14.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 153/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 653/2007

tat-13 Ġunju 2007

dwar l-użu ta’ format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skond id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji ta’ l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà u (Id-Direttiva Sigurtà tal-Ferrovija) (1) b’mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (Ir-Regolament ta’ l-Aġenzija) (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/49/KE fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità tistipula d-dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikati tas-sigurtà ta’ l-impriżi ferrovjarji. L-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva jipprevedi li sabiex impriża ferrovjarja tingħata aċċess għal infrastruttura ferrovjarja, għandu jkollha ċertifikat tas-sigurtà. L-għan taċ-ċertifikat tas-sigurtà hu li juri li l-impriża ferrovjarja tkun waqqfet is-sistema tagħha ta’ l-immaniġġjar tas-sigurtà u li tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabilità, stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Transewropea ta’ veloċità għolja (3), fid-Direttiva 2001/16/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4), u fil-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Komunità, u fir-regoli nazzjonali sabiex jiġu kkontrollati r-riskji u n-netwerk jitħaddem b’sigurtà.

(2)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħinu lill-applikanti li jixtiequ jidħlu fis-suq bħala impriżi ferrovjarji, u b’mod partikolari għandhom jipprovdu l-informazzjoni u jaġixxu malajr għat-talbiet għal ċertifikati tas-sigurtà. Għall-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi internazzjonali hu importanti li l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà jkunu simili fl-Istati Membri differenti; għalhekk il-partijiet komuni taċ-ċertifikat tas-sigurtà għandhom jiġu armonizzati sabiex jipprovdu mudell komuni. Għal dan l-għan l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/49/KE jaħseb għall-armonizzazzjoni taċ-ċertifikati tas-sigurtà. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 jiddikjara li l-Aġenzija għandha tabbozza u tirrakkomanda format armonizzat taċ-ċertifikati tas-sigurtà, inkluża verżjoni elettronika, u format armonizzat għall-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tas-sigurtà, inkluża lista tad-dettalji essenzjali li jridu jiġu pprovduti.

(3)

Skond l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2004/49/KE, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tagħha sat-30 ta’ April 2006. Għalhekk minn din id-data ċ-ċertifikati tas-sigurtà għandhom jinħarġu skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE. Dan iġib miegħu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni bikrija għall-armonizzazzjoni tal-metodu adottat għaċ-ċertifikati tas-sigurtà b’mod li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw metodu armonizzat mill-aktar fis possibbli.

(4)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE jagħmel dispożizzjonijiet sabiex iċ-ċertifikat tas-sigurtà jinkludi żewġ partijiet: parti waħda li tikkonferma l-aċċettazzjoni tas-sistema ta’ l-immaniġġjar tas-sigurtà ta’ l-impriża ferrovjarja li għandha tkun aċċettata fil-Komunità kollha (il-Parti A), u t-tieni parti li tikkonferma l-provvedimenti adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti nazzjonali meħtieġa għall-operazzjoni fin-netwerk rilevanti (il-Parti B). L-applikazzjoni u l-linji gwida armonizzati għaċ-ċertifikati tas-sigurtà li jinsabu f’dan ir-Regolament jipprovdu gwida lill-impriżi ferrovjarji u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà dwar x’għandu jkun fiha l-applikazzjoni għal kull parti taċ-ċertifikat tas-sigurtà.

(5)

Skond l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2004/49/KE l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar iċ-ċertifikati tas-sigurtà maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(2)(a) ta’ l-istess Direttiva (Ċertifikati tal-Parti A). Madankollu, skond l-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) tagħha Nru 881/2004, l-Aġenzija għandha żżomm database pubblika taċ-ċertifikati kollha tas-sigurtà maħruġa skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE. Dan l-obbligu jitlob li l-Aġenzija tippubblika ċ-Ċertifikati kemm tal-Parti A u kemm tal-Parti B. Għalhekk f’konformità ma’ l-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija biċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-Parti B maħruġa skond l-Artikolu 10(2)(b) tad-Direttiva 2004/49/KE, kif ukoll biċ-ċertifikati tal-Parti A.

(6)

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà jistgħu jinfurmaw lill-Aġenzija dwar il-ħruġ, it-tiġdid, it-tibdil jew ir-revoka taċ-ċertifikati tas-sigurtà permezz ta’ tliet metodi ewlenin: bl-użu ta’ l-għodod fuq is-sitweb ta’ l-Aġenzija, billi jissottomettu fajl elettroniku taċ-ċertifikat tas-sigurtà, jew billi jipprovdu facsimile taċ-ċertifikat tas-sigurtà. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-format standard u jiġi żgurat l-użu ta’ l-aħħar verżjoni tal-formoli, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà jużaw il-format elettroniku fuq is-sitweb ta’ l-Aġenzija jew iniżżlu l-fajl elettroniku jew id-dokumenti master mill-istess sitweb. L-użu tal-verżjoni elettronika tas-sitweb huwa ferm rakkomandat, għaliex jippermetti l-issejvjar dirett tad-dokument fid-database ta’ l-Aġenzija. Hija rrakkomandata wkoll is-sottomissjoni ta’ fajl elettroniku, billi dan jippermetti lill-Aġenzija tissejvja d-dokument bħala fajl kodifikat, li jista’ jintbagħat direttament fid-database tas-sigurtà ta’ l-Aġenzija.

(7)

Kull ċertifikat tas-sigurtà maħruġ mill-Istati Membri għandu jingħata numru uniku; dan in-numru għandu jiffaċilita wkoll il-metodu li bih iċ-ċertifikat tas-sigurtà jiġi rreġistrat fid-database pubblika mwaqqfa mill-Aġenzija.

(8)

Sabiex jiġu evitati piżijiet finanzjarji u amministrattivi bla bżonn, jeħtieġ li jkun iċċarat illi l-impriżi ferrovjarji li jkunu kisbu ċertifikat tas-sigurtà skond id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (5), ma jkunux obbligati li japplikaw għal ċertifikat ġdid tas-sigurtà sa l-1 ta’ Jannar 2011. Iċ-Ċertifikati eżistenti tas-sigurtà jibqgħu jgħoddu sakemm il-kundizzjonijiet għall-validità tagħhom jibqgħu jiġu ssodisfati; malli xi waħda mill-kundizzjonijiet ma tkunx issodisfata (bħal, per eżempju, skadenza jew bidla fl-ambitu ġeografiku), għandu jintalab ċertifikat tas-sigurtà ġdid. Dan m’għandux jeskludi l-każ fejn impriża ferrovjarja, li diġà jkollha ċertifikat maħruġ skond id-Direttiva 2001/14/KE, tista’ titlob ċertifikat fil-format il-ġdid armonizzat. Din il-kwestjoni tressqet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati tas-sigurtà maħruġa skond l-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE (Ċertifikat tal-Parti A) għandhom jużaw il-format standard stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Dan il-format għandu jintuża kull darba li Ċertifikat tal-Parti A jinħareġ, jiġġedded, jiġi aġġornat, emendat jew revokat.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikati tas-sigurtà maħruġa skond l-Artikolu 10(2)(b) tad-Direttiva 2004/49/KE (Ċertifikat Parti B) għandhom jużaw il-format standard stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Dan il-format għandu jintuża kull darba li Ċertifikat tal-Parti B jinħareġ, jiġġedded, jiġi aġġornat, emendat jew revokat.

Artikolu 3

L-applikazzjonijiet għal Ċertifikati tal-Parti A u/jew tal-Parti B sottomessi skond l-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 2004/49/KE għandhom ikunu fil-format standard stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Il-formola ta’ l-applikazzjoni għandha timtela skond il-linji gwida deskritti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kull Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jingħata numru uniku, skond il-protokoll deskritt fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-awtorità tas-sigurtà għandha tinforma lill-Aġenzija dwar il-ħruġ, it-tiġdid, l-emendar u r-revoka taċ-ċertifikati kollha tas-sigurtà tal-Parti A u tal-Parti B maħruġa skond l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE.

Artikolu 6

Iċ-ċertifikati kollha tas-sigurtà maħruġa skond id-Direttiva 2001/14/KE għandhom jiġu ssostitwiti b’ċertifikati tas-sigurtà maħruġa skond id-Direttiva 2004/49/KE u dan ir-Regolament, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2011.

L-emendar, l-aġġornar u t-tiġdid ta’ ċertifikat tas-sigurtà maħruġ skond id-Direttiva 2001/14/KE għandhom isiru skond ir-Regolament preżenti u d-Direttiva 2004/49/KE.

Kull impriża ferrovjarja li diġà għandha ċertifikat tas-sigurtà maħruġ skond id-Direttiva 2001/14/KE għandha d-dritt li titlob il-ħruġ ta’ ċertifikat tas-sigurtà ġdid skond dan ir-Regolament u d-Direttiva 2004/49/KE mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44, hekk kif ikkoreġut fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16.

(2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1, hekk kif ikkoreġut fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

(3)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 114, hekk kif ikkoreġut fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 40).

(4)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/50/KE.

(5)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Formola Standard ta’ l-Applikazzjoni u Linji Gwida

Image

APPLIKAZZJONI GĦAL ĊERTIFIKAT TAS-SIGURTÀ

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

PAĠNA TA’ QUDDIEM GĦALL-ANNESSI MAL-FORMOLA TA’ L-APPLIKAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Image

LINJI GWIDA GĦALL-KUMPILAZZJONI

Informazzjoni li għandha titniżżel fil-Formola ta’ l-Applikazzjoni għaċ-Ċertifikati tas-Sigurtà tal-Parti A u l-Parti B

INTRODUZZJONI

Din il-Formola ta’ l-Applikazzjoni għandha tintuża mill-impriżi ferrovjarji (imsejħa wkoll “l-applikant”) li japplikaw għal Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A u/jew tal-Parti B (Artikolu 10(1) – Direttiva 2004/49/KE). Ir-referenzi f’dan id-dokument, jekk ma jissemmiex mod ieħor, huma għall-Artikoli tad-Direttiva 2004/49/KE.

Impriża ferrovjarja li qed tapplika għal xi wieħed minn dawn iċ-ċertifikati jew għat-tnejn li huma tista’ tuża din il-Formola ta’ l-Applikazzjoni biex tressaq it-talba tagħha lill-awtorità/organizzazzjoni tas-sigurtà li toħroġ iċ-ċertifikati. L-użu tagħha għandu jgħin lill-awtorità sabiex tipproċessa t-talba mingħajr dewmien u madankollu skond it-termini stabbiliti fl-Artikolu 12(1).

Il-kaxxi kollha tal-formola għandhom jimtlew u l-informazzjoni applikabbli għandha tingħata mill-impriża ferrovjarja.

Ċertifikati tas-Sigurtà tal-Parti A u tal-Parti B

Dan id-dokument jippermetti lill-impriża ferrovjarja li, fl-istess waqt, tapplika kemm għaċ-Ċertifikat tal-Parti A u kemm tal-Parti B jew inkella għal wieħed minnhom billi tuża l-istess formola; hu jista’ jintuża biex jintalab Ċertifikat tal-Parti A u/jew tal-Parti B ġdid, imġedded jew aġġornat/emendat (kif definit fl-Artikolu 10(5)).

Huwa possibbli li ssir applikazzjoni għal Ċertifikat ġdid tal-Parti A biss u, applikazzjoni oħra aktar tard għall-ewwel Ċertifikat tal-Parti B.

Jekk l-applikazzjoni ssir biss għaċ-Ċertifikat tal-Parti B, jeħtieġ li l-applikant ikollu Ċertifikat tal-Parti A validu.

Tipi u kobor ta’ operazzjonijiet ferrovjarji

Skond l-Artikolu 10(5), Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jiġi aġġornat b’mod sħiħ jew parzjalment kull meta jkun hemm bidla sostanzjali fit-tip jew il-kobor ta’ l-operazzjoni u d-detentur taċ-ċertifikat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tas-sigurtà dwar il-bidliet prinċipali kollha fil-kundizzjonijiet tal-parti rilevanti taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà. Għalhekk hu importanti li l-awtorità tkun taf u li l-impriża ferrovjarja tistabbilixxi t-“tip” u l-“kobor” tas-servizzi ferrovjarji.

It-“tip” u l-“kobor” jifformaw il-bażi tal-validità għall-Komunità taċ-Ċertifikat tal-Parti A u jipprovdu referenza għad-definizzjoni ta’ “operazzjonijiet ekwivalenti ta’ trasport ferrovjarju” (l-Artikolu 10(3)) madwar il-Komunità kollha.

It-“tip” ta’ servizz hu kkaratterizzat mit-trasport tal-passiġġieri, li jinkludi jew jeskludi servizzi ta’ veloċità għolja, trasport ta’ merkanzija, inklużi jew esklużi servizzi ta’ oġġetti perikolużi, u servizzi ta’ shunting biss.

Il-“kobor” tas-servizz u ta’ l-impriża ferrovjarja hu kkaratterizzat mill-volum ta’ passiġġieri/oġġetti u l-kobor stmat ta’ l-impriża ferrovjarja f’termini ta’ impjegati mħaddma fis-settur ferrovjarju (intrapriża mikro, żgħira, ta’ daqs medju u kbira).

It-“tip” u l-“kobor” tas-servizzi għaċ-Ċertifikati kollha tal-Parti B, mwettqa globalment mill-istess impriża ferrovjarja f’wieħed jew aktar Stati, għandhom ikunu koperti bit-“tip” u l-“kobor” tas-servizzi taċ-Ċertifikat tal-Parti A.

L-informazzjoni kollha li tinsab fil-kaxxi [2.6] sa [2.19] u [3.6] sa [3.16] hi meħtieġa biex tistabbilixxi jekk is-servizzi maħsuba li joperaw biċ-Ċertifikat tas-Sigurtà mitlub humiex ekwivalenti jew le għall-operazzjonijet l-oħra ta’ trasport ferrovjarju li diġà qed jitwettqu mill-applikant skond iċ-ċertifikat(i) validi li kellu minn qabel.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Il-paġna 3 tal-Formola ta’ l-Applikazzjoni hi maħsuba sabiex tfakkar fid-dokumenti li jridu jakkompanjaw kull applikazzjoni. Hi għandha tintuża bħala lista ta’ referenza kemm għall-applikant u kemm għall-organizzazzjoni/awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikati u għalhekk għandha tintuża bħala l-paġna ta’ quddiem ta’ l-annessi mal-formoli ta’ l-applikazzjoni (kull kaxxa għandha tiġi mmarkata skond il-każijiet speċifiċi).

Għal referenza u gwida faċli, kull kaxxa fil-Formola ta’ l-Applikazzjoni ġie nnumerat u spjegat fil-paġni li ġejjin.

Persuna awtorizzata li tapprova t-talba sottomessa mal-Formola ta’ l-Applikazzjoni għandha tiffirma d-dokument, fl-ispazju apposta, li jitwassal għand l-organizzazzjoni/awtorità tas-sigurtà. L-isem tal-persuna firmatarja għandu jitniżżel ukoll.

SPJEGAZZJONIJIET U STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU

1.1.-1.2.

L-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità/organizzazzjoni tas-sigurtà fejn tintbagħat l-applikazzjoni. Informazzjoni aġġornata tista’ tinstab b’mezzi oħra, ukoll billi wieħed jikkonsulta l-websajt ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (www.era.eu.int) jew l-websajt ta’ l-Organizzazzjoni/Awtorità tas-Sigurtà tal-ħruġ taċ-ċertifikati (jekk applikabbli).

2.1.

Din il-kaxxa qiegħed biex jiġi speċifikat jekk il-Formola ta’ l-Applikazzjoni sottomessa hijiex għal Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A. F’dan il-każ trid tingħata informazzjoni addizzjonali billi wieħed jagħżel u jimmarka l-kaxxi li ġejjin, sabiex it-tip u l-kobor tas-servizzi ta’ l-impriża ferrovjarja jiġu identifikati.

2.2.

L-applikant għandu jagħżel din il-kaxxa fil-każijiet li ġejjin:

A)

jekk qed japplika għall-ewwel darba għal Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A;

B)

jekk iċ-Ċertifikat tas-Sigurtà ta’ qabel, għall-istess tip u kobor ta’ servizz, ikun ġie rrevokat;

C)

f’kull każ ieħor mhux kopert bil-kaxxi [2.3] u [2.4] li ġejjin.

2.3.

Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jiġġedded permezz ta’ applikazzjoni mill-impriża ferrovjarja f’intervalli ta’ mhux iktar minn ħames snin (l-Artikolu 10(5)).

2.4.

Kull meta jkun hemm bidla sostanzjali fit-tip jew fil-kobor ta’ l-operazzjoni ta’ l-impriża ferrovjarja, Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jiġi aġġornat b’mod sħiħ jew parzjalment u għalhekk ikun neċessarju li jintalab ċertifikat aġġornat/emendat; Barra minn hekk, id-detentur taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jinforma bla dewmien lill-awtorità kompetenti dwar il-bidliet prinċipali kollha fil-kundizzjonijiet tal-kaxxa rilevanti taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà u kull meta jiġu introdotti kategoriji ġodda ta’ impjegati jew tipi ġodda ta’ vetturi ferrovjarji (rolling stock) (l-Artikolu 10(5)).

2.5.

Jekk ikun applikabbli, għandu jiġi speċifikat in-Numru komplut ta’ l-Identifikazzjoni ta’ l-UE taċ-Ċertifikat tal-Parti A ta’ qabel b’konnessjoni mal-Formola ta’ l-Applikazzjoni li tkun qed tiġi sottomessa lill-awtorità/organizzazzjoni tas-sigurtà indirizzata fil-kaxxi [1.1] u [1.2].

2.6.-2.7.

Meta ssir applikazzjoni għal servizzi tal-passiġġieri biss/ukoll, dan għandu jiġi speċifikat, bl-immarkar tal-kaxxa apposta, jekk l-operazzjonijiet ikunu se jinkludu jew jeskludu servizzi ta’ veloċità għolja: waħda biss tista’ tintgħażel. Madankollu, is-servizzi msemmija fl-għażla [2.6 jew 2.7], ikunu jinkludu wkoll kull tip ieħor ta’ trasport tal-passiġġieri (jiġifieri, reġjonali, fuq distanza qasira, medja, twila, eċċ.) kif ukoll kull tip ieħor ta’ servizz li hu meħtieġ sabiex jitwettqu dawk is-servizzi ta’ ġarr li japplikaw għal (operazzjonijiet ta’ shunting, eċċ). Għad-definizzjonijiet ta’ servizzi ta’ veloċità għolja, għandha ssir referenza għall-Anness I tad-Direttiva 96/48/KE.

2.8.-2.9.

Meta ssir applikazzjoni għal servizzi tal-passiġġieri [2.6 jew 2.7], għandha tiġi speċifikata, bl-immarkar tal-kaxxa apposta, l-istima tal-volum kurrenti jew ippjanat tas-servizzi, f’termini ta’ km-passiġġieri fis-sena. Għażla waħda biss tista’ ssir. Il-kategoriji kkunsidrati huma konformi u skond ir-Regolament (KE) Nru 1192/2003 dwar l-istatistika kollha fuq trasport bil-ferroviji.

2.10.-2.11.

Meta ssir applikazzjoni għal servizzi ta’ ġarr biss/ukoll, għandu jiġi speċifikat, bl-immarkar tal-kaxxa apposta, jekk l-operazzjonijiet ikunux se jinkludu jew jeskludu trasport ta’ oġġetti perikolużi: għażla waħda biss tista’ ssir. Madankollu, is-servizzi indikati fl-għażla [2.10 jew 2.11], jinkludu wkoll kull tip ieħor ta’ trasport ta’ merkanzija li ma jkunx imsemmi espliċitament, kif ukoll kull tip ieħor ta’ servizz li jkun meħtieġ sabiex jitwettqu dawk is-servizzi ta’ ġarr li għalihom tkun qed issir l-applikazzjoni (operazzjonijiet ta’ shunting, eċċ). Għad-definizzjonijiet ta’ oġġetti perikolużi, għandha ssir referenza għad-Direttiva 96/49/KE u l-Annessi tagħha.

Operaturi li joperaw servizzi ta’ trasport ferrovjarju għall-ħtiġijiet ferrovjarji interni huma meqjusa li jaqgħu fl-ambitu tal-kategorija tal-ġarr tal-merkanzija (eż. kumpaniji tal-manutenzjoni tal-linji li jittrasferixxu vetturi minn sit għall-ieħor jew kumpaniji li joperaw treni tal-kejl (measurement trains)).

2.12.-2.13.

Meta ssir applikazzjoni għal servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija [2.10 jew 2.11], għandha tiġi speċifikata, bl-immarkar tal-kaxxa apposta, l-istima tal-volum kurrenti jew ippjanat tas-servizz f’termini ta’ km-tunnellata fis-sena. Għażla waħda biss tista’ ssir. Il-kategoriji kkunsidrati huma konformi u skond ir-Regolament (KE) Nru 1192/2003 dwar l-istatistika kollha fuq trasport bil-ferroviji.

2.14.

Jekk l-applikant ikollu l-ħsieb li jopera servizzi ta’ shunting biss mingħajr ma jwettaq trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija, għandha tintgħażel din il-kaxxa.

2.15.

B’referenza għas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni (passiġġieri, merkanzija, shunting biss) għandha tiġi speċifikata d-data li fiha jkun maħsub li jibda s-servizz operattiv jew, fil-każ ta’ ċertifikat imġedded jew aġġornat/emendat, id-data meta hu maħsub li ċ-ċertifikat jibda jgħodd u jissostitwixxi lil ta’ qablu.

2.16.

Jekk l-għadd ta’ impjegati mħaddma fis-settur ferrovjarju jew involuti fl-operazzjonijet ferrovjarji jew materji relatati, inklużi l-kuntratturi, jkun bejn 0 (jipprovdu biss xogħol għall-intraprenditur) u 9 persuni okkupati, għandha tintgħażel “Intrapriża mikro”. Id-definizzjoni tal-kobor ta’ l-intrapriżi tirreferi għal dik applikata mid-DG INTR. Għażla waħda biss tista’ ssir minn dawk disponibbli [2.16 - 2.17 - 2.18 - 2.19].

2.17.

Jekk l-għadd ta’ impjegati mħaddma fis-settur ferrovjarju jew involuti fl-operazzjonijet ferrovjarji jew materji relatati, inklużi l-kuntratturi, jkun bejn 10 u 49 persuna okkupata, għandha tintgħażel “Intrapriża żgħira”. Id-definizzjoni tal-kobor ta’ l-intrapriżi tirreferi għal dik applikata mid-DG INTR. Għażla waħda biss tista’ ssir minn dawk disponibbli [2.16 - 2.17 - 2.18 - 2.19].

2.18.

Jekk l-għadd ta’ impjegati mħaddma fis-settur ferrovjarju jew involuti fl-operazzjonijet ferrovjarji jew materji relatati, inklużi l-kuntratturi, jkun bejn 50 u 249 persuna okkupata, għandha tingħażel “Intrapriża ta’ daqs medju”. Id-definizzjoni tal-kobor ta’ l-intrapriżi tirreferi għal dik applikata mid-DG INTR. Għażla waħda biss tista’ ssir minn dawk disponibbli [2.16 - 2.17 - 2.18 - 2.19].

2.19.

Jekk l-għadd ta’ impjegati mħaddma fis-settur ferrovjarju jew involuti fl-operazzjonijet ferrovjarji jew materji relatati, inklużi l-kuntratturi, huwa ta’ 250 persuna okkupata jew iktar, għandha tintgħażel “Intrapriża kbira”. Id-definizzjoni tal-kobor ta’ l-intrapriżi tirreferi għal dik applikata mid-DG INTR. Għażla waħda biss tista’ ssir minn dawk disponibbli [2.16 - 2.17 - 2.18 - 2.19].

3.1.

Din il-kaxxa qieghed biex jiġi speċifikat jekk il-Formola ta’ l-Applikazzjoni sottomessa tkun għal Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti B. F’dan il-każ għandha tingħata informazzjoni addizzjonali, billi jiġu mmarkati l-kaxxi magħżula li ġejjin li jidentifikaw it-tip u l-kobor tas-servizzi ta’ l-impriża ferrovjarja.

3.2.

L-applikant għandu jagħżel din il-kaxxa fil-każijiet li ġejjin:

A)

jekk qed japplika għall-ewwel Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti B jew għal kull wieħed ġdid;

B)

jekk iċ-Ċertifikat tas-Sigurtà ta’ qabel, għall-istess tip u kobor ta’ servizz, ikun ġie rrevokat;

C)

f’kull każ ieħor mhux kopert bil-kaxxi li ġejjin 3.3 u 3.4.

3.3.

Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jkun imġedded permezz ta’ applikazzjoni mill-impriża ferrovjarja f’intervalli ta’ mhux iktar minn ħames snin (l-Artikolu 10(5)).

3.4.

Kull meta jkun hemm bidla sostanzjali fit-tip jew fil-kobor ta’ l-operazzjoni ta’ l-impriża ferrovjarja, iċ-Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jiġi aġġornat kollu b’mod sħiħ jew parzjalment u għalhekk ikun meħtieġ li jintalab ċertifikat aġġornat/emendat; barra minn hekk, id-detentur taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà għandu jinforma bla dewmien lill-awtorità kompetenti dwar il-bidliet kollha prinċipali fil-kundizzjonijiet tal-kaxxa rilevanti taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà u kull meta jiġu introdotti kategoriji ġodda ta’ impjegati jew tipi ġodda ta’ vetturi ferrovjarji (rolling stock) (l-Artikolu 10(5)).

3.5.

Jekk ikun applikabbli, għandu jiġi speċifikat in-Numru komplut ta’ l-Identifikazzjoni ta’ l-UE taċ-Ċertifikat tal-Parti A ta’ qabel b’konnessjoni mal-Formola ta’ l-Applikazzjoni li qed tiġi sottomessa lill-awtorità/organizzazzjoni tas-sigurtà indirizzata fil-kaxxi [1.1] u [1.2].

3.6.-3.7.

L-istess bħal [2.6] - [2.7] (ara fuq).

3.8.-3.9.

L-istess bħal [2.8] - [2.9] (ara fuq).

3.10.-3.11.

L-istess bħal [2.10] - [2.11] (ara fuq).

3.12.-3.13.

L-istess bħal [2.12] - [2.13] (ara fuq).

3.14.

L-istess bħal [2.14] (ara fuq).

3.15.

L-istess bħal [2.15] (ara fuq).

3.16.

Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti B jista’ jkopri n-netwerk ferrovjarju kollu ta’ Stat Membru jew xi parti definita minnu biss (l-Artikolu 10(1)), huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati b’mod ċar il-linji kollha fejn is-servizzi (passiġġieri, merkanzija jew shunting biss) huma maħsuba li joperaw. Id-denominazzjonijiet/l-ismijiet tal-linji huma dawk li ngħataw fid-“Dikjarazzjoni tan-Netwerk” (irreferi għall-Artikolu 3 u l-Anness I tad-Direttiva 2001/14/KE): impriżi ferrovjarji għandhom jirreferu għal dawn il-linji billi jużaw dawn id-denominazzjonijiet/l-ismijiet. Jekk l-ispazju disponibbli mhux biżżejjed, l-applikant għandu jipprovdi annessi għall-Formola ta’ l-Applikazzjoni u juża din il-kaxxa biex jispeċifikahom.

3.17.

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk l-applikant qed japplika għal Ċertifikat ġdid, imġedded jew aġġornat/emendat tal-Parti A u diġà hu d-detentur ta’ Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A validu. In-Numru ta’ l-Identifikazzjoni ta’ l-UE jingħata mill-awtorità/organizzazzjoni tal-ħruġ taċ-ċertifikati fuq il-bażi ta’ regoli fissi, li jirrigwardjaw il-kodifikazzjoni li se ssir disponibbli permezz ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji. L-informazzjoni mogħtija hawn ma teżentax lill-applikant milli jissottometti kopja taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A flimkien ma’ l-applikazzjoni [8.1]. Jekk in-Numru ta’ l-Identifikazzjoni ta’ l-UE jkun għadu mhux disponibbli, ikteb “MA JAPPLIKAX” fil-kaxxa.

3.18.

Hawn għandu jiġi speċifikat l-Istat li ħareġ iċ-Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A (jiġifieri l-Istat ta’ l-awtorità/organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat). L-informazzjoni mogħtija hawn ma teżentax lill-applikant milli jissottometti kopja taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A flimkien ma’ l-applikazzjoni [8.1]

4.1.

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss fil-każ li l-applikant ikun id-detentur ta’ Ċertifikat validu wieħed jew iktar tas-Sigurtà tal-Parti B. In-Numru(i) ta’ l-Identifikazzjoni ta’ l-UE taċ-Ċertifikat(i) diġà maħruġa għandhom ikunu speċifikati, separati minn xulxin permezz ta’ “ / ” fejn japplika. Mhux meħtieġ li l-applikant jissottometti kopja taċ-Ċertifikat(i) tas-Sigurtà tal-Parti B flimkien ma’ l-applikazzjoni.

4.2.

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk qed issir applikazzjoni jew għall-Parti A u/jew għall-Parti B fil-każ li l-impriża ferrovjarja hi diġà d-detentur ta’ Liċenzja valida (id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE kif emendata bid-Direttiva 2001/13/KE). L-informazzjoni mogħtija ma teżentax lill-applikant milli jissottometti kopja tal-Liċenzja flimkien ma’ l-applikazzjoni [7.2 u 8.2].

NOTA: Impriża ferrovjarja, kif definita fid-Direttiva 2001/14/KE, għandha tkun liċenzjata skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli, madankollu impriża ferrovjarja, kif definita fid-Direttiva 2004/49/KE, mhux dejjem jeħtiġilha li jkollha liċenzja.

4.3.

Hawn għandu jkun speċifikat l-Istat li jkun ħareġ il-Liċenzja (jiġifieri l-Istat ta’ l-awtorità/organizzazzjoni li ħarġet il-liċenzja). L-informazzjoni mogħtija hawn ma teżentax lill-applikant milli jissottometti kopja tal-Liċenzja flimkien ma’ l-applikazzjoni [7.2 u 8.2].

5.1.

Jekk “Denominazzjoni Ġuridika” u “Isem l-impriża ferrovjarja” ma jaqblux, għandhom jiġu inklużi t-tnejn li huma.

5.2.-5.8.

Kull applikant għandu jagħti l-informazzjoni meħtieġa biex jippermetti lill-entità tal-ħruġ taċ-ċertifikat li tikkuntattja lill-impriża ferrovjarja (in-numri tat-telefon għandhom juru, fejn japplika, in-numru tas-swiċċbord u mhux tal-persuna inkarigata mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni; in-numri tat-telefon u tal-feks għandhom jinkludu l-kodiċi tal-pajjiż; il-posta elettronika għandha tirreferi għall-kaxxa tal-posta elettronika ġenerali ta’ l-impriża ferrovjarja). L-informazzjoni dwar il-kuntatti ta’ l-impriża ferrovjarja għandha turi l-indirizz ġenerali u tevita referenzi għal persuni speċifiċi billi din l-informazzjoni tista’ titniżżel fil-punti [6.1] sa [6.5]. L-ispeċifikazzjoni tal-websajt [5.8] mhix obbligatorja.

5.9.-5.10.

Jekk skond il-liġi nazzjonali jkunu ngħataw diversi numri ta’ reġistrazzjoni lill-impriża ferrovjarja li tkun qed tapplika, hemm possibilitajiet fil-formola li jitniżżlu kemm in-numru tal-VAT [5.10] u kemm numru ieħor ta’ reġistrazzjoni (eż. tar-reġistru tal-kummerċ).

5.11.

Informazzjoni, għajr dik mitluba b’mod ċar fil-kaxxi l-oħra, tista’ tiżdied jekk ikun meħtieġ.

6.1.-6.5.

Matul il-proċess kollu taċ-ċertifikazzjoni, il-persuna tal-kuntatt hi l-intermedjarju bejn l-impriża ferrovjarja li tkun qed tissottometti t-talba u l-awtorità/organizzazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat. Din il-persuna tagħti l-appoġġ, l-għajnuna, l-informazzjoni, il-kjarifiki, fejn meħtieġ, u hi l-punt ta’ riferiment għall-entità tal-ħruġ li tkun qed tittratta l-applikazzjoni. In-numri tat-telefon u l-feks għandhom jinkludu l-kodiċi tal-pajjiż; il-posta elettronika mhix obbligatorja.

7.1.

Dan id-dokument għandu jiġi sottomess jekk l-applikazzjoni tkun għal Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A (ġdid, imġedded jew aġġornat/emendat); “il-manwal tas-Sommarju tas-Sistema ta’ l-Immaniġġjar tas-Sigurtà (SMS – Summary of the Safety Management System)” huwa hawn maħsub bħala dokument li jirrevedi u jenfasizza l-elementi ewlenin ta’ l-SMS ta’ l-impriża ferrovjarja. Hu għandu jiddettalja u jagħti l-informazzjoni u l-evidenza li tappoġġja l-proċessi jew standards/regoli differenti tal-kumpanija implimentati (jew fil-fażi ta’ l-implimentazzjoni), jipprovdi referenzi bejniethom jew jorbothom mal-partijiet identifikati fl-Artikolu 9 u l-Anness III.

7.2.

Impriża ferrovjarja, kif definita fid-Direttiva 2001/14/KE, għandha tkun liċenzjata skond il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Komunità; iżda jekk fid-Direttiva 2004/49/KE, impriża ferrovjarja hi definita bħala waħda li m’għandhiex bżonn liċenzja, hi għandha tissottometti kopja ta’ liċenzja valida fejn japplika l-każ biss. Jekk dan ma japplikax jintgħażel “Ma japplikax” [7.3 u/jew 8.3].

7.3.

Irreferi għal [7.2].

8.1.

Jekk f’din il-Formola ta’ l-Applikazzjoni l-applikazzjoni hi biss għal Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti B (ċertifikat ġdid, imġedded jew aġġornat/emendat) iżda mhux għal Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A wkoll, għandha tiġi sottomessa kopja taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Parti A.

8.2.

L-istess bħal [7.2] (ara fuq).

8.3.

L-istess bħal [7.3] (ara fuq).

8.4.

Skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/18/KE impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata adegwatament jew tagħmel arranġamenti ekwivalenti (eż. garanzija finanzjarja) biex tkun koperta, skond il-liġi nazzjonali u internazzjonali, kontra r-responsabbiltà tagħha f’każ ta’ inċidenti. L-evidenza li l-impriża ferrovarja liċenzjata tikkonforma mar-rekwiżiti nazzjonali marbuta ma’ l-assigurazzjoni jew li tkun għamlet arranġamenti ekwivalenti biex tkopri r-responsabbiltà tagħha hija annessa mal-liċenzja (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/358/KE). Kopja tal-kopertura assigurattiva jew finanzjarja kontra r-responsabbiltà annessa mal-liċenzja għandha tiġi sottomessa mal-Formola ta’ l-Applikazzjoni.

8.5.

L-applikant għandu jelenka jew jagħti dokumentazzjoni dwar it-TSIs jew partijiet tat-TSIs u, fejn ikun rilevanti, dwar ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà u regoli oħra applikabbli għall-persunal, il-vetturi ferrovjarji u, b’mod ġenerali, dwar is-servizzi li hu maħsub li jitħaddmu bis-saħħa taċ-ċertifikat mitlub. Għandu jkun hemm referenza ċara għall-proċessi u d-dokumenti fejn huma applikabbli u implimentati t-TSIs. Biex ma jsirx xogħol doppju u jitnaqqas l-ammont ta’ informazzjoni, għandha tiġi sottomessa dokumentazzjoni sommarja biss, fejn tikkonċerna l-elementi li huma konformi mat-TSIs u mal-kundizzjonijiet l-oħra tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE.

8.6.

L-applikant għandu jissottometti lista kompleta tad-diversi KATEGORIJI TAL-PERSUNAL impjegat jew ikkuntrattat għas-servizzi li huma maħsuba li jiġu operati permezz taċ-ċertifikat mitlub. Il-lista tal-KATEGORIJI TAL-PERSUNAL għandha tikkonforma mar-regoli nazzjonali u speċifiċi tan-netwerk li japplikaw għall-kategorizzazzjoni tagħhom.

8.7.

L-applikant għandu jissottometti deskrizzjoni jew evidenza ta’ dawk il-proċessi fis-Sistema ta’ l-Immaniġġjar tas-Sigurtà li għandhom x’jaqsmu mal-PERSUNAL, inkluża evidenza li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali u/jew tat-TSIs rilevanti u li l-persunal huwa ċċertifikat kif suppost.

8.8.

L-applikant għandu jissottometti dokumentazzjoni kompleta dwar id-diversi TIPI TA’ VETTURI FERROVJARJI li hu maħsub li jkunu se joperaw biċ-ċertifikat mitlub. It-TIPI TA’ VETTURI FERROVJARJI għandhom jikkonformaw mar-regoli nazzjonali u speċifiċi tan-netwerk li japplikaw għall-kategorizzazzjoni tagħhom.

8.9.

L-applikant għandu jissottometti deskrizzjoni jew evidenza ta’ dawk il-proċessi fis-Sistema ta’ l-Immaniġġjar tas-Sigurtà li għandhom x’jaqsmu mal-VETTURI FERROVJARJI, inkluża l-evidenza li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli nazzjonali u/jew it-TSIs rilevanti u li l-vetturi ferrovjarji jkunu ċċertifikati kif suppost.

8.10.

Spazju disponibbli biex fih jiġu speċifikati dokumenti oħra sottomessi ma’ l-applikazzjoni. Jekk jogħġbok identifika n-numru u t-tip, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-kontenut tad-dokument.


ANNESS IV

Kodiċi għas-sistema armonizzata ta’ innumerar, imsejħa n-Numru ta’ l-Identifikazzjoni Ewropew (EIN), għaċ-Ċertifikati tas-Sigurtà

Kodiċi tal-pajjiż

(2 ittri)

Tip ta’dokument

(2 numri)

Sena tal-ħruġ

(4 numri)

Sekwenza

(4 numri)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eżempju:

I

T

1

1

2

0

0

6

0

0

0

5

Spjegazzjoni ta’ l-istruttura tan-Numru ta’ l-Identifikazzjoni Ewropew (EIN)

I

T

1

1

2

0

0

6

0

0

0

5

Kodiċi tal-pajjiż

(2 ittri)

Tip ta’ dokument

(2 numri)

Sena tal-ħruġ

(4 numri)

Sekwenza

(4 numri)

Kaxxa 1

Kaxxa 2

Kaxxa 3

Kaxxa 4

KAXXA 1 —   Kodiċi tal-pajjiż (2 ittri)

Il-kodiċi tal-pajjiżi huma dawk uffiċjalment ippubblikati u aġġornati fis-siteweb Ewropeja Interinstitutional style guide u huma bbażati fuql-istandard ISO 3166 alpha-2.

Stat

Kodiċi

L-Awstrija

AT

Il-Belġju

BE

Il-Bulgarija

BG

Ċipru

CY

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

L-Estonja

EE

Il-Finlandja

FI

Franza

FR

Il-Ġermanja

DE

Il-Greċja

EL

L-Ungerija

HU

L-Iżlanda

IS

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Il-Latvja

LV

Il-Liechtenstein

LI

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

In-Norveġja

NO

Malta

MT

L-Olanda

NL

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Ir-Rumanija

RO

Ir-Repubblika tas-Slovakkja

SK

Is-Slovenja

SI

Spanja

ES

L-Iżvezja

SE

L-Iżvizzera

CH

Ir-Renju Unit

UK

Iċ-Channel Tunnel Safety Authority li preżentement hi l-unika awtorità tas-sigurtà multinazzjonali eżistenti, għandha tkun identifikata permezz tal-kodiċi ta’ żewġ ittri li ġej:

AWTORITÀ TAS-SIGURTÀ MULTINAZZJONALI

Kodiċi

Channel Tunnel Safety Authority

CT

KAXXA 2 —   Tip ta’ dokument (2 numri)

Żewġ numri jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip tad-dokument: l-ewwel numru jidentifika l-klassifikazzjoni ġenerali tad-dokument, jekk hux Ċertifikat tas-Sigurtà (numru 1) jew xi tip ieħor ta’ dokument (numru differenti minn 1); it-tieni numru jispeċifika s-sottotip tad-dokument, jekk hux Ċertifikat tal-Parti A (numru 1) jew tal-Parti B (numru 2). Għalissa, il-kombinazzjonijiet possibbli bejn in-numri jistgħu juru biss żewġ każi ta’ interess u użu:

 

[1 1] għal Ċertifikati tas-Sigurtà — Parti A;

 

[1 2] għal Ċertifikati tas-Sigurtà — Parti B.

Minħabba l-ħtieġa ta’ kodiċi oħra, din is-sistema ta’ nnumerar tista’ tiġi estiża. Din li ġejja hi l-lista proposta ta’ kombinazzjonijiet possibbli ta’ numri bi tnejn li nafu bihom, relatati mat-tip tad-dokument ikkunsidrat:

Kombinazzjoni tan-numri għal kaxxa 2

Tip tad-Dokument

Sottotip tad-dokument

[0 1]

Liċenzji

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[0 x]

Liċenzji

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[1 1]

Ċertifikat tas-Sigurtà

Parti A

[1 2]

Ċertifikat tas-Sigurtà

Parti B

[1 x]

Ċertifikat tas-Sigurtà

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[2 1]

Awtorizzazzjoni tas-Sigurtà

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[2 2]

Awtorizzazzjoni tas-Sigurtà

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[2 x]

Awtorizzazzjoni tas-Sigurtà

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[3 x]

Ċertifikati għal ħwienet fejn issir il-manutenzjoni

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[4 x]

Ċertifikati għal Entitajiet Notifikati

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

[5 x] … [9 x]

Riżerva (5 tipi ta’ dokument)

Ma japplikax għal dan ir-Regolament

KAXXA 3 —   Sena tal-ħruġ (4 numri)

Din il-Kaxxa turi s-sena (fil-format speċifikat ssss, i.e. 4 numri) li fiha nħareġ iċ-ċertifikat.

KAXXA 4 —   Sekwenza

Is-sekwenza għandha tkun numru li jikber progressivament b’wieħed kull darba li jinħareġ ċertifikat, irrispettivament minn jekk ikunx ġdid, imġedded jew aġġornat/emendat. Anke fil-każ li ċ-ċertifikat jiġi rrevokat, in-numru li jirreferi għalih ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.

Kull sena s-sekwenza għandha terġa’ tibda minn żero.