30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 756/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u fil-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 32(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (2) jorbot ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 173 sa 176 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Dawk id-dispożizzjonijiet madankollu tneħħew permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 215/2006 tat-8 ta’ Frar 2006 li jemenda r-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (4).

(3)

Fl-interessi taċ-ċertezza legali huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 3223/94 jiġi emendat bit-tibdil meħtieġ sabiex ikompli jopera mingħajr xkiel.

(4)

Il-prezzijiet tal-frott u l-ħaxix jinbidlu malajr, u f'konformità ma’ l-emendi għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, prezzijiet unitarji potenzjalment skaduti m'għandhomx jibqgħu jintużaw fil-qafas tas-sistema tal-prezz tad-dħul.

(5)

Minn meta saru l-modifiki għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 applikati mid-19 ta’ Mejju 2006, fl-interessi taċ-ċertezza legali, dawk l-emendi għandhom japplikaw ukoll minn dik id-data.

(6)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 fih lista ta’ swieq rappreżentattivi. Dik il-lista għandha tkun emendata biex tinkludi s-swieq rappreżentattivi fil-Bulgarija u r-Rumanija.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(2), it-tieni u t-tielet sub-paragrafi jinbidlu b’dan li ġej:

“Għandhom jitnaqqsu bl-ammonti li ġejjin:

(a)

marġini tat-tqegħid fis-suq ta’ 15 % għaċ-ċentri tal-bejgħ ta’ Londra, Milan u Rungis u ta’ 8 % għaċ-ċentri tal-bejgħ l-oħrajn, u

(b)

l-ispejjeż tat-trasport u assigurazzjoni fit-territorju doganali.

Għall-ispejjeż tat-trasport u ta’ l-assigurazzjoni li għandhom jitnaqqsu skond it-tielet subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammonti standard għat-tnaqqis. Dawn l-ammonti standard u l-metodi għal kalkolu tagħhom għandhom jiġu mgħarrfa immedjatament lill-Kummissjoni.”

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala swieq rappreżentattivi:

Il-Belġju u l-Lussemburgu: Brussell,

Il-Bulgarija: Sofija

Ir-Repubblika Ċeka: Praga,

Id-Danimarka: Kopenħagen,

Il-Ġermanja: Hamburg, Munich, Frankfurt, Cologne, Berlin,

L-Estonja: Tallinn,

L-Irlanda: Dublin,

Il-Greċja: Ateni, Thessaloniki,

Spanja: Madrid, Barċellona, Sevilja, Bilbao, Zaragoza, Valencia,

Franza: Pariġi-Rungis, Marsilja, Rouen, Dieppe, Perpignan, Nantes, Bordeaux, Lyon, Toulouse,

L-Italja: Milan,

Ċipru: Nikosija,

Il-Latvja: Riga,

Il-Litwanja: Vilnius,

L-Ungerija: Budapest,

Malta: Ħ'Attard,

L-Olanda: Rotterdam,

L-Awstrija: Vjenna-Inzersdorf,

Il-Polonja: Ozarów Mazowiecki-Bronisze, Poznan,

Il-Portugall: Liżbona, Porto,

Ir-Rumanija: Bukarest, Constanța

Is-Slovenja: Ljubljana,

Is-Slovakkja: Bratislava,

Il-Finlandja: Ħelsinki,

L-Iżvezja: Helsingborg, Stokkolma,

Ir-Renju Unit: Londra.”

(3)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta valur standard jiġi stabbilit għall-prodotti u għall-perjodi ta’ l-applikazzjoni li jidhru fil-Parti A ta’ l-Anness, skond dan ir-Regolament, il-prezz unitarju [ta' unità] fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 152(1)(a)a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma għandux japplika. Dan għandu jinbidel bil-valur standard tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Minkejja l-paragrafu 1, b'effett mill-ewwel jum tal-perjodi ta’ applikazzjoni stipulati fil-Parti A ta’ l-Anness, fejn ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat valur standard ta’ l-importazzjoni, l-ebda valur ta’ l-importazzjoni standard m'għandu jkun applikabbli.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-paragrafi (1), (3) u (4) ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mid-19 ta’ Mejju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11.