18.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 274/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1213/2007
tas-17 ta’ Ottubru 2007
li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2007/08, l-ammont ta' għajnuna allokata lill-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru wara li jkun inqabeż il-limitu ta' l-ipproċessar f'ċerti Stati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 jistabbilixxi limitu għall-ipproċessar fil-Komunità għal ċertu frott taċ-ċitru, imqassma fost l-Istati Membri skond l-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 jipprovdi li meta dan il-limitu jinqabeż l-ammonti ta' għajnuna murija fl-Anness I ta' dak ir-Regolament jitnaqqsu f'kull Stat Membru li fih ikun inqabeż il-limitu ta' l-ipproċessar korrispondenti. Il-qbiż tal-limitu ta' l-ipproċessar huwa stmat fuq il-bażi tal-kwantitajiet medji pproċessati taħt l-iskema ta' l-għajnuna matul it-tliet snin tas-suq ta' qabel is-sena tas-suq li għaliha tkun trid tiġi ffissata l-għajnuna, jew matul perjodu ekwivalenti. |
(3) |
L-Istati Membri kkomunikaw il-kwantitajiet ta' larinġ ipproċessat taħt l-iskema ta' l-għajnuna skond l-Artikolu 39(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2202/96. Skond din l-informazzjoni, ġie stabbilit li l-limitu ta' l-ipproċessar tal-Komunità inqabeż b'376 023 tunnellata. Fil-kuntest ta’ dan l-eċċess, irriżulta li l-Italja, il-Greċja u l-Portugall qabżu l-limiti tagħhom. Għaldaqstant, l-ammonti ta' għajnuna għal-larinġ, indikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għas-sena tas-suq 2007/2008 għandhom jitnaqqsu b'55,91 % fl-Italja, bi 8,34 % fil-Greċja, u b'52,88 % fil-Portugall. |
(4) |
L-Istati Membri ikkomunikaw il-kwantitajiet ta' frott taċ-ċitru żgħir ipproċessat taħt l-iskema ta' l-għajnuna skond l-Artikolu 39(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003. Skond din l-informazzjoni, ġie stabbilit li l-limitu ta' l-ipproċessar tal-Komunità inqabeż b'104 734 tunnellata. Fil-kuntest ta' dan l-eċċess, irriżulta li l-Italja, Spanja, il-Portugall u Ċipru qabżu l-limiti tagħhom. Għaldaqstant, l-ammonti ta' għajnuna għall-mandolin, il-klementini u s-satsumas, indikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għas-sena tas-suq 2007/2008 għandhom jitnaqqsu b'62,30 % għall-Italja, bi 12 % għal Spanja għall-frott taċ-ċitru maħsuba għall-għasir, b'80,66 % għall-Portugall u b'53,27 għaċ-Ċipru. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
F'dak li jirrigwarda l-Italja, il-Greċja u l-Portugall, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jingħataw taħt ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għall-larinġ maħsub għall-ipproċessar, għandhom ikunu kif indikat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
F'dak li jirrigwarda l-Italja, Spanja, il-Portugall u Ċipru, u għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jingħataw taħt ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għall-mandolin, klementini u satsumas maħsuba għall-ipproċessar, għandhom ikunu kif indikat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mit-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.
ANNESS I
(EUR/100 kg) |
|||
|
Kuntratti Multiannwali |
Kuntratti li jkopru sena waħda tas-suq biss |
Produtturi individwali |
L-Italja |
4,97 |
4,32 |
3,89 |
Il-Greċja |
10,33 |
8,98 |
8,08 |
Il-Portugall |
5,31 |
4,62 |
4,16 |
ANNESS II
(EUR/100 kg) |
|||
|
Kuntratti Multiannwali |
Kuntratti li jkopru sena waħda tas-suq biss |
Produtturi individwali |
L-Italja |
3,95 |
3,43 |
3,09 |
Spanja – Frott taċ-ċitru żgħir maħsub għall-għasir |
9,21 |
8,01 |
7,21 |
Il-Portugall |
2,03 |
1,76 |
1,58 |
Ċipru |
4,89 |
4,25 |
3,83 |