19.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1222/2007

tat-18 ta’ Ottubru 2007

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

(3)

Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

(4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1094/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 17).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodici NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati

104,2

0

01

104,6

0

02

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

126,6

0

01

109,5

3

02

143,2

0

03

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

214,1

18

01

263,8

11

02

351,3

0

03

0207 14 60

Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

111,1

10

01

149,0

0

03

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

322,5

0

01

398,5

0

03

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

229,3

17

01


(1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

01

Il-Brażil

02

L-Arġentina

03

Iċ-Ċilì.”