20.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 335/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1518/2007
tad-19 ta’ Diċembru 2007
li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-vermut
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/1993 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1), b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Arġentina f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidla ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, fl-ambitu tal-proċess ta’ l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea (2), approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/930/KE (3) li tipprevedi l-ftuħ ta’ kwota tariffarja erga omnes għall-vermut. Din il-kwota trid tkun miftuħa. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (4) jistipula r-regoli amministrattivi applikabbli għall-kwoti tariffarji maħsuba biex jintużaw fl-ordni kronoloġiku tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali. Jeħtieġ li jkun previst li l-kwota tariffarja miftuħa permezz ta’ dan ir-Regolament titmexxa skond dawn ir-regoli. |
(3) |
Skond l-impenji tal-Komunità taħt il-ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ l-Ittri, għandha ssir dispożizzjoni li dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kwota tariffarja annwali (numru ta’ referenza 09.0098) ta’ 13 810 hl (erga omnes) hija miftuħa għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-vermut u nbejjed oħra magħmula mill-għeneb frisk imħawra bi pjanti jew sustanzi aromatiċi f’kontenituri li jaqbżu ż-2 litri u li għandhom saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-18 % vol, tas-subintestatura 2205 90 10, f’rata ta’ kwota ta’ 7 EUR/hl.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja annwali msemmija fl-Artikolu 1 hija amministrata mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 92.
(3) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 91.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).