19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 333/62


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1504/2007

tat-18 ta’ Diċembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imdaħħla matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 ta' l-10 ta' Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 806/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 806/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sal-30 ta' Ġunju 2008, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 181, 11.7.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Nru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.1.2008-31.3.2008

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(kg)

G2

09.4038

 (2)

7 045 625

G3

09.4039

 (2)

2 813 000

G4

09.4071

 (1)

2 251 500

G5

09.4072

 (1)

4 620 750

G6

09.4073

 (1)

11 300 250

G7

09.4074

 (2)

3 562 706


(1)  Bla applikazzjoni: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Bla applikazzjoni: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.