20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 277/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2007

tas-17 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberly Process għall-kummerċ internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma, (1) kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1038/2007, (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jipprovdi għal lista ta’ l-awtoritajiet tal-Komunità li għandha tinżamm mill-Kummissjoni fl-Anness III;

(2)

Il-Bulgarija nnominat awtorità tal-Komunità u informat lill-Kummissjoni biha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li ġew ipprovduti biżżejjed provi li din l-awtorità tista’ taqdi l-kompiti tagħha stabbiliti mill-Kapitoli II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 b’mod affidabbli, fil-ħin, effettiv u adegwat.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat nominat fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002,

(4)

L-Anness III għandu jiġi hekk emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.

(2)  ĠU L 238, 11.9.2007, p. 23.


ANNESS

“L-ANNESS III

Lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Dienst Vergunningen/Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Service Licence,

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. (32-3) 206 94 70

Fax (32-3) 206 94 90

E-mail: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:

The Diamond Office

Hovenierstraat 22

B-2018 Antwerpen

IL-BULGARIJA

Ministry of Finance

External Finance Directorate

102, G. Rakovski str.

Sofia, 1040

Bulgaria

Tel. (359-2) 98 59 24 01/98 59 24 10/98 59 24 15

Fax (359-2) 98 12 498

E-mail: extfin@minfin.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 38 59, cell (420-737) 213 793

Fax (420-2) 61 33 38 70

E-mail: diamond@cs.mfcr.cz

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta’ ċertifikati Komunitarji, jsiru biss fl-awtorità li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraße 197

D-55743 Idar-Oberstein

Tel.: (49-6781) 56 27-0

Fax: (49-6781) 56 27-19

E-mail: poststelle@zabir.bfinv.de

Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-obbligi ta’ rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja għandha taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:

Oberfinanzdirektion Koblenz

Zoll- und Verbrauchsteuerabteilung

Vorort Außenwirtschaftsrecht

Postfach 10 07 64

D-67407 Neustadt/Weinstraße

Tel. (49-6321) 89 43 49

Fax (49-6321) 89 48 50

E-mail: diamond.cert@ofdko-nw.bfinv.de

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

Direcția Metale Prețioase și Pietre Prețioase

Strada Georges Clemenceau nr. 5, sectorul 1

București, România

Cod poștal 010295

Tel. (40-21) 3184635, 3129890, 3121275

Fax (40-21) 3184635, 3143462

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Global Business Group

Room W 3.111.B

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

London SW1A 2AH

Tel. (44-207) 008 6903

Fax (44-207) 008 3905

E-mail: GDO@gtnet.gov.uk”