27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/33


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/49/KE

tas-26 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE (2) ġiet adottata sabiex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office - CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji ta’ gwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, id-Direttiva tipprevedi li għandhom japplikaw il-linji ta’ gwida ta’ l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants - UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV sadanittant ħarġu linji ulterjuri ta’ gwida għal numru ta’ speċi oħra, jew aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Id-Direttiva 2003/91/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Novembru 2007, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħha minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).

(2)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/127/KE (ĠU L 343, 8.12.2006, p 82).


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

Isem Xjentifiku

Isem komuni

Il-protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

Onion u Echalion

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

Allium ascalonicum (shallot)

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/1 tal-15.11.2001

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/1 tas-27.3.2002

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/1 tal-15.11.2001

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabris

TP 151/2 tal-21.3.2007

Brassica oleracea L.

Brussels sprouts

TP 54/2 ta’1.12.2005

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/2 ta’ l-1.12.2005

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew Bżar

TP 76/2 tal-21.3.2007

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma

TP 118/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. Et Nakai

Dulliegħ

TP 142/1 tal-21.3.2007

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat

TP 61/1 tas-27.3.2002

Cucurbita pepo L.

Qara’ bagħli jew Zukkini

TP 119/1 tal-25.3.2004

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ

TP 184/1 tal-25.3.2004

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/2 ta’ l-1.12.2005

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/3 tal-21.3.2007

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadam

TP 44/3 tal-21.3.2007

Petroselinum crispum(Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira u Fażola tixxeblek

TP 12/2 ta’ l-1.12.2005

Pisum sativum(partim)

Piżella mkemmxa, Piżella tonda u Piżella ħelwa (sugar pea)

TP 7/1 tas-6.11.2003

Raphanus sativus L.

Ravanell

TP 64/1 tas-27.3.2002

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/1 tas-27.3.2002

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Valerjanella

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Sweet corn u Pop corn

TP 2/2 tal-15.11.2001

It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tal-UPOV

Isem Xjentifiku

Isem komuni

Il-linja ta’ gwida tal-UPOV

Allium fistulosum L.

Il-basal ta’ l-għenieqed Ġappuniż jew il-basla ta’ Wales

TG/161/3 ta’ l-1.4.1998

Allium schoenoprasum L.

Il-kurrat salvaġġ

TG/198/1 tad-9.4.2003

Apium graveolens L.

Karfus

TG/82/4 tas-17.4.2002

Apium graveolens L.

Krafes

TG/74/4 corr. tas-17.4.2002 + 5.4.2006

Beta vulgaris L.

Spinach beet jew Chard

TG/106/4 tal-31.3.2004

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

TG/60/6 tat-18.10.1996

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TG/90/6 tal-31.3.2004

Brassica rapa L.

Kaboċċa taċ-Ċina

TG/105/4 tad-9.4.2003

Brassica rapa L.

Turnip (xorta ta’ Brassica)

TG/37/10 ta’ l-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa

TG/155/4 ta’ l-14.3.2007

Raphanus sativus L.

Salsafja sewda

TG/63/6 ta’ l-24.3.1999

Rheum rhabarbarum L.

Ir-Rabarbru

TG/62/6 ta’ l-24.3.1999

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew salsafja sewda;

TG/116/3 tal-21.10.1988

Solanum melongena L.

Brunġiel

TG/117/4 tas-17.4.2002

It-test ta’ dawn il-linji ta’ gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).