19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini li jirrelataw ma’ rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programm ta’ qerda ppreżentat minn ċerti Stati Membri

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1004)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/233/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali bovini u tal-ħnieżer (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru, li għandu programm ta’ kontroll obbligatorju għal wieħed mill-mard li jittieħed li huwa elenkat fl-Anness E (II) ta’ dik id-Direttiva, jista’ jressaq il-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu jistipula wkoll id-definizzjoni ta’ garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-kummerċ intra-Komunitarju.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tal-garanziji addizzjonali tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini relatati mar-rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda mressqa minn ċerti Stati Membri (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda ta’ l-infezzjoni tal-herpesvirus bovin tip 1 (“BHV1”) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni għar-reġjuni elenkati f’dak l-Anness, u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali għall-BHV1 bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka issa ressqet il-programm bl-għan li tinqered l-infezzjoni BHV1 fit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru. Dan il-programm jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Dak il-programm jistipula wkoll regoli għall-ispostament nazzjonali ta’ annimali bovini li huma ekwivalenti għal dawk implementati qabel f’ċerti Stati Membri jew reġjuni tagħhom, li kellhom suċċess f’dik li hija l-qerda tal-marda f’dawk l-Istati Membri jew reġjuni.

(4)

Il-programm imressaq mir-Repubblika Ċeka u l-garanziji addizzjonali ppreżentati bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE, għandhom jiġu approvati.

(5)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandu għalhekk jiġi emendat.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/584/KE (ĠU L 219, 24.8.2007, p. 37).


ANNESS

“L-ANNESS I

Stati Membri

Reġjuni ta’ l-Istati Membri li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis infettiva bovina bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha għajr għar-Regierungsbezirke Oberpfalz u Oberfranken fl-istat federali tal-Bavaria.

L-Italja

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Friuli Venezia Giulia.

Il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento”