27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 892/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skond il-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ importazzjoni għall-prodotti agrikoli mħaddma b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u partikolament l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta’ l-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u r-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta’ l-oriġini u mqassma f’diversi perjodi sekondarji skond l-Anness IX tar-Regolament.

(2)

Lulju huwa t-tielet perjodu sekondarju għall-kwota stabbilita f’Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, u t-tieni perjodu sekondarju għall-kwoti stabbiliti f’Artikolu 1(1)(b), (ċ) u (d),

(3)

In-notifiki preżentati skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 juru li, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4154, 09.4116 u 09.4166, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament l-applikazzjonijiet magħmula fl-ewwel 10 ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2007 jkopru kwantità akbar minn dawk disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jrid jiġi applikat lill-kwantitajiet mitluba skond il-kwoti konċernati.

(4)

Minn notifiki huwa ukoll ċar li, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4149, 09.4150, 09.4152 u 09.4153 l-applikazzjonijiet magħmula fl-ewwel 10 ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ikopru kwantità anqas minn [jew daqs ta’] dawk disponibbli.

(5)

Il-kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skond il-kwoti bin-numru tas-serje 09.4154, 09.4116 u 09.4166 kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 magħmulin fl-ewwel 10 ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2007, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli skond il-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għall-perjodu sekondarju li jmiss huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropeja

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007 u l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi skond ir-Regolament (KE) Nru 327/98:

(a)   Kwota ta’ ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta’ Settembru 2007

(kg)

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

09.4127

 (2)

19 578 285

It-Tajlandja

09.4128

 (2)

1 233 332

L-Awstralja

09.4129

 (2)

305 500

Oriġini oħrajn

09.4130

 (3)

7 319


(b)   Kwota ta’ ross bil-qoxra li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 20 , prevista fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta’ Ottubru 2007

(kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (3)

60 728


(ċ)   Kwota ta’ ross miksur li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

It-Tajlandja

09.4149

 (2)

L-Awstralja

09.4150

 (1)

Il-Guyana

09.4152

 (1)

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

09.4153

 (2)

Oriġini oħrajn

09.4154

1,809392  %


(d)   Kwota ta’ ross mitħun kollu jew nofsu mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta’ Settembru 2007

(kg)

It-Tajlandja

09.4112

 (3)

7 344

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

09.4116

3,329173  %

0

L-Indja

09.4117

 (3)

36 522

Il-Pakistan

09.4118

 (3)

4 521

Oriġini oħrajn

09.4119

 (3)

58 099

Il-pajjiżi kollha

09.4166

1,218315  %

0


(1)  L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-ebda applikazzjonijiet ta’ liċenzji ma ġew notifikati lill-Kummissjoni.

(2)  L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-applikazzjonijiet jkopru kwantitajiet anqas minn jew daqs tal-kwantitajiet disponibbli.

(3)  aktar kwantità disponibbli għal dan il-perjodu sekondarju