11.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 183/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Ġunju 2008

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polpa ta’ frott imnixxef ta’ bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3046)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/575/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Awwissu 2006 il-kumpanija PhytoTrade Africa għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed polpa ta’ frott imnixxef Baobab fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

(2)

Fit-12 ta’ Lulju 2007 l-entità kompetenti ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport inizjali ta’ l-evalwazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport intlaħqet konklużjoni li l-polpa tal-frott imnixxef Baobab mhux ta’ periklu għall-konsum tal-bniedem fl-użu tal-livelli proposti.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fl-1 ta’ Awwissu 2007.

(4)

Fi ħdan il-perjodu ta’ sittin jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajjmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skond din id-dispożizzjoni. Dawn l-oġġezzjonijiet ma qajmux tħassib dwar is-sikurezza. Madankollu, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(4) tinħtieġ Deċiżjoni tal-Komunità.

(5)

Il-polpa tal-frott imnixxef Baobab tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Almentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-polpa tal-frott imnixxef Baobab kif speċifikat fl-Anness, tista’ titqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel.

Artikolu 2

L-isem ta’ l-ingredjent ġdid ta’ l-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jinsab fihom għandu jkun “polpa tal-frott Baobab”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Phytotrade Africa – London Office, Unit W215, Holywell Centre, 1 Phipp Street, London EC2 A 4PS, United Kingdom.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tal-polpa tal-frott niexef Baobab

Deskrizzjoni

Il-frott Baobab (Adansonia digitata) huwa maħsud mis-siġar. Il-qxur iebes jixxaqqaq u jinfetaħ u l-polpa tiġi separata miż-żerriegħa u l-qoxra. Dan ikun mitħun, ikun separat f’lottijiet fini u ħoxnin (id-daqs tal-partikola 3 sa 600 μ) u wara jitqiegħed fil-boroż.

Il-komponenti nutrizzjonali prinċipali tal-polpa tal-frott imnixxef Baobab

Umdità (telf mat-tnixxif) (g/100 g)

11,1 – 12,0

Proteina (g/100 g)

2,03 – 3,24

Xaħam (g/100 g)

0,4 – 0,7

Irmied (g/100 g)

5,5 – 6,6

Karboidrati totali (g/100 g)

78,3 – 78,9

Zokkor totali (bħala glukosju)

16,9 – 25,3

Sodju (mg/100 g)

7,42 – 12,2


Speċifikazzjonijiet analitiċi

Materja barranija

Mhux aktar minn 0,2 %

Umdità (telf mat-tnixxif) (g/100 g)

11,1 – 12

Irmied (g/100 g)

5,5 – 6,6