal-Linja Vertikali (Vertical line length – VLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ linji orizzontali li hemm fl-immaġini mibgħuta.

7.1.8.   Field 13 008: Unitajiet ta’ skala (Scale units – SLC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-unitajiet użati sabiex jiddeskrivu l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjun ta’ l-immaġini (densità tal-pixels). Il-valur “1” f’dan il-field jindika pixels kull pulzier, waqt li “2” jindika pixels kull ċentimetru. Il-valur “0” jindika li ma qed tingħata l-ebda skala. Għal dan il-każ, il-kwozjent HPS/VPS jagħti l-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

7.1.9.   Field 13 009: Skala orizzontali tal-pixels (Horizontal pixel scale – HPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni orizzontali dment li l-SLC jikkonsisti minn “1” jew “2”. Inkella, huwa jindika l-komponent orizzontali tal-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

7.1.10.   Field 13 010: Skala vertikali tal-pixels (Vertical pixel scale – VPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni vertikali dment li l-SLC jikkonsisti minn “1” jew “2”. Inkella, huwa jindika l-komponent vertikali tal-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

7.1.11.   Field 13 011: Algoritmu tal-kompressjoni (Compression algorithm – CGA)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-algoritmu użat sabiex jikkompressa l-immaġini fuq skala griża. Għall-kodiċijiet tal-kompressjoni rriferi għall-Appendiċi 7.

7.1.12.   Field 13 012: Bits kull pixel (Bits per pixel – BPX)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih in-numru ta’ bits użat sabiex jirrappreżenta pixel. Dan il-field għandu jikkonsisti minn “8” għal valuri ta’ skala griża normali minn “0” sa “255”. Kull tidħil f’dan il-field li jkun akbar minn “8” għandu jirrappreżenta pixel fuq skala griża bi preċiżjoni akbar.

7.1.13.   Field 13 013: Pożizzjoni tas-saba’/pala ta’ l-id (Finger/palm position – FGP)

Dan it-tagged field mandatorju għandu jkun fih waħda jew aktar mill-pożizzjonijiet possibbli tas-saba’ jew il-pala ta’ l-id li jistgħu jaqblu ma’ l-immaġini ta’ marka misjuba. In-numru tal-kodiċi deċimali li jikkorrispondi għall-pożizzjoni magħrufa jew l-aktar probabbli tas-saba’ għandu jittieħed mit-tabella 5 jew il-pożizzjoni l-aktar probabbli tal-pala ta’ l-id mit-tabella 10 u jiddaħħal bħala subfield ASCII b’karattru wieħed jew tnejn. Pożizzjonijiet addizzjonali tas-swaba’ u/jew tal-pali ta’ l-idejn jistgħu jkunu referenzjati billi jiddaħħlu l-kodiċijiet tal-pożizzjonijiet alterni bħala subfields isseparati bil-karattru separatur “RS”. Il-kodiċi “0”, għal “Saba’ Mhux Magħruf”, għandu jintuża bħala referenza għal kull pożizzjoni tas-swaba’ minn wieħed sa għaxra. Il-kodiċi “20”, għal “Pala ta’ l-Id Mhux Magħrufa”, għandu jintuża bħala referenza għal kull pożizzjoni elenkata ta’ marka tal-pala ta’ l-id.

7.1.14.   Field 13 014-019: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

7.1.15.   Field 13 020: Kumment (Comment – COM)

Dan il-field fakultattiv jista’ jintuża sabiex jiddaħħlu kummenti jew informazzjoni oħra b’test ASCII mad-data ta’ l-immaġini ta’ marka misjuba.

7.1.16.   Field 13 021-199: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

7.1.17.   Fields 13 200-998: Fields iddefiniti mill-utent (User-defined fields – UDF)

Dawn il-fields jistgħu jiġu ddefiniti mill-utent u jintużaw għal rekwiżiti futuri. Id-daqs u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu ddefiniti mill-utent u jkunu konformement ma’ l-aġenzija li tirċievi. Jekk ikun hemm minnhom għandu jkollhom informazzoni testwali ASCII.

7.1.18.   Field 13 999: Data ta’ l-immaġini (Image data – DAT)

Dan il-field għandu jkun fih id-data kollha minn immaġini kkatturata ta’ marka misjuba. Huwa għandu jkollu assenjat in-numru tal-field 999 u jkun fiżikament l-aħħar field fir-rekord. Per eżempju, “13 999:” jiġi segwit b’data ta’ l-immaġini f’rappreżentazzjoni binarja.

Kull pixel ta’ data fuq skala griża mhux kompressat għandu normalment ikun kwantizzat għal tmien bits (256 livell griż) miġbur f’byte wieħed. Jekk it-tidħil fil-Field tal-BPX 13 012 ikun ikbar jew inqas minn “8”, in-numru ta’ bytes meħtieġ għal pixel wieħed ikun differenti. Jekk tintuża kompressjoni, id-data tal-pixel għandha tiġi kompressata skond it-teknika ta’ kompressjoni speċifikata fil-field tal-GCA.

7.2.   Tmiem ta’ rekord tat-tip 13 ta’ immaġini ta’ marki misjuba b’riżoluzzjoni varjabbli

Għall-finijiet ta’ konsistenza, minnufih wara l-aħħar byte ta’ data mill-field 13 999 għandu jintuża separatur “FS” sabiex jisseparah mir-rekord loġiku li jmiss. Dan is-separatur għandu jiġi inkluż fil-field tat-tul tar-rekord tat-Tip 13. Rekord tat-tip 15 ta’ immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id b’riżoluzzjoni varjabbli

8.   Rekord tat-Tip 15 ta’ immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id b’riżoluzzjoni varjabbli

Ir-rekord loġiku tagged field tat-Tip 15 għandu jkun fih u jintuża għall-iskambju ta’ data ta’ immaġini ta’ marki ta’ pali ta’ l-idejn flimkien ma’ fields ta’ informazzjoni testwali fissi u ddefiniti mill-utent pertinenti għall-immaġini diġitizzata. L-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni ta’ l-iskenjar użata, id-daqs ta’ l-immaġini u parametri oħrajn jew kummenti meħtieġa għall-ipproċessar ta’ l-immaġini jiġu rreġistrati bħala tagged fields fir-rekord. L-immaġini tal-marki tal-pali ta’ l-idejn mibgħuta lil aġenziji oħrajn jiġu pproċessati mill-aġenziji li jirċevuhom sabiex jiksbu l-informazzjoni mixtieqa tal-karatteristiċi meħtieġa għal skopijiet ta’ konkordanza.

Id-data ta’ l-immaġini għandha tinkiseb direttament minn suġġett bl-użu ta’ tagħmir ta’ skenjar istantanju, jew minn karta tal-marki tal-pali ta’ l-idejn jew mezz ieħor li jkun fih il-marki tal-pali ta’ l-idejn tas-suġġett.

Kull metodu użat għall-kisba ta’ l-immaġini tal-marki tal-pali ta’ l-idejn għandu jkun kapaċi jagħti sett ta’ immaġini għal kull id. Dan is-sett għandu jinkludi l-pala tal-kittieb (writer’s palm) bħala immaġini skenjata waħdanija, u l-medda sħiħa tal-pala kollha mill-polz sal-ponot tas-swaba’ bħala immaġini skenjata waħda jew tnejn. Jekk jintużaw żewġ immaġini sabiex jirrappreżentaw il-pala kollha, l-immaġini ta’ isfel għandha twassal mill-polz (wrist bracelet) san-naħa ta’ fuq tal-parti interdiġitali (il-ġog tat-tielet saba’) u għandha tinkludi l-partijiet tat-tenar u l-ipotenar tal-pala. L-immaġini ta’ fuq għandha twassal min-naħa ta’ isfel tal-parti interdiġitali sal-ponot ta’ fuq tas-swaba’. Dan jipprovdi ammont biżżejjed ta’ sovrappożizzjoni bejn iż-żewġ immaġini li huma t-tnejn jinsabu fuq il-parti interdiġitali tal-pala. Jekk isib konkordanza fl-istruttura tal-linji u d-dettalji li jkun hemm f’din il-parti komuni, eżaminatur jista’ jgħid b’kunfidenza li ż-żewġ immaġini ġew mill-istess pala ta’ id.

Billi transazzjoni ta’ marka ta’ pala ta’ l-id tista’ tintuża għal finijiet differenti, jista’ jkun fiha parti waħda jew aktar ta’ immaġini unika rreġistrata mill-pala jew l-id. Sett ta’ rekord sħiħ tal-marki tal-pali ta’ l-idejn għal individwu wieħed normalment jinkludi l-pala tal-kittieb u l-immaġini tal-pala kollha ta’ kull id. Billi rekord ta’ immaġini loġiku b’tagged field jista’ jkun fih field binarju wieħed biss, ikun meħtieġ rekord waħdani tat-Tip 15 għal kull pala tal-kittieb u rekord wieħed jew tnejn tat-Tip 15 għal kull pala sħiħa. B’hekk, ikunu meħtieġa minn erba’ sa sitt rekords tat-Tip 15 sabiex jirrappreżentaw il-marki tal-pali ta’ l-idejn tas-suġġett fi transazzjoni normali tal-marki tal-pali ta’ l-idejn.

8.1.   Fields għar-rekord loġiku tat-Tip 15

Il-paragrafi li ġejjin jiddeskrivu d-data li tinsab f’kull wieħed mill-fields għar-rekord loġiku tat-Tip 15.

F’rekord loġiku tat-Tip 15, it-tidħil għandu jingħata f’fields numerati. Hu meħtieġ li l-ewwel żewġ fields tar-rekord ikunu f’ordni, u l-field li jkollu d-data ta’ l-immaġini għandu jkun l-aħħar field fiżiku fir-rekord. Għal kull field tar-rekord tat-Tip 15, it-tabella 8 telenka l-“kodiċi tal-kundizzjoni” bħala mandatorju “M” jew fakultattiv “O”, in-numru tal-field, l-isem tal-field, it-tip tal-karattru, id-daqs tal-field, u limiti ta’ l-okkorrenza. Fuq bażi ta’ numru tal-field bi tliet ċifri, id-daqs massimu tal-kont tal-bytes għall-field jingħata fl-aħħar kolonna. Hekk kif jintużaw aktar ċifri għan-numru tal-field, il-kont massimu tal-bytes jiżdied ukoll. Iż-żewġ tidħiliet fid-“daqs tal-field kull okkorrenza” jinkludu s-separaturi tal-karattri kollha użati fil-field. Il-“kont tal-bytes massimu” jinkludi n-numru tal-field, l-informazzjoni, u s-separaturi tal-karattri kollha inkluż il-karattru “GS”.

8.1.1.   Field 15.001: Tul tar-Rekord Loġiku (Logical record length – LEN)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih il-kont totali tan-numru ta’ bytes fir-rekord loġiku tat-Tip 15. Il-field 15 001 għandu jispeċifika t-tul tar-rekord inkluż kull karattru ta’ kull field li hemm fir-rekord u s-separaturi ta’ l-informazzjoni.

8.1.2.   Field 15.002: Karattru għad-Denominazzjoni ta’ l-Immaġini (Image designation character – IDC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jintuża sabiex jidentifika l-immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id li hemm fir-rekord. Dan l-IDC għandu jaqbel ma’ l-IDC li jinsab fil-field tal-kontenut tal-fajl (CNT) tar-rekord tat-Tip 1.

8.1.3.   Field 15.003: Tip ta’ Impressjoni (Impression type – IMP)

Dan il-field mandatorju ASCII b’byte wieħed għandu jindika l-mod kif inkisbet l-informazzjoni ta’ l-immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id. F’dan il-field għandu jiddaħħal il-kodiċi adatt magħżul mit-tabella 9.

8.1.4.   Field 15.004: Aġenzija tas-sors/ORI (Source agency/ORI – SRC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih l-identifikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni li oriġinalment ikkatturat l-immaġini tal-wiċċ li hemm fir-rekord. Normalment, l-Identifikatur ta’ l-Aġenzija Oriġinarja (ORI) ta’ l-aġenzija li kkatturat l-immaġini tkun tinsab f’dan il-field. Huwa jikkonsisti minn żewġ oġġetti ta’ informazzjoni fil-format li ġej: CC/agency.

L-ewwel oġġett ta’ informazzjoni fih il-kodiċi tal-pajjiż (Country Code) ta’ l-Interpol, b’tul ta’ żewġ karattri alfanumeriċi. It-tieni oġġett, agency, hu identifikazzjoni ta’ l-aġenzija b’test liberu, b’mhux aktar minn 32 karattru alfanumeriku.

8.1.5.   Field 15.005: Data tal-jum tal-kattura tal-marka tal-pala ta’ l-id (Palmprint capture date – PCD)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih id-data ta’ meta ġiet katturata l-immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id. Id-data għandha tidher bħala tmien ċifri fil-format CCYYMMDD. Il-karattri CCYY għandhom jirrappreżentaw is-sena meta ġiet katturata l-immaġini; il-karattri MM għandhom ikunu l-valuri ta’ l-għaxriet u l-unitajiet tax-xahar; u l-karattri DD għandhom ikunu l-valuri ta’ l-għaxriet u l-unitajiet tal-jum tax-xahar. Per eżempju, tidħil ta’ 20000229 jirrappreżenta d-29 ta’ Frar, 2000. Id-data sħiħa trid tkun data leġittima.

8.1.6.   Field 15.006: Tul tal-Linja Orizzontali (Horizontal line length – HLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ pixels li hemm f’linja orizzontali waħda ta’ l-immaġini mibgħuta.

8.1.7.   Field 15.007: Tul tal-Linja Vertikali (Vertical line length – VLL)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkollu n-numru ta’ linji orizzontali li hemm fl-immaġini mibgħuta.

8.1.8.   Field 15.008: Unitajiet ta’ skala (Scale units – SLC)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-unitajiet użati sabiex jiddeskrivu l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjun ta’ l-immaġini (densità tal-pixels). Il-valur “1” f’dan il-field jindika pixels kull pulzier, waqt li “2” jindika pixels kull ċentimetru. Il-valur “0” jindika li ma qed tingħata l-ebda skala. Għal dan il-każ, il-kwozjent HPS/VPS jagħti l-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

8.1.9.   Field 15.009: Skala orizzontali tal-pixels (Horizontal pixel scale – HPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni orizzontali dment li l-SLC jikkonsisti minn “1” jew “2”. Inkella, huwa jindika l-komponent orizzontali tal-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

8.1.10.   Field 15.010: Skala vertikali tal-pixels (Vertical pixel scale – VPS)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika f’inteġer id-densità tal-pixels użata fid-direzzjoni vertikali dment li l-SLC jikkonsisti minn “1” jew “2”. Inkella, huwa jindika l-komponent vertikali tal-proporzjon ta’ l-aspett tal-pixels.

Tabella 8: Arranġament ta’ rekord tat-tip 15 ta’ marki tal-pali ta’ l-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli

Ident

Cond. code

Field Number

Field Name

Char type

Field size per occurrence

Occur count

Max byte count

min.

max.

min

max

LEN

M

15 001

LOGICAL RECORD LENGTH

N

4

8

1

1

15

IDC

M

15 002

IMAGE DESIGNATION CHARACTER

N

2

5

1

1

12

IMP

M

15 003

IMPRESSION TYPE

N

2

2

1

1

9

SRC

M

15 004

SOURCE AGENCY/ORI

AN

6

35

1

1

42

PCD

M

15 005

PALMPRINT CAPTURE DATE

N

9

9

1

1

16

HLL

M

15 006

HORIZONTAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

VLL

M

15 007

VERTICAL LINE LENGTH

N

4

5

1

1

12

SLC

M

15 008

SCALE UNITS

N

2

2

1

1

9

HPS

M

15 009

HORIZONTAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

VPS

M

15 010

VERTICAL PIXEL SCALE

N

2

5

1

1

12

CGA

M

15 011

COMPRESSION ALGORITHM

AN

5

7

1

1

14

BPX

M

15 012

BITS PER PIXEL

N

2

3

1

1

10

PLP

M

15 013

PALMPRINT POSITION

N

2

3

1

1

10

RSV

 

15 014

15 019

RESERVED FOR FUTURE INCLUSION

COM

O

15 020

COMMENT

AN

2

128

0

1

128

RSV

 

15 021

15 199

RESERVED FOR FUTURE INCLUSION

UDF

O

15 200

15 998

USER-DEFINED FIELDS

DAT

M

15 999

IMAGE DATA

B

2

1

1


Tabella 9: Tip ta’ Impressjoni tal-Pala ta’ l-Id

Description

Kodiċi

Live-scan palm

10

Nonlive-scan palm

11

Latent palm impression

12

Latent palm tracing

13

Latent palm photo

14

Latent palm lift

15

8.1.11.   Field 15 011: Algoritmu tal-kompressjoni (Compression algorithm – CGA)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jispeċifika l-algoritmu użat sabiex jikkompressa l-immaġini fuq skala griża. Tidħil ta’ “NONE” f’dan il-field jindika li d-data f’dan ir-rekord m’hix kompressata. Għal dawk l-immaġini li ser jiġu kkompressati, dan il-field għandu jkun fih il-metodu preferit għall-kompressjoni ta’ l-immaġini ta’ għaxar marki tas-swaba’ (tenprint). Il-kodiċijiet ta’ kompressjoni validi huma ddefiniti fl-Appendiċi 7.

8.1.12.   Field 15 012: Bits kull pixel (Bits per pixel – BPX)

Dan il-field mandatorju ASCII għandu jkun fih in-numru ta’ bits użat sabiex jirrappreżenta pixel. Dan il-field għandu jikkonsisti minn “8” għal valuri ta’ skala griża normali minn “0” sa “255”. Kull tidħil f’dan il-field li jkun ikbar jew inqas minn “8” għandu jirrappreżenta pixel fuq skala griża bi preċiżjoni ikbar jew inqas rispettivament.

Tabella 10: Kodiċijiet, Superfiċji u Daqsijiet tal-Pali ta’ l-Idejn

Palm Position

Palm code

Image area (mm2)

Width (mm)

Height (mm)

Unknown Palm

20

28 387

139,7

203,2

Right Full Palm

21

28 387

139,7

203,2

Right Writer s Palm

22

5 645

44,5

127,0

Left Full Palm

23

28 387

139,7

203,2

Left Writer s Palm

24

5 645

44,5

127,0

Right Lower Palm

25

19 516

139,7

139,7

Right Upper Palm

26

19 516

139,7

139,7

Left Lower Palm

27

19 516

139,7

139,7

Left Upper Palm

28

19 516

139,7

139,7

Right Other

29

28 387

139,7

203,2

Left Other

30

28 387

139,7

203,2

8.1.13.   Field 15 013: Pożizzjoni tal-marka tal-pala ta’ l-id (Palmprint position – PLP)

Dan it-tagged field mandatorju għandu jkun fih il-pożizzjoni tal-marka tal-pala ta’ l-id li taqbel ma’ l-immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id. In-numru tal-kodiċi deċimali li jikkorrispondi mal-pożizzjoni magħrufa jew l-aktar probabbli tal-marka tal-pala ta’ l-id għandu jittieħed mit-tabella 10 u jiddaħħal bħala subfield ASCII b’żewġ karattri. It-tabella 10 telenka wkoll is-superfiċji u d-dimensjonijiet massimi ta’ l-immaġini għal kull waħda mill-pożizzjonijiet possibbli tal-marka tal-pala ta’ l-id.

8.1.14.   Field 15 014-019: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

8.1.15.   Field 15 020: Kumment (Comment – COM)

Dan il-field fakultattiv jista’ jintuża sabiex jiddaħħlu kummenti jew informazzjoni oħra b’test ASCII mad-data ta’ l-immaġini tal-marka tal-pala ta’ l-id.

8.1.16.   Field 15 021-199: Riżervat għal definizzjoni futura (Reserved for future definition – RSV)

Dawn il-fields huma rriżervati għall-inklużjoni f’reviżjonijiet futuri ta’ dan l-istandard. L-ebda wieħed minn dawn il-fields ma għandu jintuża f’dan il-livell ta’ reviżjoni. Jekk ikun hemm preżenti xi wħud minn dawn il-fields, għandhom jiġu injorati.

8.1.17.   Fields 15 200-998: Fields iddefiniti mill-utent (User-defined fields – UDF)

Dawn il-fields jistgħu jiġu ddefiniti mill-utent u jintużaw għal rekwiżiti futuri. Id-daqs u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu ddefiniti mill-utent u jkunu konformement ma’ l-aġenzija li tirċievi. Jekk ikun hemm minnhom għandu jkollhom informazzoni testwali ASCII.

8.1.18.   Field 15 999: Data ta’ l-immaġini (Image data – DAT)

Dan il-field għandu jkun fih id-data kollha minn immaġini kkatturata ta’ marka tal-pala ta’ l-id. Huwa għandu jkollu assenjat in-numru tal-field 999 u jkun fiżikament l-aħħar field fir-rekord. Per eżempju, “15 999:” jiġi segwit b’data ta’ l-immaġini f’rappreżentazzjoni binarja. Kull pixel ta’ data fuq skala griża mhux kompressat għandu normalment ikun kwantizzat għal tmien bits (256 livell griż) miġbur f’byte wieħed. Jekk it-tidħil fil-Field tal-BPX 15 012 ikun ikbar jew inqas minn “8”, in-numru ta’ bytes meħtieġ għal pixel wieħed ikun differenti. Jekk tintuża kompressjoni, id-data tal-pixel għandha tiġi kompressata skond it-teknika ta’ kompressjoni speċifikata fil-field tas-CGA.

8.2.   Tmiem ta’ rekord tat-tip 15 ta’ immaġini ta’ marki tal-pali ta’ l-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli

Għall-finijiet ta’ konsistenza, minnufih wara l-aħħar byte ta’ data mill-field 15.999 għandu jintuża separatur “FS” sabiex jisseparah mir-rekord loġiku li jmiss. Dan is-separatur għandu jiġi inkluż fil-field tat-tul tar-rekord tat-Tip 15.

8.3.   Rekords addizzjonali tat-tip 15 ta’ immaġini ta’ marki tal-pali ta’ l-idejn b’riżoluzzjoni varjabbli

Fil-fajl jistgħu jiġu inklużi rekords addizzjonali tat-Tip 15. Għal kull immaġini addizzjonali ta’ marka ta’ pala ta’ id, ikun meħtieġ rekord loġiku sħiħ tat-Tip 15 bis-separatur “FS”.

Tabella 11: Numri massimi ta’ kandidati aċċettati għal verifika kull trasmissjoni

Type of AFIS Search

TP/TP

LT/TP

LP/PP

TP/UL

LT/UL

PP/ULP

LP/ULP

Maximum Number of Candidates

1

10

5

5

5

5

5

Tipi ta’ tiftix:

 

TP/TP: għaxar marki ma’ għaxar marki

 

LT/TP: marka ta’ saba’ misjuba ma’ għaxar marki

 

LP/PP: marka misjuba ta’ pala ta’ id ma’ marka ta’ pala ta’ id

 

TP/UL: għaxar marki ma’ marka ta’ saba’ misjuba mhux solvuta

 

LT/UL: marka ta’ saba’ misjuba ma’ marka ta’ saba’ misjuba mhux solvuta

 

PP/ULP: marka ta’ pala ta’ id ma’ marka misjuba mhux solvuta ta’ pala ta’ id

 

LP/ULP: marka misjuba ta’ pala ta’ id ma’ marka misjuba mhux solvuta ta’ pala ta’ id

9.   Appendiċijiet għall-Kapitolu 2 (skambju ta’ data dattiloskopika)

9.1.   Appendiċi 1 Kodiċijiet Separaturi ASCII

ASCII

Pożizzjoni (2)

Description

LF

1/10

Separates error codes in field 2 074

FS

1/12

Separates logical records of a file

GS

1/13

Separates fields of a logical record

RS

1/14

Separates the subfields of a record field

US

1/15

Separates individual information items of the field or subfield

9.2.   Appendiċi 2 Kalkolu tal-Karattru ta’ Kontroll Alfanumeriku

Għal TCN u TCR (Fields 1.09 u 1.10):

In-numru li jikkorrispondi għall-karattru ta’ kontroll jiġi ġġenerat bl-użu tal-formula li ġejja:

(YY * 108 + SSSSSSSS) Modulo 23

Fejn YY u SSSSSSSS huma l-valuri numeriċi ta’ l-aħħar żewġ ċifri tas-sena u n-numru tas-serje rispettivament.

Il-karattru ta’ kontroll jiġi mbagħad iġġenerat mit-tabella ta’ referenza mogħtija hawn taħt.

Għal CRO (Field 2010)

In-numru li jikkorrispondi għall-karattru ta’ kontroll jiġi ġġenerat bl-użu tal-formula li ġejja:

YY * 106 + NNNNNN) Modulo 23

Fejn YY u NNNNNN huma l-valuri numeriċi ta’ l-aħħar żewġ ċifri tas-sena u n-numru tas-serje rispettivament.

Il-karattru ta’ kontroll jiġi mbagħad iġġenerat mit-tabella ta’ referenza mogħtija hawn taħt.

Tabella ta’ Referenza għall-Karattru ta’ Kontroll

1-A

9-J

17-T

2-B

10-K

18-U

3-C

11-L

19-V

4-D

12-M

20-W

5-E

13-N

21-X

6-F

14-P

22-Y

7-G

15-Q

0-Z

8-H

16-R

 

9.3.   Appendiċi 3 Kodiċijiet tal-Karattri

Kodiċi b’7 bits għall-iskambju ta’ l-informazzjoni

ASCII Character Set

+

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

30

 

 

 

!

#

$

%

&

40

(

)

*

+

,

.

/

0

1

50

2

3

4

5

6

7

8

9

:

;

60

<

=

>

?

@

A

B

C

D

E

70

F

G

H

I

J

K

L

M

N

O

80

P

Q

R

S

T

U

V

W

X

Y

90

Z

[

\

]

^

_

`

a

b

c

100

d

e

f

g

h

i

j

k

l

m

110

n

o

p

q

r

s

t

u

v

w

120

x

y

z

{

|

}

~

 

 

 

9.4.   Appendiċi 4 Sommarju ta’ Transazzjoni

Rekord tat-Tip 1 (mandatorju)

Identifier

Field Number

Field Name

CPS/PMS

SRE

ERR

LEN

1 001

Logical Record Length

M

M

M

VER

1 002

Version Number

M

M

M

CNT

1 003

File Content

M

M

M

TOT

1 004

Type of Transaction

M

M

M

DAT

1 005

Date

M

M

M

PRY

1 006

Priority

M

M

M

DAI

1 007

Destination Agency

M

M

M

ORI

1 008

Originating Agency

M

M

M

TCN

1 009

Transaction Control Number

M

M

M

TCR

1 010

Transaction Control Reference

C

M

M

NSR

1 011

Native Scanning Resolution

M

M

M

NTR

1 012

Nominal Transmitting Resolution

M

M

M

DOM

1 013

Domain name

M

M

M

GMT

1 014

Greenwich mean time

M

M

M

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni:

O = Fakultattiv; M = Mandatorju; C = Kondizzjonali jekk it-transazzjoni hi tweġiba għall-aġenzija oriġinarja

Rekord tat-Tip 2 (mandatorju)

Identifier

Field Number

Field Name

CPS/PMS

MPS/MMS

SRE

ERR

LEN

2 001

Logical Record Length

M

M

M

M

IDC

2 002

Image Designation Character

M

M

M

M

SYS

2 003

System Information

M

M

M

M

CNO

2 007

Case Number

M

C

SQN

2 008

Sequence Number

C

C

MID

2 009

Latent Identifier

C

C

CRN

2 010

Criminal Reference Number

M

C

MN1

2 012

Miscellaneous Identification Number

C

C

MN2

2 013

Miscellaneous Identification Number

C

C

MN3

2 014

Miscellaneous Identification Number

C

C

MN4

2 015

Miscellaneous Identification Number

C

C

INF

2 063

Additional Information

O

O

O

O

RLS

2 064

Respondents List

M

ERM

2 074

Status/Error Message Field

M

ENC

2 320

Expected Number of Candidates

M

M

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni:

O = Fakultattiv; M = Mandatorju; C = Kondizzjonali jekk id-data tkun disponibbli

*

=

jekk it-trasmissjoni tad-data tkun konformi mal-liġi nazzjonali (mhux kopert mid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI)

9.5.   Appendiċi 5 Definizzjonijiet ta’ Rekord tat-Tip 1

Identifier

Condition

Field Number

Field Name

Character Type

Example Data

LEN

M

1 001

Logical Record Length

N

1 001:230{GS}

VER

M

1 002

Version Number

N

1 002:0300{GS}

CNT

M

1 003

File Content

N

1 003:1{US}15{RS}2{US}00{RS}4{US}01{RS}4{US}02{RS}4{US}03{RS}4{US}04{RS}4{US}05{RS}4{US}06{RS}4{US}07{RS}4{US}08{RS}4{US}09{RS}4{US}10{RS}4{US}11{RS}4{US}12{RS}4{US}13{RS}4{US}14{GS}

TOT

M

1 004

Type of Transaction

A

1 004:CPS{GS}

DAT

M

1 005

Date

N

1 005:20050101{GS}

PRY

M

1 006

Priority

N

1 006:4{GS}

DAI

M

1 007

Destination Agency

1*

1 007:DE/BKA{GS}

ORI

M

1 008

Originating Agency

1*

1 008:NL/NAFIS{GS}

TCN

M

1 009

Transaction Control Number

AN

1 009:0200000004F{GS}

TCR

C

1 010

Transaction Control Reference

AN

1 010:0200000004F{GS}

NSR

M

1 011

Native Scanning Resolution

AN

1 011:19.68{GS}

NTR

M

1 012

Nominal Transmitting Resolution

AN

1 012:19.68{GS}

DOM

M

1 013

Domain Name

AN

1 013: INT-I{US}4.22{GS}

GMT

M

1 014

Greenwich Mean Time

AN

1 014:20050101125959Z

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni: O = Fakultattiv, M = Mandatorju, C = Kondizzjonali

Taħt il-Kolonna tat-Tip ta’ Karattru: A = Alfa, N = Numeriku, B = Binarju

1* karattri li jistgħu jintużaw għall-isem ta’ l-aġenzija huma [“0..9”, “A..Z”, “a..z”, “_”, “.”, “”, “–”]

9.6.   Appendiċi 6 Definizzjonijiet ta’ Rekord tat-Tip 2

Tabella A.6.1: Transazzjoni CPS u PMS

Identifier

Condition

Field Number

Field Name

Character Type

Example Data

LEN

M

2 001

Logical Record Length

N

2 001:909{GS}

IDC

M

2 002

Image Designation Character

N

2 002:00{GS}

SYS

M

2 003

System Information

N

2 003:0422{GS}

CRN

M

2 010

Criminal Reference Number

AN

2 010:DE/E999999999{GS}

INF

O

2 063

Additional Information

1*

2 063:Additional Information 123{GS}

ENC

M

2 320

Expected Number of Candidates

N

2 320:1{GS}


Tabella A.6.2: SRE-Transaction

Identifier

Condition

Field Number

Field Name

Character Type

Example Data

LEN

M

2 001

Logical Record Length

N

2 001:909{GS}

IDC

M

2 002

Image Designation Character

N

2 002:00{GS}

SYS

M

2 003

System Information

N

2 003:0422{GS}

CRN

C

2 010

Criminal Reference Number

AN

2 010:NL/2222222222{GS}

MN1

C

2 012

Miscellaneous Identification Number

AN

2 012:E999999999{GS}

MN2

C

2 013

Miscellaneous Identification Number

AN

2 013:E999999999{GS}

MN3

C

2 014

Miscellaneous Identification Number

N

2 014:0001{GS}

MN4

C

2 015

Miscellaneous Identification Number

A

2 015:A{GS}

INF

O

2 063

Additional Information

1*

2 063:Additional Information 123{GS}

RLS

M

2 064

Respondents List

AN

“CPS{RS}I{RS}001/001{RS}999999{GS}”


Tabella A.6.3: Transazzjoni ERR

Identifier

Condition

Field Number

Field Name

Character Type

Example Data

LEN

M

2 001

Logical Record Length

N

2 001:909{GS}

IDC

M

2 002

Image Designation Character

N

2 002:00{GS}

SYS

M

2 003

System Information

N

2 003:0422{GS}

MN1

M

2 012

Miscellaneous Identification Number

AN

2 012:E999999999{GS}

MN2

C

2 013

Miscellaneous Identification Number

AN

2 013:E999999999{GS}

MN3

C

2 014

Miscellaneous Identification Number

N

2 014:0001{GS}

MN4

C

2 015

Miscellaneous Identification Number

A

2 015:A{GS}

INF

O

2 063

Additional Information

1*

2 063:Additional Information 123{GS}

ERM

M

2 074

Status/Error Message Field

AN

2 074: 201: IDC - 1 FIELD 1009 WRONG CONTROL CHARACTER {LF} 115: IDC 0 FIELD 2 003 INVALID SYSTEM INFORMATION


Tabella A.6.4: Transazzjoni MPS u MMS

Identifier

Condition

Field Number

Field Name

Character Type

Example Data

LEN

M

2 001

Logical Record Length

N

2 001:909{GS}

IDC

M

2 002

Image Designation Character

N

2 002:00{GS}

SYS

M

2 003

System Information

N

2 003:0422{GS}

CNO

M

2 007

Case Number

AN

2 007:E999999999{GS}

SQN

C

2 008

Sequence Number

N

2 008:0001{GS}

MID

C

2 009

Latent Identifier

A

2 009:A{GS}

INF

O

2 063

Additional Information

1*

2 063:Additional Information 123{GS}

ENC

M

2 320

Expected Number of Candidates

N

2 320:1{GS}

Taħt il-Kolonna tal-Kundizzjoni: O = Fakultattiv, M = Mandatorju, C = Kondizzjonali

Taħt il-Kolonna tat-Tip ta’ Karattru: A = Alfa, N = Numeriku, B = Binarju

1* karattri li jistgħu jintużaw huma [“0..9”, “A..Z”, “a..z”, “_”, “.”, “”, “–”]

9.7.   Appendiċi 7 Kodiċijiet ta’ Kompressjoni fuq Skala Griża

Kodiċijiet ta’ Kompressjoni

Compression

Value

Remarks

Wavelet Scalar Quantization Grayscale Fingerprint Image Compression Specification

IAFIS-IC-0010(V3), dated December 19, 1997

WSQ

Algorithm to be used for the compression of grayscale images in Type-4, Type-7 and Type-13 to Type-15 records. Shall not be used for resolutions > 500dpi.

JPEG 2000

[ISO 15444/ITU T.800]

J2K

To be used for lossy and losslessly compression of grayscale images in Type-13 to Type-15 records. Strongly recommended for resolutions > 500 dpi

9.8.   Appendiċi 8 Mailspecification

Biex jitjieb il-fluss operattiv intern il-mailsubject ta’ transazzjoni PRUEM trid timtela bil-kodiċi tal-pajjiż (CC) ta’ l-Istat Membru li jibgħat il-messaġġ u t-Tip ta’ Transazzjoni (TOT, Field 1 004).

Format: CC/type of transaction

Eżempju: “DE/CPS”

Il-kontenut tal-mail (mailbody) jista’ jkun vojt.

KAPITOLU 3: Skambju tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.   Sett ta’ data komuni għat-tiftix awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.1.   Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet ta’ l-elementi tad-data mandatorji u l-elementi tad-data fakultattivi msemmijin fl-Artikolu 16(4) huma kif ġej:

Mandatorju (M):

L-element tad-data jrid jiġi kkomunikat meta l-informazzjoni tkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru. Għalhekk hemm obbligu li l-informazzjoni tiġi skambjata meta tkun disponibbli.

Fakultattiv (O):

L-element tad-data jista’ jiġi kkomunikat meta l-informazzjoni tkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru. Għalhekk m’hemm ebda obbligu li l-informazzjoni tiġi skambjata lanqas meta l-informazzjoni tkun disponibbli.

Tingħata indikazzjoni (Y) għal kull element fis-sett tad-data fejn l-element ikun speċifikament identifikat bħala importanti relattivament għad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

1.2.   Tiftix tal-vettura/is-sid/id-detentur

1.2.1.   Triggers għat-tiftixa

Hemm żewġ modi differenti ta’ tiftix għall-informazzjoni kif definita fil-paragrafu li jmiss:

Bin-Numru tax-Chassis (VIN), id-Data u l-Ħin tar-Referenza (fakultattiv);

Bin-Numru tal-Pjanċa, in-Numru tax-Chassis (VIN) (fakultattiv), id-Data u l-Ħin tar-Referenza (fakultattiv).

B’dawn il-kriterji ta’ tiftix, toħroġ informazzjoni dwar vettura waħda u kultant aktar minn waħda. Jekk tkun meħtieġa informazzjoni dwar vettura waħda biss, l-oġġetti jingħataw kollha f’rispons wieħed. Jekk tinstab aktar minn vettura waħda, l-Istat Membru rikjest innifsu jista’ jiddeċiedi liema oġġetti għandhom jingħataw; l-oġġett kollha jew l-oġġetti biss għall-irfinar tat-tiftixa (eż. għal raġunijiet ta’ privatezza jew għal raġunijiet ta’ rendiment).

L-oġġetti meħtieġa għall-irfinar tat-tiftixa huma murija fil-paragrafu 1.2.2.1. Fil-paragrafu 1.2.2.2 hemm deskrizzjoni tas-sett sħiħ ta’ informazzjoni.

Meta t-tiftixa ssir bin-Numru tax-Chassis, id-Data u l-Ħin tar-Referenza, it-tiftixa tista’ ssir f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti jew kollha kemm huma.

Meta t-tiftixa ssir bin-Numru tal-Liċenzja, id-Data u l-Ħin tar-Referenza, it-tiftixa trid issir fi Stat Membru speċifiku wieħed.

Normalment sabiex issir tiftixa jintużaw id-Data u l-Ħin attwali, iżda hu possibbli li ssir tiftixa b’Data u Ħin ta’ Referenza fil-passat. Meta ssir tiftixa b’Data u Ħin ta’ Referenza fil-passat u ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni storika fir-reġistru ta’ l-Istat Membru speċifiku minħabba li ma jkun hemm reġistrat l-ebda informazzjoni bħal din, tista’ tingħata l-informazzjoni attwali b’indikazzjoni li l-informazzjoni hija informazzjoni attwali.

1.2.2.   Sett ta’ data

1.2.2.1

Oġġetti li jingħataw meħtieġa għall-irfinar tat-tiftixa

Item

M/O (3)

Remarks

Prüm Y/N (4)

Data relating to vehicles

 

 

 

Licence number

M

 

Y

Chassis number/VIN

M

 

Y

Country of registration

M

 

Y

Make

M

(D.1 (5)) e.g. Ford, Opel, Renault eċċ.

Y

Commercial type of the vehicle

M

(D.3) e.g. Focus, Astra, Megane

Y

EU Category Code

M

(J) mopeds, motorbikes, cars eċċ.

Y

1.2.2.2.

Sett ta’ data sħiħ

Item

M/O (6)

Remarks

Prüm Y/N

Data relating to holders of the vehicle

 

(C.1 (7)) The data refer to the holder of the specific registration certificate.

 

Registration holders’ (company) name

M

(C.1.1.)

separate fields will be used for surname, infixes, titles eċċ., and the name in printable format will be communicated

Y

First name

M

(C.1.2)

separate fields for first name(s) and initials will be used, and the name in printable format will be communicated

Y

Address

M

(C.1.3)

separate fields will be used for Street, House number and Annex, Zip code, Place of residence, Country of residence eċċ., and the Address in printable format will be communicated

Y

Gender

M

Male, female

Y

Date of birth

M

 

Y

Legal entity

M

individual, association, company, firm eċċ.

Y

Place of Birth

O

 

Y

ID Number

O

An identifier that uniquely identifies the person or the company.

N

Type of ID Number

O

The type of ID Number (e.g. passport number).

N

Start date holdership

O

Start date of the holdership of the car. This date will often be the same as printed under (I) on the registration certificate of the vehicle.

N

End date holdership

O

End data of the holdership of the car.

N

Type of holder

O

If there is no owner of the vehicle (C.2) the reference to the fact that the holder of the registration certificate:

is the vehicle owner

is not the vehicle owner

is not identified by the registration certificate as being the vehicle owner

N

Data relating to owners of the vehicle

 

(C.2)

 

Owners’ (company) name

M

(C.2.1)

Y

First name

M

(C.2.2)

Y

Address

M

(C.2.3)

Y

Gender

M

male, female

Y

Date of birth

M

 

Y

Legal entity

M

individual, association, company, firm eċċ.

Y

Place of Birth

O

 

Y

ID Number

O

An identifier that uniquely identifies the person or the company.

N

Type of ID Number

O

The type of ID Number (e.g. passport number).

N

Start date ownership

O

Start date of the ownership of the car.

N

End date ownership

O

End data of the ownership of the car.

N

Data relating to vehicles

 

 

 

Licence number

M

 

Y

Chassis number/VIN

M

 

Y

Country of registration

M

 

Y

Make

M

(D.1) e.g. Ford, Opel, Renault eċċ.

Y

Commercial type of the vehicle

M

(D.3) e.g. Focus, Astra, Megane

Y

Nature of the vehicle/EU Category Code

M

(J) mopeds, motorbikes, cars eċċ.

Y

Date of first registration

M

(B) date of first registration of the vehicle somewhere in the world

Y

Start date (actual) registration

M

(I) Date of the registration to which the specific certificate of the vehicle refers

Y

End date registration

M

End data of the registration to which the specific certificate of the vehicle refers. It is possible this date indicates the period of validity as printed on the document if not unlimited (document abbreviation = H).

Y

Status

M

scrapped, stolen, exported eċċ.

Y

Start date status

M

 

Y

End date status

O

 

N

kW

O

(P.2)

Y

Capacity

O

(P.1)

Y

Type of licence number

O

regular, transito eċċ.

Y

Vehicle document id 1

O

The first unique document ID as printed on the vehicle document

Y

Vehicle document id 2 (8)

O

A second document ID as printed on the vehicle document.

Y

Data relating to insurances

 

 

 

Insurance company name

O

 

Y

Begin date insurance

O

 

Y

End date insurance

O

 

Y

Address

O

 

Y

Insurance number

O

 

Y

ID Number

O

An identifier that uniquely identifies the company.

N

Type of ID Number

O

The type of ID Number (e.g. number of the Chamber of Commerce)

N

2.   Sigurtà tad-Data

2.1.   Deskrizzjoni ġenerali

L-applikazzjoni tas-software Eucaris timmaniġġja l-komunikazzjoni sigura lill-Istati Membri l-oħrajn u tikkomunika lis-sistemi eżistenti fil-parti aħħarija (back-end legacy systems) ta’ l-Istati Membri bl-użu ta’ XML. L-Istati Membri jiskambjaw il-messaġġi billi jibagħtuhom direttament lid-destinatarju. Iċ-ċentru tad-data ta’ Stat Membru hu kkollegat man-network TESTA ta’ l-UE.

Il-messaġġi XML mibgħuta fuq in-network jiġu kkriptati. It-teknika użata għall-kriptaġġ ta’ dawn il-messaġġi hija l-SSL. Il-messaġġi mibgħuta lill-parti aħħarija huma messaġġi XML b’test ordinarju billi l-kollegament bejn l-applikazzjoni u l-parti aħħarija għandu jkun f’ambjent protett.

Tingħata applikazzjoni ta’ klijent li tista’ tintuża fi Stat Membru sabiex ifittex fir-reġistru tiegħu jew f’reġistri ta’ Stati Membri oħrajn. Il-klijenti jiġu identifikati permezz ta’ identifikazzjoni ta’ l-utent u password jew ċertifikat ta’ klijent. Il-kollegament għal utent jista’ jkun kriptat, iżda din hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru individwali.

2.2.   Karatteristiċi ta’ Sigurtà relatati ma’ l-iskambju tal-messaġġi

Id-disinn għas-sigurtà hu bbażat fuq taħlita ta’ HTTPS u XML signature. Din l-alternattiva tuża XML-signature sabiex jiġu ffirmati l-messaġġi kollha mibgħuta lis-server u tista’ tawtentika lil min bagħat il-messaġġ billi tivverifika l-firma. Jintuża 1-sided SSL (ċertifikat tas-server biss) sabiex jipproteġi l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-messaġġ fit-transitu u jipprovdi protezzjoni kontra attakki ta’ tħassir/repetizzjoni (replay) u inserzjoni. Minflok jiġi żviluppat software apposta sabiex jimplimenta 2-sided SSL, jiġi implimentat XML-signature. L-użu ta’ XML-signature huwa eqreb lejn ir-roadmap tas-servizzi tal-web milli 2-sided SSL u huwa għalhekk aktar strateġiku.

L-XML-signature jista’ jiġi implimentat b’diversi modi iżda l-approċċ użat huwa l-użu ta’ XML Signature bħala parti mis-sigurtà tas-servizzi tal-web (Web Services Security – WSS). Id-WSS jispeċifika kif jintuża l-XML-signature. Billi d-WSS jibni fuq l-istandard SOAP, huwa loġiku li kemm jista’ jkun jiġi osservat l-istandard SOAP.

2.3.   Karatteristiċi ta’ sigurtà mhux relatati ma’ l-iskambju tal-messaġġi

2.3.1.   Awtentikazzjoni ta’ l-utenti

L-utenti ta’ l-applikazzjoni tal-web Eucaris jawtentikaw lilhom infushom bl-użu ta’ username u password. Billi tintuża awtentikazzjoni standard tal-Windows, l-Istati Membri jistgħu jekk ikun meħtieġ itejbu l-livell ta’ awtentikazzjoni ta’ l-utenti billi jużaw ċertifikati tal-klijenti.

2.3.2.   Rwoli ta’ l-utenti

L-applikazzjoni software Eucaris tappoġġja rwoli ta’ utenti differenti. Kull ragruppament (cluster) ta’ servizzi għandu l-awtorizzazzjoni tiegħu. Eż. l-utenti (eslużivi) tal-“funzjonalità-“Trattat ta’ Eucaris” ma jistgħux jużaw il-“funzjonalità-“Prüm”. Is-servizzi ta’ l-amministratur huma mifrudin mir-rwoli ta’ l-utenti aħħarin regolari.

2.3.3.   Illoggjar u rintraċċar ta’ skambji ta’ messaġġi

L-illoggjar ta’ kull tip ta’ messaġġ huwa ffaċilitat bl-applikazzjoni software Eucaris. Funzjoni ta’ amministratur tippermetti lill-amministratur nazzjonali jiddetermina liema messaġġi huma lloggjati: rikjesti minn utenti aħħarin, rikjesti ġejjin minn Stati Membri oħrajn, informazzjoni pprovduta mir-reġistri nazzjonali, eċċ.

L-applikazzjoni tista’ tiġi kkonfigurata sabiex għal dan l-illoggjar tuża bażi tad-data interna, jew bażi tad-data esterna (Oracle). Id-deċiżjoni dwar liema messaġġi jridu jiġu lloggjati naturalment jiddependi mill-faċilitajiet ta’ lloggjar li hemm fis-sistemi eżistenti u l-applikazzjonijiet tal-klijenti kkollegati.

Il-header ta’ kull messaġġ fih informazzjoni dwar l-Istat Membru rikjedent, l-organizzazzjoni rikjedenti f’dak l-Istat Membru u l-utent konċernat. Tkun indikata wkoll ir-raġuni għar-rikjesta.

Permezz ta’ l-illoggjar kombinat fl-Istat Membru rikjedent u f’dak li jwieġeb ikun possibbli r-rintraċċar sħiħ ta’ kwalunkwe skambju ta’ messaġġi (eż. fuq rikjesta ta’ ċittadin konċernat).

L-illoggjar hu kkonfigurat mill-Eucaris web client (menu Administration, Logging configuration). Il-funzjonalità ta’ l-illoggjar titwettaq mill-Core System. Meta l-illoggjar ikun attivat, il-messaġġ sħiħ (header u parti prinċipali) jinħażen f’rekord ta’ l-illoggjar wieħed. Il-livell ta’ l-illoggjar jista’ jiġi ssettjat skond is-servizz definit, u skond it-tip ta’ messaġġ li jgħaddi mill-Core System.

Livelli ta’ l-Illoggjar

Huma possibbli l-livelli ta’ l-illoggjar li ġejjin:

Privat (Private) – Il-messaġġ jiġi lloggjat: L-illoggjar ma JKUNX disponibbli għas-servizz ta’ estrazzjoni ta’ l-illoggjar iżda jkun disponibbli biss fuq livell nazzjonali, għal verifiki u sabiex jissolvew problemi.

Xejn (None) – Il-messaġġ ma jiġi lloggjat xejn.

Tipi ta’ messaġġ

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri jikkonsisti minn diversi messaġġi, u l-figura ta’ hawn taħt turi rappreżentazzjoni skematika tiegħu.

It-tipi ta’ messaġġ possibbli (fil-figura murijin għall-Eucaris Core System ta’ l-Istat Membru X) huma dawn li ġejjin:

1.

Request to Core System_Request message by Client

2.

Request to Other Member State_Request message by Core System of this Member State

3.

Request to Core System of this Member State_Request message by Core System of other Member State

4.

Request to Legacy Register_Request message by Core System

5.

Request to Core System_Request message by Legacy Register

6.

Response from Core System_Request message by Client

7.

Response from Other Member State_Request message by Core System of this Member State

8.

Response from Core System of this Member State_Request message by other Member State

9.

Response from Legacy Register_Request message by Core System

10.

Response from Core System_Request message by Legacy Register

Fil-figura hemm murijin l-iskambji ta’ informazzjoni li ġejjin:

Rikjesta għal informazzjoni minn Stat Membru X lil Stat Membru Y – vleġeġ blu. Din ir-rikjesta u r-rispons jikkonsistu minn messaġġi tat-tip 1, 2, 7 u 6 rispettivament.

Rikjesta għal informazzjoni minn Stat Membru Z lil Stat Membru X – vleġeġ ħomor. Din ir-rikjesta u r-rispons jikkonsistu minn messaġġi tat-tip 3, 4, 9 u 8 rispettivament.

Rikjesta għal informazzjoni mir-reġistru eżistenti (legacy) lill-core system (din ir-rotta tinkludi wkoll rikjesta minn klijent speċifiku minn wara r-reġistru eżistenti) – vleġeġ ħodor. Din it-tip ta’ rikjesta tikkonsisti minn messaġġi tat-tip 5 u 10.

Figura: Tipi ta’ messaġġ għall-illoggjar

Image

2.3.4.   Modulu tas-Sigurtà tal-Hardware

Ma jintużax Modulu tas-Sigurtà tal-Hardware.

Modulu tas-Sigurtà tal-Hardware (HSM) jipprovdi protezzjoni tajba għaċ-ċavetta użata għall-iffirmar tal-messaġġi u l-identifikazzjoni tas-servers. Dan itejjeb il-livell ġenerali tas-sigurtà iżda HSM huwa għali sabiex tixtrih u tmantnih u m’hemm l-ebda ħtieġa ta’ deċiżjoni li jintuża HSM b’FIPS 140-2 livell 2 jew livell 3. Billi jintuża network magħluq li jtaffi l-perikli b’mod effettiv, ġie deċiż li għall-bidu ma jintużax HSM. Jekk ikun meħtieġ HSM eż. sabiex tinkiseb akkreditazzjoni, dan jista’ jiżdied ma’ l-arkitettura.

3.   Kondizzjonijiet tekniċi għall-iskambju tad-data

3.1.   Deskrizzjoni ġenerali ta’ l-applikazzjoni EUCARIS

3.1.1.   Deskrizzjoni ġenerali

L-applikazzjoni EUCARIS tikkollega lill-Istati Membri kollha parteċipanti f’network immaljat li fih kull Stat Membru jikkomunika direttament ma’ Stat Membru ieħor. Ma jinħtieġ l-ebda komponent ċentrali sabiex tiġi stabbilita l-komunikazzjoni. L-applikazzjoni Eucaris timmaniġġja l-komunikazzjoni sigura lill-Istati Membri l-oħrajn u tikkomunika mas-sistemi eżistenti tal-parti aħħarija (back-end legacy systems) ta’ l-Istati Membri bl-użu ta’ XML. L-istampa li ġejja turi viżwali ta’ din l-arkitettura.

Image

L-Istati Membri jiskambjaw il-messaġġi billi jibagħtuhom direttament lid-destinatarju. Iċ-ċentru tad-data ta’ Stat Membru hu kkollegat man-network użat għall-iskambju tal-messaġġi (TESTA). sabiex jidħlu fin-network tat-TESTA, l-Istati Membri jikkollegaw permezz ta’ l-entratura nazzjonali tagħhom. Għandu jintuża firewall għall-kollegament man-network u router sabiex jikkollega l-applikazzjoni Eucaris mal-firewall. Skond l-alternattiva magħżula sabiex tipproteġi l-messaġġi, jintuża ċertifikat kemm mir-router jew mill-applikazzjoni Eucaris.

Tingħata applikazzjoni ta’ klijent li tista’ tintuża fi Stat Membru sabiex ifittex fir-reġistru tiegħu stess jew f’reġistri ta’ Stati Membri oħrajn. L-applikazzjoni tal-klijent tikkollega ma’ l-Eucaris. Il-klijenti jiġu identifikati permezz ta’ identifikazzjoni ta’ l-utent u password jew ċertifikat ta’ klijent. Il-kollegament ma’ utent f’organizzazzjoni esterna (eż. il-pulizija) jista’ jkun kriptat, iżda din hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru individwali.

3.1.2.   Kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema

Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema hu limitat għall-proċessi involuti fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtoritajiet tar-Reġistrazzjoni fl-Istati Membri u preżentazzjoni bażika ta’ din l-informazzjoni. Il-proċeduri u l-proċessi awtomatizzati fejn tkun ser tintuża l-informazzjoni huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu kemm li jużaw il-funzjonalità tal-klijent Eucaris jew li joħolqu l-applikazzjoni tal-klijent imfassla għalihom stess. Fit-tabella hawn taħt hemm deskrizzjoni ta’ liema aspetti tas-sistema Eucaris huma ta’ użu mandatorju u/jew preskritt u liema huma ta’ użu fakultattiv u/jew skond kif jiddeċiedu l-Istati Membri.

EUCARIS aspects

M/O (9)

Remark

Network concept

M

The concept is an “any-to-any” communication.

Physical network

M

TESTA

Core application

M

The core application of EUCARIS has to be used to connect to the other Member States. The following functionality is offered by the core:

Encrypting and signing of the messages;

Checking of the identity of the sender;

Authorization of Member States and local users;

Routing of messages;

Queuing of asynchronous messages if the recipient service is temporally unavailable;

Multiple country inquiry functionality;

Logging of the exchange of messages;

Storage of incoming messages

Client application

O

In addition to the core application the EUCARIS II client application can be used by a Member State. When applicable, the core and client application are modified under auspices of the EUCARIS organisation.

Security concept

M

The concept is based on XML-signing by means of client certificates and SSL-encryption by means of service certificates.

Message specifications

M

Every Member State has to comply with the message specifications as set by the EUCARIS organisation and this Council Decision. The specifications can only be changed by the EUCARIS organisation in consultation with the Member States.

Operation and Support

M

The acceptance of new Member States or a new functionality is under auspices of the EUCARIS organisation. Monitoring and help desk functions are managed centrally by an appointed Member State.

3.2.   Rekwiżiti Funzjonali u Non-Funzjonali

3.2.1.   Funzjonalità ġenerika

F’din it-taqsima l-funzjonijiet ġeneriċi prinċipali ġew deskritti f’termini ġenerali.

Nru

Description

1.

Is-sistema tippermetti lill-Awtoritajiet tar-Reġistrazzjoni ta’ l-Istati Membri jiskambjaw messaġġi ta’ rikjesta u rispons b’mod interattiv.

2.

Is-sistema fiha applikazzjoni tal-klijent, li tippermetti lill-utenti aħħarin jibagħtu r-rikjesti tagħhom u jippreżentaw l-informazzjoni tar-rispons għall-ipproċessar manwali.

3.

Is-sistema tiffaċilita x-“xandir” (“broadcasting”), li tippermetti lil Stat Membru jibgħat rikjesta lill-Istati Membri l-oħrajn kollha. It-tweġibiet li jidħlu jiġu kkonsolidati mill-applikazzjoni ċentrali f’messaġġ ta’ rispons wieħed lill-applikazzjoni tal-klijent (din il-funzjonalità tissejjaħ “Multiple Country Inquiry” – rikjesta lil għadd ta’ pajjiżi).

4.

Is-sistema kapaċi tittratta tipi differenti ta’ messaġġi. Rwoli ta’ l-utenti, awtorizzazzjoni, rotta, iffirmar u lloggjar jiġu ddefiniti kollha skond is-servizz speċifiku.

5.

Is-sistema tippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw gruppi ta’ messaġġi jew messaġġi b’numru kbir ta’ rikjesti jew tweġibiet. Dawn il-messaġġi jiġu ttrattati b’mod asinkronu.

6.

Is-sistema toħloq kju ta’ messaġġi asinkroni jekk l-Istat Membru destinatarju jkun temporanjament indisponibbli u tiggarantixxi li dawn jitwasslu hekk kif id-destinatarju jerġa’ jkun attiv.

7.

Is-sistema taħżen il-messaġġi asinkroni li jidħlu sakemm ikunu jistgħu jiġu pproċessati.

8.

Is-sistema tagħti aċċess biss lill-applikazzjonijiet Eucaris ta’ l-Istati Membri l-oħrajn, mhux lill-organizzazzjonijiet individwali f’dawk l-Istati Membri l-oħrajn, jiġifieri kull Awtorità tar-Reġistrazzjoni taġixxi bħala l-entratura unika bejn l-utenti aħħarin nazzjonali tagħha u l-Awtoritajiet korrispondenti fl-Istati Membri l-oħrajn.

9.

Jistgħu jiġu ddefiniti utenti ta’ Stati Membri differenti fuq server ta’ l-Eucaris wieħed u jiġu awtorizzati bl-istess drittijiet ta’ dak l-Istat Membru.

10.

Informazzjoni dwar l-Istat Membru, l-organizzazzjoni u l-utent aħħari rikjedenti tinsab inkluża fil-messaġġi.

11.

Is-sistema tiffaċilita l-illoggjar ta’ l-iskambju tal-messaġġi bejn l-Istati Membri differenti u bejn l-applikazzjoni ċentrali u s-sistemi ta’ reġistrazzjoni nazzjonali.

12.

Is-sistema tipprevedi segretarju speċifiku, li hu organizzazzjoni jew Stat Membru espliċitament maħtur għal dan il-kompitu, sabiex jiġbor l-informazzjoni lloggjata dwar il-messaġġi mibgħuta jew irċevuti mill-Istati Membri kollha parteċipanti, sabiex isiru rapporti statistiċi.

13.

Kull Stat Membru jindika huwa stess liema informazzjoni lloggjata tkun disponibbli għas-segretarju u liema informazzjoni tkun “privata”.

14.

Is-sistema tippermetti lill-Amministraturi Nazzjonali ta’ kull Stat Membru sabiex jisiltu statistika utli minnha.

15.

Is-sistema tippermetti ż-żieda ta’ Stati Membri ġodda permezz ta’ kompiti amministrattivi sempliċi.

3.2.2.   Utilizzabbiltà

Nru

Description

16.

Is-sistema tipprovdi interface għall-ipproċessar awtomatizzat tal-messaġġi mis-sistemi eżistenti fil-parti aħħarija (back-end) u tippermetti l-integrazzjoni ta’ l-interface ta’ l-utent f’dawk is-sistemi (customised user-interface).

17.

Is-sistema hija faċli sabiex titgħallimha, tispjega ruħha waħidha u tinkludi test għall-għajnuna.

18.

Is-sistema hija dokumentata sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-integrazzjoni, l-attivitajiet operattivi u l-manutenzjoni futura (eż. gwidi ta’ referenza, dokumentazzjoni funzjonali/teknika, gwida operattiva,....).

19.

L-interface ta’ l-utent hija multi-lingwali u toffri faċilitajiet għall-utent aħħari sabiex jagħżel lingwa preferita.

20.

L-interface ta’ l-utent għandu faċilitajiet sabiex Amministratur Lokali jittraduċi kemm oġġetti fuq l-iskrin kif ukoll informazzjoni kodifikata għal-lingwa nazzjonali.

3.2.3.   Affidabbiltà

Nru

Description

21.

Is-sistema hi mfassla bħala sistema operattiva robusta u affidabbli li tittollera żbalji ta’ l-operatur u li tirkupra bla problemi minn qtugħ fil-provvista ta’ l-enerġija jew diżastri oħrajn. Irid ikun possibbli li s-sistema terġa’ tinxtegħel bi ftit jew xejn telf ta’ data.

22.

Is-sistema għandha tipprovdi riżultati stabbli u riproduċibbli.

23.

Is-sistema tfasslet sabiex tiffunzjona b’mod affidabbli. Hija tista’ tiġi implimentata f’konfigurazzjoni li tiggarantixxi disponibbiltà ta’ 98 % (b’ridondanza, l-użu ta’ back-up servers, eċċ) f’kull komunikazzjoni bilaterali.

24.

Hu possibbli li tintuża parti mis-sistema anki jekk xi komponenti jkollhom il-ħsara (jekk l-Istat Membru C jkollu l-ħsara, l-Istati Membri A u B jistgħu jikkomunikaw xorta). In-numru ta’ punti ta’ ħsara waħdanin fil-katina ta’ l-informazzjoni għandu jkun baxx kemm jista’ jkun.

25.

Il-ħin ta’ rkupru wara ħsara gravi għandu jkun inqas minn ġurnata. Għandu jkun possibbli li l-ħin tal-waqfien jitnaqqas kemm jista’ jkun bl-użu ta’ sostenn mill-bogħod, eż. minn uffiċċju ta’ servizz ċentrali.

3.2.4.   Rendiment

Nru

Description

26.

Is-sistema tista’ tintuża bla waqfien (24x7). Din id-disponibbiltà hija allura meħtieġa wkoll mis-sistemi eżistenti ta’ l-Istati Membri.

27.

Is-sistema twieġeb malajr għar-rikjesti ta’ l-utenti jkunu xi jkunu l-ħidmiet li għaddejjin fl-isfond. Dan hu meħtieġ ukoll mis-sistemi eżistenti tal-Partijiet sabiex ikun żgurat ħin ta’ rispons aċċettabbli. Ħin ta’ rispons totali ta’ mhux aktar minn 10 sekondi għal rikjesta waħda huwa aċċettabbli.

28.

Is-sistema tfasslet bħala sistema multi-utenti u b’mod li l-ħidmiet fl-isfond jistgħu jibqgħu għaddejjin waqt li l-utent iwettaq ħidmiet oħrajn ta’ prijorità.

29.

Is-sistema tfasslet sabiex tkun skalabbli sabiex tappoġġja ż-żieda potenzjali fl-għadd ta’ messaġġi meta tiżdied funzjonalità ġdida jew organizzazzjonijiet jew Stati Membri ġodda.

3.2.5.   Sigurtà

Nru

Description

30.

Is-sistema hija adatta (eż. fil-miżuri tas-sigurtà tagħha) għall-iskambju ta’ messaġġi li fihom data personali ta’ privatezza sensittiva (eż. sidien/detenturi ta’ karozzi), klassifikata UE ristrett.

31.

Is-sistema tinżamm b’mod li jimpedixxi l-aċċess mhux awtorizzat għad-data.

32.

Is-sistema fiha servizz għall-ġestjoni tad-drittijiet u l-permessi ta’ l-utenti aħħarin nazzjonali.

33.

L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw l-identità ta’ min jibgħat (fil-livell ta’ Stat Membru), permezz ta’ XML-signing.

34.

L-Istati Membri jridu jawtorizzaw espliċitament lill-Istati Membri l-oħrajn sabiex jagħmlu rikjesta għal informazzjoni speċifika.

35.

Is-sistema tipprovdi, fil-livell ta’ l-applikazzjoni, politika sħiħa ta’ sigurtà u kriptaġġ kompatibbli mal-livell tas-sigurtà meħtieġ f’tali sitwazzjonijiet. L-esklużività u l-integrità ta’ l-informazzjoni hi ggarantita bl-użu ta’ XML-signing u l-kriptaġġ permezz ta’ SSL-tunnelling.

36.

L-iskambji kollha tal-messaġġi jistgħu jiġu rintraċċati permezz ta’ l-illoggjar.

37.

Hi pprovduta protezzjoni kontra attakki ta’ tħassir (messaġġ jitħassar minn parti terza) u attakki ta’ repetizzjoni (replay) jew inserzjoni (messaġġ jiġi ripetut jew inserit minn parti terza)

38.

Is-sistema tuża ċertifikati ta’ parti terza ta’ fiduċja (Trusted Third Party – TTP).

39.

Is-sistema kapaċi taħdem b’ċertifikati differenti kull Stat Membru, skond it-tip ta’ messaġġ jew servizz.

40.

Il-miżuri tas-sigurtà fil-livell ta’ applikazzjoni huma biżżejjed sabiex jippermettu l-użu ta’ networks mhux akkreditati.

41.

Is-sistema kapaċi tuża tekniki ta’ sigurtà ġodda bħalma hi l-XML firewall.

3.2.6.   Adattabbiltà

Nru

Description

42.

Is-sistema tista’ tiġi estiża b’messaġġi ġodda u funzjonalità ġdida. L-ispejjeż ta’ l-adattamenti huma minimi. Dan hu dovut għall-iżvilupp ċentralizzat tal-komponenti ta’ l-applikazzjoni.

43.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu tipi ta’ messaġġi ġodda għal użu bilaterali. L-Istati Membri mhux meħtieġa li kollha jappoġġjaw kull tip ta’ messaġġ.

3.2.7.   Appoġġ u Manutenzjoni

Nru

Description

44.

Is-sistema tipprovdi faċilitajiet ta’ monitoraġġ għal uffiċċju ta’ servizz ċentrali u/jew operaturi rigward in-network u s-servers fl-Istati Membri differenti.

45.

Is-sistema tipprovdi faċilitajiet għal appoġġ mill-bogħod minn uffiċċju ta’ servizz ċentrali.

46.

Is-sistema tipprovdi faċilitajiet għall-analiżi tal-problemi.

47.

Is-sistema tista’ titwessa’ għal Stati Membri ġodda.

48.

L-applikazzjoni tista’ faċilment tiġi stallata minn persunal b’minimu ta’ kwalifiki u esperjenza fl-IT. Il-proċedura ta’ l-istallazzjoni għandha tkun kemm jista’ jkun awtomatizzata.

49.

Is-sistema tipprovdi ambjent permanenti ta’ ttestjar u aċċettazzjoni.

50.

L-ispejjeż annwali tal-manutenzjoni u l-appoġġ ġew minimizzati biż-żamma ma’ l-istandards tas-suq u billi l-applikazzjoni nħolqot b’mod li jkun meħtieġ kemm jista’ jkun ftit appoġġ minn uffiċċju ta’ servizz ċentrali.

3.2.8.   Rekwiżiti ta’ Disinn

Nru

Description

51.

Is-sistema hi mfassla u dokumentata għal ħajja operattiva ta’ bosta snin.

52.

Is-sistema tfasslet b’mod sabiex tkun indipendenti mill-fornitur tan-network.

53.

Is-sistema tikkonforma mal-hardware u s-software eżistenti fl-Istati Membri billi tinteraġixxi ma’ dawk is-sistemi ta’ reġistrazzjoni bl-użu ta’ teknoloġija ta’ servizz tal-web standard miftuħ (XML, XSD, SOAP, WSDL, HTTP(s), Web services, WSS, X.509, eċċ.).

3.2.9.   Standards applikabbli

Nru

Description

54.

Is-sistema tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data kif stabbiliti fir-Regolament KE 45/2001 (Artikoli 21, 22 u 23) u d-Direttiva 95/46/KE.

55.

Is-sistema tikkonforma ma’ l-Istandards ta’ l-IDA.

56.

Is-sistema tappoġġja l-UTF8.

KAPITOLU 4: Evalwazzjoni

1.   Proċedura ta’ evalwazzjoni skond l-Artikolu 20 (Tħejjija ta’ Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI)

1.1.   Kwestjonarju

Il-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill għandu jfassal kwestjonarju dwar kull wieħed mill-iskambji tad-data awtomatizzati msemmi fil-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Hekk kif Stat Membru jkun iqis li jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija tad-data rilevanti, huwa għandu jwieġeb għall-kwestjonarju rilevanti.

1.2.   Prova pilota

Bil-ħsieb ta’ l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kwestjonarju, l-Istat Membru li jixtieq jibda jikkondividi d-data għandu jwettaq prova pilota flimkien ma’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrajn li diġà jikkondividu d-data skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Il-prova pilota ssir ftit qabel jew ftit wara ż-żjara ta’ l-evalwazzjoni.

Il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għal din il-prova pilota jiġu identifikati mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill u jkunu bbażati fuq ftehim individwali minn qabel ma’ l-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri li jieħdu sehem fil-prova pilota jiddeċiedu dwar id-dettalji prattiċi.

1.3.   Żjara ta’ evalwazzjoni

Bil-ħsieb ta’ l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kwestjonarju, għandha ssir żjara ta’ evalwazzjoni fl-Istat Membru li jixtieq jibda jikkondividi d-data.

Il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għal din il-prova pilota jiġu identifikati mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill u jkunu bbażati fuq ftehim individwali minn qabel bejn l-Istat Membru konċernat u l-grupp ta’ l-evalwazzjoni. L-Istat Membru konċernat jieħu ħsieb li l-grupp ta’ l-evalwazzjoni jkun jista’ jivverifika l-iskambju awtomatizzat tad-data fil-kategorija jew kategoriji tad-data li ser jiġu evalwati, partikolarment billi jorganizza programm għaż-żjara li jqis it-talbiet tal-grupp ta’ l-evalwazzjoni.

Fi żmien xahar, il-grupp ta’ l-evalwazzjoni jipproduċi rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni u jgħaddih lill-Istat Membru konċernat għall-kummenti tiegħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport jiġi rivedut mill-grupp ta’ l-evalwazzjoni abbażi tal-kummenti ta’ l-Istat Membru.

Il-grupp ta’ l-evalwazzjoni jkun jikkonsisti minn mhux aktar minn 3 esperti, magħżulin mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskambju ta’ data awtomatizzat fil-kategoriji tad-data li jiġu evalwati, li jkollhom esperjenza fil-kategorija tad-data konċernata, ikollhom l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà nazzjonali adatta sabiex jittrattaw dawn il-materji u jkunu lesti jieħdu sehem f’ta’ l-inqas żjara ta’ evalwazzjoni waħda fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni tiġi mistiedna tingħaqad mal-grupp ta’ l-evalwazzjoni bħala osservatur.

Il-membri tal-grupp ta’ l-evalwazzjoni għandhom jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni li jiksbu meta jwettqu l-kompiti tagħhom.

1.4.   Rapport lill-Kunsill

Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sommarju tar-riżultati tal-kwestjonarji, iż-żjara ta’ evalwazzjoni u l-prova pilota, jiġu ppreżentati lill-Kunsill għad-deċiżjoni tiegħu skond l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

2.   Proċedura ta’ evalwazzjoni skond l-Artikolu 21

2.1.   Statistika u rapport

Kull Stat Membru jiġbor statistika dwar ir-riżultati ta’ l-iskambju tad-data awtomatizzat. sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà, il-mudell għall-istatistika jiġi kkompilat mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

Din l-istatistika kull sena tingħadda lis-Segretarjat Ġenerali, li jipproduċi sommarju ta’ perspettiva ġenerali għas-sena li tkun għaddiet, u lill-Kummissjoni.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jintalbu fuq bażi regolari ta’ mhux aktar minn darba fis-sena sabiex jipprovdu aktar tagħrif dwar l-implimentazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja ta’ l-iskambju tad-data awtomatizzat kif meħtieġ sabiex il-proċess jiġi analizzat u jitjieb. Abbażi ta’ dan it-tagħrif, jinħareġ rapport mill-Kunsill.

2.2.   Reviżjoni

Fi żmien raġonevoli, il-Kunsill jeżamina l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni deskritt hawnhekk u jirrivedih kif meħtieġ.

3.    Laqgħat ta’ esperti

Fil-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill, esperti jiltaqgħu regolarment sabiex jorganizzaw u jimplimentaw il-proċeduri ta’ evalwazzjoni msemmijin hawn fuq kif ukoll jiskambjaw l-esperjenzi u jiddiskutu possibbiltajiet ta’ titjib. Fejn ikun applikabbli, ir-riżultati ta’ dawn id-diskussjonijiet bejn l-esperti jiġi inkorporati fir-rapport imsemmi fi 2.1 hawn fuq.


(1)  “Denominati b’mod sħiħ” tfisser li huwa inkluż it-trattament ta’ valuri rari ta’ alleli.

(2)  Din hija l-pożizzjoni kif definita fl-istandard ta’ l-ASCII.

(3)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv

(4)  L-attributi kollha allokati speċifikament mill-Istati Membri huma indikati bl-ittra Y.

(5)  Abbrevjazzjoni armonizzata tad-dokument, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, 29-04-1999

(6)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv

(7)  Abbrevjazzjoni armonizzata tad-dokument, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, 29-04-1999

(8)  Fil-Lussemburgu jintużaw żewġ dokumenti separati ta’ identifikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

(9)  M = użu jew konformità mandatorja O = użu jew konformità fakultattiva