11.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 325/66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1452/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma’ fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna nru 2, minħabba fir-raġunijiet imniżżla fil-kolonna nru 3 ta’ dik l-iskeda.

(4)

Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.

Artikolu 2

Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhix skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Tornikett (slewing ring), magħmul minn żewġ ċrieki konċentriċi ta' azzar mikwi fil-forġa, li wieħed minnhom għandu s-snien maqtugħin fih.

Iċ-ċrieki jistgħu jduru meta separati b’ringieli ta' bolberings ta' l-azzar jippermettu liċ-ċrieki li jduru

Iċ-ċirku ta’ azzar bis-snien jipprovdi trasferiment tar-rotazzjoni tat-torque.

Dan il-prodott huwa ddisinjat biex ikun inkorporat f'gaffa.

8483 90 89

Il-Klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 (a) għal Taqsima XVI u l-kliem tal-kodiċi NM 8483 , 8483 90 u 8483 90 89 .

Peress li t-tornikett, meta tikkunsidra l-funzjoni tiegħu, jippartjeni għal prodotti inklużi f’titlu ta’ Kapitlu 84, klassifikazzjoni f’titlu 8431 bħala parti minn gaffa hija eskluża.

M’għandux ikun ikkunsidrat bħala “ger jew settijiet ta’ gerijiet” ta’ subtitlu 8483 40 għaliex hu jikkonsisti f’ċirku wieħed bis-snien.

It-tidwir (slewing), li jsir permezz tas-snien, jiddetermina l-funzjoni tal-prodott u għalhekk, it-tornikett għandu jkun ikklassifikat bħala element tat-trasmissjoni, ippreżentat separatament f’subtitlu 8483 90 89 .

2.

Vettura bi tliet roti, hekk imsejħa “Trike”, b’magna li taqbad bi xrara bil-pistuni b'kombustjoni interna bil-moviment alternat, ta' ċilindrata ta’ 1 584 ċċ.

Il-vettura ma għandhiex qafas u hija ddisinjata biex iġġorr żewġ persuni.

Hija mgħammra b'manubriju u b'mekkaniżmu li jidderieġi bħal dak tal-muturi.

Il-vettura hija mgħammra wkoll b'gerboks li għandha erba' gerijiet ta' trasmissjoni 'l quddiem, ger ta' trasmissjoni lura, u differenxjal.

8703 23 19

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 8703 , 8703 23 u 8703 23 19 .

Għalkemm il-vettura hija misjuqa permezz ta’ manubriju u għandha d-dehra ta' mutur hi ma tistax titqies bħala mutur ta’ titlu 8711 , minħabba l-preżenza tal-ger ta’ trasmissjoni lura u d-differenxjal.

Għalhekk, il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala vettura bil-mutur ta' għamla aktar sempliċi, iddisinjata għat-trasport tal-persuni, ta’ titlu 8703 . (Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8703 , it-tieni paragrafu).