21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1093/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

li jistipula l-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni mressqa fil-kuntest tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 964/2007 għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 (3), għas-sena tas-suq 2007/2008 fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 5 821 tunnellata ta' ross tal-kodiċi NM 1006 espressa bħala ekwivalenti ta' ross imqaxxar u li joriġina mill-pajjiżi l-inqas żviluppati (numru tas-serje 09.4177).

(2)

Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 964/2007, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ddeterminat f'liema miżura jistgħu jinħarġu liċenzji, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 980/2005, mill-kwota għas-sena tas-suq 2007/2008 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 964/2007, imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 iwassal għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba skond koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 21,066830 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 213, 15.8.2007, p. 26.