8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 290/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1304/2007
tas-7 ta’ Novembru 2007
li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98, ir-Regolamenti (KE) Nru 91/2003 u (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta’ NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika għall-merkanzija ttrasportata b’ċerti mezzi ta’ trasport
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar prospetti ta’ l-istatistika fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (1), u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond id-Direttiva 95/64/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 u r-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-klassifikazzjoni standard tal-merkanzija għall-istatistika tat-trasport (NST/R) għandha tintuża biex tikklassifika l-merkanzija trasportata, rispettivament fl-istatistika tat-trasport marittimu, l-istatistika tal-ġarr ta’ trasport fl-art u fl-istatistika tat-trasport bil-ferrovija. |
(2) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006, jew NST/R jew NST 2000 rev. 2 għandhom jintużaw fil-klassifikazzjoni tal-merkanzija ttrasportata fl-istatistika tal-passaġġi fuq l-ilma interni. |
(3) |
F’Ġunju 2007, ġiet adottata verżjoni ġdida ta’ NST 2000 (NST 2007) mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) għar-raġunijiet ta’ konsistenza bl-NACE riveduta (Klassifikazzjoni ta’ l-Istatistika ta’ Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea). |
(4) |
Sabiex tkun disponibbli kopertura kumparabbli ta’ l-istatistika tal-merkanzija ttrasportata fil-modi kkonċernati kollha tat-trasport, huwa meħtieġ li tiġi adottata l-NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika tal-merkanzija ttrasportata fil-modi kkonċernati kollha tat-trasport; dan għandu japplika kemm għall-Istati Membri meta jiġbru data nazzjonali kif ukoll għall-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna t-tixrid ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija ttrasportata. |
(5) |
Id-Direttiva 95/64/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1172/98, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003, u r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 għandhom għalhekk jinbidlu kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għad-Direttiva 95/64/KE
L-Anness III tad-Direttiva 95/64/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1172/98
L-Anness D tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 91/2003
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006
L-Anness F tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Livell ta’ dettall fl-Istatistika Komunitarja
L-ewwel livell tal-klassifikazzjoni NST 2007 (l-20 Diviżjoni) għandu jintuża għall-klassifikazzjoni tat-tip ta’ merkanzija.
Artikolu 6
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena ta’ referenza 2008, li tkopri d-data ta’ l-2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/366/KE (ĠU L 123, 17.5.2005, p. 1)
(2) ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(3) ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 13).
(4) ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2007 (ĠU L 103, 20.4.2007, p. 26).
(5) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
ANNESS
NST 2007
Diviżjoni |
Deskrizzjoni |
01 |
Prodotti ta’ l-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd |
02 |
Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali |
03 |
Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju |
04 |
Prodotti ta’ l-ikel, xorb u tabakk |
05 |
Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda |
06 |
Injam u prodotti ta’ l-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta’ l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat |
07 |
Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
08 |
Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari |
09 |
Prodotti oħra minerali li m’humiex metalliċi |
10 |
Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir |
11 |
Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta’ l-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi; arloġġi |
12 |
Tagħmir ta’ trasport |
13 |
Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c. |
14 |
Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta’ skart |
15 |
Posta, pakketti postali |
16 |
Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija |
17 |
Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c. |
18 |
Merkanzija raggruppata: taħlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien |
19 |
Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16. |
20 |
Merkanzija oħra n.e.c. |