14.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 329/37


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/72/KE

tat-13 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam.

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1a) tagħha,

Billi:

(1)

Galega orientalis Lam. hija pjanta ta’ l-għalf li tikber ħafna f’ċerti Stati Membri u li għandha rwol sinifikanti fit-titjib tal-kwalità ta’ l-għalf għall-annimali fl-irziezet.

(2)

Attwalment din l-ispeċi mhix koperta minn regoli uniformi dwar iċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa taħt id-Direttiva 66/401/KEE u għalhekk iż-żerriegħa rilevanti ma tistax tibbenefika minn ċirkolazzjoni ħielsa.

(3)

Minħabba li tissodisfa l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti kollha, l-ispeċi Galega orientalis Lam. għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista fid-Direttiva 66/401/KEE.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1)(A)(b), l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “Leguminosae” u “Hedysarum coronarium L. Sulla”:

Galega orientalis Lam. fodder galega”;

(2)

Fl-Artikolu 3(1), l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn “Festuca rubra L. x Festulolium” u “Lolium multiflorum Lam.”:

Galega orientalis Lam. fodder galega”;

(3)

L-Annessi II u III huma emendati kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).


ANNESS

(1)

L-Anness II għad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tabella fil-punt 2.A tat-Taqsima I “ŻERRIEGĦA ĊERTIFIKATA”, il-linja li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “LEGUMINOSAE” u “Hedysarum coronarium”:

Speċi

Ġelbin

Purità analitika

Kontenut massimu ta’ żrieragħ ta’ speċi ta’ pjanti oħrajn f’kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 ta’ l-Anness III

(total għal kull kolonna)

Kundizzjonijiet fir-rigward tal-kontenut taż-żrieragħ Lupin ta’ kulur ieħor u żrieragħ Lupin morri

Ġelbin minimu

(% ta’ żerriegħa pura)

Kontenut massimu ta’ żerriegħa iebsa

(% ta’ żerriegħa pura)

Purità analitika minima

(% bil-piż)

Kontenut massimu ta’ żrieragħ ta’ speċi ta’ pjanti oħrajn

(% bil-piż)

Total

Speċi waħda

Agropyron repens

Alopecurus myosuroides

Melilotus spp.

Raphanus raphanistrum

Sinapis arvensis

Avena fatua, Avena ludoviciana, Avena sterilis

Cuscuta spp.

Rumex spp. għajr għal Rumex acetosella u Rumex maritimus

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

Galega orientalis Lam.

60

40

97

2,0

1,5

 

 

0,3

0

0

0

0 (l) (m)

10 (e)”

 

(b)

Fit-tabella fil-punt 2.A tat-Taqsima II “ŻERRIEGĦA BAŻIKA”, il-linja li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “LEGUMINOSAE” u “Hedysarum coronarium”:

Speċi

Kontenut massimu ta’ żrieragħ ta’ speċi ta’ pjanti oħrajn

Standards jew kundizzjonijiet oħrjan

Total

(% bil-piż)

Kontenut bl-għadd f’kampjun ta’ piż speċifikat fil-kolonna 4 ta’ l-Anness III

(total għal kull kolonna)

Speċi waħda

Rumex spp. għajr għal Rumex acetosella u Rumex maritimus

Agropyron repens

Alopecurus myosuroides

Melilotus spp.

 

1

2

3

4

5

6

7

8

Galega orientalis Lam.

0,3

20

2

 

 

(e)

(j)”

(2)

Fl-Anness III, fit-tabella l-linja li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “LEGUMINOSAE” u “Hedysarum coronarium”:

Speċi

Piż massimu ta’ lott

(tunnellati)

Piż minimu ta’ kampjun li jittieħed minn lott

(grammi)

Piż tal-kampjun għad-determinazzjoni bl-għadd ipprovdut fil-kolonni 12 sa 14 ta’ l-Anness II (I) (2) (A) u l-kolonni 3 sa 7 ta’ l-Anness II (II) (2) (A)

(grammi)

1

2

3

4

Galega orientalis Lam.

10

250

200 ”