6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1435/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-aringi fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku [titlu mhux uffiċjali] (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet taż-żona III d ta' l-ICES fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku mill-20 ta’ April 2007.

(3)

Fil-16 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 546/2007 (4) li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żona III d ta' l-ICES fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja jew li huma rreġistrati fil-Ġermanja, b'effett mill-istess data.

(4)

Skond l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi, għad hemm disponibbli kwantità ta' aringi fil-kwota Ġermaniża fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku. Għalhekk, għandu jiġu awtorizzat is-sajd għall-aringi f'dawn l-ilmijiet minn bastimenti jtajru l-bandiera tal-Ġermanja jew li huma rreġistrati fil-Ġermanja.

(5)

Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-19 ta’ Novembru 2007, biex il-kwantità ta' aringi kkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem din is-sena.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2007 għandu jiġi revokat b'effett mit-19 ta’ Novembru 2007.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2007 huwa b'dan irrevokat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-19 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

(4)  ĠU L 129, 17.5.2007, p. 23.


ANNESS

Nru

83 – Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HER/3D-R31

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku

Data

19.11.2007