30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 762/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali, dqiq, xgħir u barli tal-qamħ jew tas-segala

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2).

(3)

Għad-dqiq, ix-xgħir u l-barli tal-qamħ jew tas-segala, ir-rifużjoni għal dawn il-prodotti għandha tkun ikkalkolata billi titqies il-kwantità ta' ċereali meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati. Dawn il-kwantitajiet ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(4)

Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(5)

Ir-rifużjoni għandha tiġi stabbilita darba fix-xahar. Din tista' tkun modifikata f'dan il-perjodu.

(6)

L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli dettaljati għall-qagħda attwali tas-swieq fiċ-ċereali, u partikolarment għall-kwotazzjonijiet jew għall-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità u fuq is-suq dinji, twassal biex ir-rifużjonijiet ikunu stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, fl-istat naturali tagħhom, tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, għajr għall-malt, huma stabbiliti fl-ammonti mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali, dqiq, xgħir u barli tal-qamħ jew tas-segala

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1001 10 00 9200

EUR/t

1001 10 00 9400

A00

EUR/t

0

1001 90 91 9000

EUR/t

1001 90 99 9000

A00

EUR/t

1002 00 00 9000

A00

EUR/t

0

1003 00 10 9000

EUR/t

1003 00 90 9000

A00

EUR/t

1004 00 00 9200

EUR/t

1004 00 00 9400

A00

EUR/t

0

1005 10 90 9000

EUR/t

1005 90 00 9000

A00

EUR/t

0

1007 00 90 9000

EUR/t

1008 20 00 9000

EUR/t

1101 00 11 9000

EUR/t

1101 00 15 9100

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9130

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9150

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9170

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9180

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9190

EUR/t

1101 00 90 9000

EUR/t

1102 10 00 9500

A00

EUR/t

0

1102 10 00 9700

A00

EUR/t

0

1102 10 00 9900

EUR/t

1103 11 10 9200

A00

EUR/t

0

1103 11 10 9400

A00

EUR/t

0

1103 11 10 9900

EUR/t

1103 11 90 9200

A00

EUR/t

0

1103 11 90 9800

EUR/t

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

C01

:

Il-pajjiżi terzi kollha għajr l-Albanija, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.