|
21.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 216/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2007
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
l-emendar ta’ ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 1(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-twaqqif ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata huwa ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tkun modernizzata l-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, sabiex verament tirrifletti r-realtà ekonomika billi tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tibdil strutturali fl-ekonomija. |
|
(2) |
Għal dan l-għan ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 stabbilixxa klassifikazzjoni riveduta ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi, imsejħa NACE Reviżjoni 2 (minn hawn ’il quddiem imsejħa NACE Rev 2). |
|
(3) |
Permezz ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’rabta ma’ l-użu ta’ NACE Rev. 2 f’oqsma varji ta’ l-istatistika. |
|
(4) |
It-twaqqif ta’ klassifikazzjoni riveduta ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi jitlob li jiġu mmodifikati speċifikament ċerti referenzi għal NACE Rev. 1 jew NACE Rev. 1.1, kif ukoll li jiġu emendati għadd ta’ strumenti rilevanti. Għalhekk jeħtieġ li jkunu emendati l-istrumenti li ġejjin: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas-27 ta’ Lulju 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 530/1999 dwar l-istatistika strutturali fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif dwar l-ispiża tax-xogħol (2); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta’ Settembru 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tal-qligħ u ta’ l-ispiża tax-xogħol fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif fuq l-istruttura tal-qligħ (3); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001 tas-7 ta’ Novembru 2001 rigward l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni tad-data għal statistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (4) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi ta’ l-ispiża tax-xogħol (5); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tas-7 ta’ Novembru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja (6); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (7); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ Komunitarju dwar il-produzzjoni industrijali (8); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 (9) tat-13 ta’ Awwissu 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 tal-15 ta’ Marzu 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità li jirrigwarda l-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trasmissjoni tad-data mill-2006 ’l quddiem u l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli strutturali (10); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 ta’ l-24 ta’ Mejju 2005 li jistabbilixxi l-format għat-trasmissjoni ta’ riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart (11). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (12), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1726/1999 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Wara l-Artikolu 2, jiżdied l-Artikolu 2(a) li ġej: “Artikolu 2a Miżuri tranżizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ NACE Rev. 2 L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar l-ispiża tax-xogħol b’referenza għas-sena kalendarja 2008 skond in-NACE Rev. 2 u kif ukoll in-NACE Rev. 1.1, fejn dan ta’ l-aħħar huwa obbligatorju biss għat-Tabella A u fil-livell tat-taqsima tan-NACE Rev. 1.1.” |
|
(2) |
L-Anness II u l-Anness III huma emendati skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000 huwa emendati skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Fir-Regolament (KE) Nru 2163/2001 it-terminu “NACE Reviżjoni 1” jinbidel b’“NACE Rev. 2” fl-Anness.
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
In-“NACE Rev. 1” jinbidel bin-“NACE Rev. 2” tul it-test u l-Annessi kollha. |
|
(2) |
“It-Taqsimiet L, M, N u O” jinbidlu bit-“Taqsimiet O sa S” fl-Artikolu 4 u fl-Anness IV. |
|
(3) |
“It-Taqsimiet Ċ sa K” jinbidlu bit-“Taqsimiet B sa N” fl-Anness IV. |
Artikolu 5
Fir-Regolament (KE) Nru 1983/2003, in-“NACE Rev. 1.1” jinbidel bin-“NACE Rev. 2” u r-“Rev. 1.1” jinbidel bir-“Rev.2” fin-nota Nru 22 f’qiegħ il-paġna ta’ l-Anness.
Artikolu 6
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 huwa emendat skond l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 912/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-qasam kopert bl-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandu jiġi identifikat b’referenza għall-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ u għall-unità ta’ l-osservazzjoni. Il-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ tal-perjodu ta’ referenza għandha tikkonsisti f’intrapriżi li l-attività prinċipali tagħhom jew waħda mill-attivitajiet sekondarji tagħhom hija mniżżla fit-taqsimiet B jew Ċ tal-klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2), stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). L-unità ta’ l-osservazzjoni għandha tkun l-intrapriża kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema tal-produzzjoni fil-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data billi jużaw unità oħra ta’ l-istatistika bħala unità ta’ l-osservazzjoni sakemm huma jittrasmettu d-data ta’ l-intrapriża lill-Eurostat. |
|
(2) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 L-obbligu ta’ l-Istati Membri li jadottaw metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jiffaċilitaw il-ġbir ta’ data minn unitajiet li jirrappreżentaw mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tan-NACE imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandha tiġi implimentata bħala adozzjoni mill-Istati Membri ta’ metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jippermettu l-ġbir ta’ data, li tirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tat-taqsimiet B u Ċ tan-NACE Rev. 2.” |
Artikolu 8
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 1450/2004 huwa emendat skond l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Fir-Regolament (KE) Nru 430/2005 t-terminu “NACE Rev. 1.1” jinbidel b’“NACE Rev. 2” tul l-Anness II kollu.
Artikolu 10
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 782/2005 huwa emendat skond l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2008, minbarra l-Artikolu 4 li se japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 28. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1737/2005. (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 11).
(3) ĠU L 229, 9.9.2000. p. 3 Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1738/2005. (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32).
(4) ĠU L 291, 8.11.2001, p. 13.
(5) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 224/2007 (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 23.).
(6) ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34.
(7) ĠU L 118, 23.4.2004, p. 23.
(8) ĠU L 163, 30.4.2004, p. 71.
(9) ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32.
(10) ĠU L 71, 17.3.2005, p. 36.
ANNESS I
L-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1737/2005, huma emendati kif ġejjin:
|
(1) |
It-terminu “NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “NACE Rev. 2” tul it-test kollu. |
|
(2) |
It-terminu “Taqsimiet C-K u M-O ta’ NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “Taqsimiet B-N u P-S ta’ NACE Rev. 2”. |
|
(3) |
It-terminu “Taqsima L ta’ NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “Taqsima O ta’ NACE Rev. 2”. |
|
(4) |
It-terminu “NACE Rev. 1.1, 74.50” jinbidel bin-“NACE Rev. 2, 78.20” tul it-test kollu. |
ANNESS II
L-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1738/2005, huma emendati kif ġej:
|
(1) |
It-terminu “NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “NACE Rev. 2” tul it-test kollu. |
|
(2) |
Fl-Anness II, it-terminu “Taqsimiet C sa K u M sa O” jinbidel b’ “Taqsimiet B sa N u P sa S” tul it-test kollu. |
|
(3) |
Fl-Anness II, it-terminu “Taqsima L” jinbidel b’ “Taqsima O” tul it-test kollu. |
|
(4) |
Fl-Anness II, it-terminu “NACE Rev. 1.1, 74.50” jinbidel bin-“NACE Rev. 2, 78.20”. |
ANNESS III
It-Taqsima 1 ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-terminu “NACE” jinbidel b’ “NACE Rev. 2” tul it-test kollu. |
|
(2) |
Il-paragrafu 5.11 għandu jinbidel b’ dan li ġej: “Ir-riżultati ta’ l-istatistika skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) għandhom jitqassmu wieħed wieħed fid-diviżjonijiet, fil-gruppi, fil-klassijiet u fl-aggregati tan-NACE Rev. 2 li ġejjin: ‘01, 02, 03’, ‘05, 06, 07, 08, 09’, ‘10 sa 33’, ‘10, 11, 12’, ‘10, 11’, ‘12’, ‘13, 14, 15’, ‘13’, ‘14’, ‘15’, ‘16, 17, 18’, ‘16’, ‘17’, ‘18’, ‘19’, ‘20’, ‘21’, ‘22’, ‘23’, ‘24’, ‘25, 26, 27, 28, 29, 30’, ‘25’, ‘25.40’, ‘26’, ‘26.1’, ‘26.2’, ‘26.3’, ‘26.4’, ‘26.5’, ‘26.6’, ‘26.7’, ‘27’, ‘28’, ‘29’, ‘30’, ‘30.1’, ‘30.2’, ‘30.3’, ‘30.4’, ‘31’, ‘32’, ‘32.50’, ‘33’, ‘35, 36’, ‘37, 38, 39’, ‘41, 42, 43’, ‘45, 46, 47’, ‘49, 50, 51, 52, 53’, ‘55, 56’, ‘58, 59, 60, 61, 62, 63’, ‘61’, ‘62’, ‘63’, ‘64, 65, 66’, ‘68’, ‘69, 70, 71, 72, 73, 74, 75’, ‘72’, ‘77, 78, 79, 80, 81, 82’, ‘84, 85’, ‘86’, ‘87, 88’, ‘90, 91, 92, 93’, ‘94, 95, 96, 97, 98, 99’, ‘01 sa 99’.” |
ANNESS IV
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1450/2004 huwa emendat kif ġej.
|
(1) |
It-taqsima 2 tinbidel b’ dan li ġej: “Bħala minimu, l-intrapriżi fit-taqsimiet B, C, D, E, H, K tan-NACE Rev. 2 u fid-diviżjonijiet 46, 58, 61, 62, 63 u 71 tan-NACE Rev. 2 għandhom ikunu koperti.” |
|
(2) |
It-taqsima 5 paragrafu 1 tinbidel b’ dan li ġej: “Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell tat-taqsima u bil-klassijiet tad-daqs ta’ l-impjieg li ġejjin: 10-49 impjegat, 50-249 impjegat, aktar minn 249 impjegat.” |
|
(3) |
It-taqsima 5 paragrafu 2 tinbidel b’ dan li ġej: “Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell ta’ diviżjoni.” |
ANNESS V
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 li jistabbilixxi l-format għat-trasmissjoni ta’ riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart huwa emendat kif ġej:
Il-lista Ċ għandha tinbidel b’dan li ġej:
“Lista Ċ – Numru ta’ l-attività
|
Numru ta’ l-attività |
Kodiċi NACE Rev. 2 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
Diviżjoni 01 |
Produzzjoni tal-ħxejjex u ta’ l-annimali, attivitajiet ta’ kaċċa u ta’ servizzi relatati |
|
Diviżjoni 02 |
Forestrija u qtugħ ta’ siġar għall-injam |
|
|
2 |
Diviżjoni 03 |
Sajd u akkwakultura |
|
3 |
Taqsima B |
Tħaffir għall-minerali u xogħol tal-barrieri |
|
4 |
Diviżjoni 10 |
Manifattura ta’ prodotti ta’ l-ikel |
|
Diviżjoni 11 |
Manifattura ta’ xarbiet |
|
|
Diviżjoni 12 |
Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk |
|
|
5 |
Diviżjoni 13 |
Manifattura ta’ tessuti |
|
Diviżjoni 14 |
Manifattura ta’ affarijiet li jintlibsu |
|
|
Diviżjoni 15 |
Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati |
|
|
6 |
Diviżjoni 16 |
Manifattura ta’ injam u prodotti ta’ l-injam u s-sufra, għajr għamara; Manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar |
|
7 |
Diviżjoni 17 |
Manifattura ta’ karta u prodotti tal-karta |
|
Diviżjoni 18 |
Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata |
|
|
8 |
Diviżjoni 19 |
Manifattura ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
|
9 |
Diviżjoni 20 |
Manifattura ta’ kimiċi u prodotti kimiċi |
|
Diviżjoni 21 |
Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi |
|
|
Diviżjoni 22 |
Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik |
|
|
10 |
Diviżjoni 23 |
Il-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra |
|
11 |
Diviżjoni 24 |
Manifattura ta’ metalli bażiċi |
|
Diviżjoni 25 |
Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir |
|
|
12 |
Diviżjoni 26 |
Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi |
|
Diviżjoni 27 |
Manifattura ta’ tagħmir elettriku |
|
|
Diviżjoni 28 |
Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c. |
|
|
Diviżjoni 29 |
Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers |
|
|
Diviżjoni 30 |
Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport |
|
|
13 |
Diviżjoni 31 |
Manifattura ta’ għamara |
|
Diviżjoni 32 |
Manifattura oħra |
|
|
Diviżjoni 33 |
Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir |
|
|
14 |
Taqsima D |
Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata |
|
15 |
Diviżjoni 36 |
Ġbir, trattament u provvista ta’ l-ilma |
|
Diviżjoni 37 |
Drenaġġ |
|
|
Diviżjoni 39 |
Attivitajiet ta’ rimedjazzjoni u servizzi oħra ta’ ġestjoni ta’ skart |
|
|
16 |
Diviżjoni 38 |
Attivitajiet ta’ ġbir u trattament ta’ l-iskart u disponiment minnu irkupru ta’ materjal |
|
17 |
Taqsima F |
Kostruzzjoni |
|
18 |
|
Attivitajiet ta’ servizz: |
|
Taqsima G, għajr 46.77 |
Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
|
Taqsima H |
Trasport u ħażna |
|
|
Taqsima I |
Akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizz ta’ l-ikel |
|
|
Taqsima J |
Tagħrif u komunikazzjoni |
|
|
Taqsima K |
Attivitajiet finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni |
|
|
Taqsima L |
Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli |
|
|
Taqsima M |
Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi |
|
|
Taqsima N |
Attivitajiet amministrattivi u ta’ servizz ta’ sostenn |
|
|
Taqsima O |
Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja |
|
|
Taqsima P |
Edukazzjoni |
|
|
Taqsima Q |
Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali |
|
|
Taqsima R |
Arti, divertiment u rikreazzjoni |
|
|
Taqsima S |
Attivitajiet ta’ servizz oħrajn |
|
|
Taqsima T |
Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati minn unitajiet domestiċi għall-użu tagħhom individwali |
|
|
Taqsima U |
Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
|
|
19 |
Klassi 46.77 |
Bejgħ bl-ingrossa ta’ skart u ruttam |
|
20 |
|
Skart iġġenerat mid-djar (Din m’hijiex kategorija tan-NACE) |
|
TA |
Total |
Total” |