15.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 125/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 533/2007

ta' l-14 ta’ Mejju 2007

li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO), il-Komunità impenjat ruħha li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawn il-kwoti.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (3) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm inkonsistenzi ma' dan ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fis-settur tal-laħam tat-tjur u ta' l-albumina (abjad tal-bajd) (4) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi, u jinħtieġu emendi ġodda. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 għandu jiġi rrevokat u sostitwit b'Regolament ġdid.

(4)

Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, jeħtieġ li jinqasam il-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva f'bosta subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Huwa f'loku li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tkun żgurata permezz ta' liċenzji ta' l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti r-regoli dettaljati għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u d-dettalji li għandhom jintwerew fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja u fuq il-liċenzji stess.

(6)

Fid-dawl tar-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta' l-operaturi għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(7)

Bil-għan li tiġi garantita amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni jiġi stabbilit għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(8)

Fl-interess ta' l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni, li se jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota suċċessiv skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji fl-Anness I huma miftuħin għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM fl-Anness I.

Il-kwoti tariffarji huma miftuħin fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva.

2.   Il-kwantità ta' prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm inkonsistenzi ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Għal kull numru tas-sejre, il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali tinqasam f'erba' subperjodi, kif ġej:

a)

25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

b)

25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru,

c)

25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

d)

25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.

Artikolu 4

1.   Għal finijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jressaq, flimkien ma' l-ewwel applikazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja partikolari, prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata ta' prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja għandha ssemmi biss numru wieħed tas-serje minn dawk definiti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Tista' ssir għal bosta prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 16 u 15, rispettivament, ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji stess.

L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkopri minimu ta' 10 tunnellati u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   L-applikazzjoni għal liċenzji u l-liċenzji stess għandu jkun fihom:

a)

fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini;

b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti A.

Fil-kaxxa 24, il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.

Artikolu 5

1.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġu qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.

2.   Garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma għandha tkun depożitata flimkien ma' l-applikazzjoni għal liċenzja.

3.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista' jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt numru ta' serje wieħed, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet separati għal kull pajjiż ta' l-oriġini għandhom jitressqu fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. F'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' tmiem il-perjodu tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, espressi f'kilogrammi.

5.   Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum ta' xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta' xogħol wara dak ta' tmiem il-perjodu ta' notifika previst mill-paragrafu 4.

6.   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.

Artikolu 6

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza ta' l-ewwel xahar ta' kull subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tar-raba' xahar wara kull perjodu tal-kwota annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat għal kull numru tas-serje, espressi f'kilogrammi.

3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb'oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' l-importazzjoni huma validi għal mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment ta' drittijiet li ġejjin mil-liċenzji huwa limitat għaċ-ċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 huwa rrevokat.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(4)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 136. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1179/2006 (ĠU L 212, 2.8.2006, p. 7).


ANNESS I

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-Kodiċi NM

Dazju applikabbli

Kwantitajiet annwali

(f’tunnellati)

P 1

09.4067

0207 11 10

131

6 249

0207 11 30

149

0207 11 90

162

0207 12 10

149

0207 12 90

162

P 2

09.4068

0207 13 10

512

8 070

0207 13 20

179

0207 13 30

134

0207 13 40

93

0207 13 50

301

0207 13 60

231

0207 13 70

504

0207 14 20

179

0207 14 30

134

0207 14 40

93

0207 14 60

231

P 3

09.4069

0207 14 10

795

2 305

P 4

09.4070

0207 24 10

170

1 201

0207 24 90

186

0207 25 10

170

0207 25 90

186

0207 26 10

425

0207 26 20

205

0207 26 30

134

0207 26 40

93

0207 26 50

339

0207 26 60

127

0207 26 70

230

0207 26 80

415

0207 27 30

134

0207 27 40

93

0207 27 50

339

0207 27 60

127

0207 27 70

230


ANNESS II

A –   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 533/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 533/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 533/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 533/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 533/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 533/2007.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 533/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 533/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 533/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 533/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 533/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 533/2007.

bl-Ungeriż

:

533/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 533/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 533/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 533/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 533/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 533/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 533/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 533/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 533/2007.

B –   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu:

bil-Bulgaru

:

намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 533/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 533/2007.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 533/2007.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 533/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 533/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 533/2007.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 533/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of the Common Customs Tariff pursuant to Regulation (EC) No 533/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 533/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 533/2007.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 533/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 533/2007.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 533/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 533/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 533/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 533/2007.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 533/2007.

bir-Rumen

:

reducerea Tarifului Vamal Comun astfel cum este prevăzut în Regulamentul (CE) nr. 533/2007.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 533/2007.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 533/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 533/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av dEn gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 533/2007.


ANNESS III

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1251/96

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(1)(c)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1)(d)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1)(e)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(7)

Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(1)

Artikolu 6, it-tieni subparagrafu

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IV