22.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 217/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 977/2007

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda tuffieħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fuq frott u ħxejjex (2) jipprevedi sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta’ l-Uruguay Round, u abbażi ta’ l-aħħar dejta disponibbli għall-2004, 2005 u 2006, jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda. Tuffieħ.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 għandu jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 589/2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa biss bħala indikattiva. L-ambitu ta’ l-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali hija stabbilita fil-qafas ta’ dan l-Anness, abbażi tal-kodiċijiet NM fis-seħħ fil-mument ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta’ applikazzjoni

Limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali

(f’tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

325 524

78.0020

mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

25 110

78.0065

0707 00 05

Ħjar

mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

3 462

78.0075

mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

7 332

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

5 770

78.0100

0709 90 70

Zukkini (qara’ bagħli żgħir)

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

37 250

78.0110

0805 10 20

Larinġ

mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

271 744

78.0120

0805 20 10

Klementina

mill-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

116 637

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

mill-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

91 359

78.0155

0805 50 10

Lumi

mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

326 811

78.0160

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

61 504

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

70 731

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

882 977

78.0180

mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

78 670

78.0220

0808 20 50

Lanġas

mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

239 427

78.0235

mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

35 716

78.0250

0809 10 00

Berquq

mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju,

14 163

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa

mill-21 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Awwissu

114 530

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

11 980

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

5 806 ”