26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 135/6


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/28/KE

tal-25 ta’ Mejju 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE u 90/642/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq affarijiet ta' l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni (jew ħarsien – jekk taqbel ħu ħsieb il-bqija tad-dokument) tal-pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom jitqiesu f'dawn il-valutazzjonijiet jinkludu l-esponiment ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta' l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin u l-annimali mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati.

(2)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli, b'mod partikolari fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta.

(3)

L-MRLs għal pestiċidi koperti mid-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jitqiesu użi ġodda jew mibdula. Tagħrif dwar użi ġodda jew mibdula ġie kkomunikat lill-Kummissjoni, li għandu jwassal għal bidliet fil-livelli ta' residwi ta' azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin.

(4)

L-esponiment tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawk il-pestiċidi, ġie assessjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4). Skond dawk l-istimi u l-valutazzjonijiet, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex jiżguraw li ma jinqabiżx il-limitu aċċettabbli ta’ konsum ta’ kuljum fid-dieta.

(5)

Fil-każ ta' klorfenapir, folpet u lambda-ċijalotrin li għalihom teżisti doża ta' referenza akuta (ARfD), l-esponiment akut tal-konsumaturi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti alimentari li għandhom imnejn ikun fihom residwi ta' dawn il-pestiċidi, ġie assessjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prassi użati attwalment fi ħdan il-Komunità, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP), b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari li jkunu ġew ittrattati bil-pestiċidi (5), ġew meqjusa. Skond l-istima tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħra, l-istima tat-tagħrif disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja stima fuq perjodu ta' żmien qasir.

(6)

Fejn l-użu awtorizzat ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultax f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użu awtorizzat, jew fejn l-użu li jkun ġie awtorizzat mill-Istati Membri ma jkunx ġie sostnut bid-data meħtieġa, jew fejn l-użu f'pajjiżi terzi li jirriżulta f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunx ġie sostnut bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx ta' l-osservanza analitika.

(7)

L-iffissar jew l-immodifikar ta' MRLs proviżorji fil-livell Komunitarju ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għal maleic hydrazide u trifloxystrobin skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta' dik id-Direttiva. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRLs proviżorji tal-Komunità għandhom imbagħad isiru definittivi.

(8)

Għaldaqstant huwa neċessarju li jkunu mmodifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll adattati ta' l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernati u sabiex iħarsu l-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta' dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jitfasslu għall-ewwel darba.

(9)

Id-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skond dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel (jew Alimentari) u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu bi qbil ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-27 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31).

(2)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/72/KE.

(3)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).

(4)  Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

(5)  L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma' l-emendar ta' l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998); L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiċidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998); http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html.


ANNESS I

F'parti B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, tiżdied il-linja li ġejja:

 

Livelli massimi f’mg/kg

Residwi tal-Pestiċida

tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u x-xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 , 0210 , 1601 u 1602

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0401 , 0402 , 0405 u 0406

ta’ bajd frisk bil-qoxra, għal bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408

“Maleic hydrazide (1)

laħam (ħlief tat-tjur) 0,05 (p)

fwied (ħlief tat-tjur) 0,05 (p)

kliewi (ħlief tat-tjur) 0,5 (p)

oħrajn 0,02 (*)  (p)

0,2  (p)  (t)

0,1  (p)


(*)  Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.

(1)  Id-definizzjoni ta' residwi għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib hija: maleic hydrazide u l-konjugati tiegħu definiti bħala maleic hydrazide.

(p)  Tindika li l-livell massimu ta’ residwi jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(t)  Tindika li l-livell massimu ta' residwi ġie stabbilit b'mod temporanju sat-30 ta' Ġunju 2008 sakemm tasal id-data li trid tiġi sottomessa mill-applikant. Jekk ma tinkiseb ebda data sa dik id-data, l-MRL jiġi rtirat b'Direttiva jew Regolament.”


ANNESS II

Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni għal azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl u trifloxystrobin jinbidlu b’dan li ġej:

 

Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Azoxystrobin

Klorfenapir

Folpet

Iprodjon

15. Lambda-cijalotrin

57. Maleic hydrazide

Metalaxyl li jinkludi taħlitiet oħra ta' iżomeri kostitwenti li jinkludu l-metalaxyl-M (it-total ta' l-iżomeri)

trifloxystrobin

‘1.

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież

 

0,05  (*)

 

 

 

0,2  (*)  (p)

 

 

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

1

 

0,02  (*)

 

 

 

0,5

0,3  (p)

Grejpfrut

 

 

 

 

0,1

 

 

 

Lumi

 

 

 

5  (p)

0,2

 

 

 

Lajm

 

 

 

 

0,2

 

 

 

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

 

1  (p)

0,2

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

0,1

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

0,1

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

 

 

 

(ii)

ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,1  (*)

 

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

Lewż

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-anakardju

 

 

 

 

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta' l-Indi

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

0,2  (p)

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

 

 

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

0,05  (*)

 

3  (1)

5  (p)

0,1

 

1

0,5  (p)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

0,05  (*)

 

 

3  (p)

 

 

0,05  (*)

 

Berquq

 

 

 

 

0,2

 

 

1  (p)

Ċirasa

 

 

2

 

 

 

 

1  (p)

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

 

 

0,2

 

 

1  (p)

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

0,2  (p)

Oħrajn

 

 

0,02  (*)

 

0,1

 

 

0,02  (*)  (p)

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

 

 

 

 

 

 

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

2

 

 

10  (p)

0,2

 

 

5  (p)

Għeneb tal-mejda

 

 

0,02  (*)

 

 

 

2

 

Għeneb ta' l-inbid

 

 

5

 

 

 

1

 

(b)

Frawli (ħlief dak selvaġġ)

2

 

3  (1)

15  (p)

0,5

 

0,5

0,5  (p)

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ)

 

 

 

10  (p)

 

 

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

Tut

3

 

3  (1)

 

 

 

 

 

Dewberries

 

 

 

 

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċawsli

3

 

3  (1)

 

0,2

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

0,02  (*)

 

0,02  (*)

 

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dak selvaġġ)

0,05  (*)

 

 

10  (p)

 

 

0,05  (*)

 

Bilberries

 

 

 

 

 

 

 

 

Cranberries

 

 

 

 

 

 

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

 

3  (1)

 

0,1

 

 

1  (p)

Gooseberries

 

 

3  (1)

 

0,1

 

 

1  (p)

Oħrajn

 

 

0,02  (*)

 

0,02  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

(e)

Berries u frott salvaġġ

0,05  (*)

 

0,02  (*)

0,02  (*)  (p)

0,2

 

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

(vi)

MIXXELLANJA

 

 

0,02  (*)

 

 

 

0,05  (*)

 

Avokado

 

 

 

 

 

 

 

 

Banana

2

 

 

 

 

 

 

0,05  (p)

Dati

 

 

 

 

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

5  (p)

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

 

 

 

 

Mango

0,2

 

 

 

0,1

 

 

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

 

 

 

 

0,5

 

 

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

 

 

 

 

0,5

 

 

 

Papaja

0,2

 

 

 

 

 

 

1  (p)

Passion fruit

 

 

 

 

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

2.

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

 

0,05  (*)

 

 

 

 

 

 

(i)

ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

 

 

0,02  (*)

 

 

 

 

 

Pitrava zokkrija

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

0,2

 

 

0,5  (p)

 

30  (p)

0,1

0,05  (p)

Cassava

 

 

 

 

 

 

 

 

Krafes

0,3

 

 

 

0,1

 

 

 

Mustarda użata għaz-zalza

0,2

 

 

0,5  (p)

 

 

0,1

 

Artiċokks

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija bajda

0,2

 

 

0,5  (p)

 

30  (p)

0,1

 

Għeruq tat-tursin

0,2

 

 

0,5  (p)

 

 

 

 

Ravanell

0,2

 

 

0,3  (p)

0,1

 

0,1

 

Sassefrika

0,2

 

 

 

 

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

 

 

 

Swedes

 

 

 

 

 

 

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassika

 

 

 

 

 

 

 

 

Jam

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

0,2  (*)  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

 

 

 

 

 

0,2  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

Tewm

 

 

 

0,2  (p)

 

15  (p)

0,5

 

Basal

 

 

0,1

0,2  (p)

 

15  (p)

0,5

 

Shallots

 

 

 

0,2  (p)

 

15  (p)

0,5

 

Basal li jissejjaħ Spring onions

2

 

 

3  (p)

0,05

 

0,2

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

0,02  (*)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

0,2  (*)  (p)

0,05  (*)

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

 

 

 

0,2  (*)  (p)

 

 

(a)

Solanacea

2

 

 

5  (p)

 

 

 

 

Tadam

 

 

2  (1)

 

0,1

 

0,2

0,5  (p)

Bżar

 

 

 

 

0,1

 

0,5

 

Brunġiel

 

 

 

 

0,5

 

 

 

Okra

 

 

 

 

0,1

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,02  (*)

 

0,02  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

(b)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken - tal-qoxra li tittiekel

1

 

0,02  (*)

2  (p)

0,1

 

 

0,2  (p)

Ħjar

 

 

 

 

 

 

0,5

 

Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

Qarabali

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

0,05  (*)

 

(c)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken tal-qoxra li ma tittikilx

0,5

 

1

1  (p)

0,05

 

 

 

Bettieħ

 

 

 

 

 

 

0,2

0,3  (p)

Squashes

 

 

 

 

 

 

 

 

Dulliegħ

 

 

 

 

 

 

0,2

0,2

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

(d)

Qamħirrum ħelu

0,05  (*)

 

0,02  (*)

0,02  (*)  (p)

0,05

 

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

(iv)

ĦXEJJEX BRASSIKA

 

 

 

 

 

0,2  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

0,5

 

0,02  (*)

0,1  (p)

0,1

 

0,2

 

Brokkli (inkluża l-Calabrese)

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Brassika bir-ras

0,3

 

0,02  (*)

 

 

 

 

 

Brussels sprouts

 

 

 

0,5  (p)

0,05

 

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

 

 

5  (p)

0,2

 

1

 

Oħrajn

 

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

(c)

Brassika bil-weraq

5

 

0,02  (*)

 

1

 

 

 

Kaboċċa taċ-Ċina

 

 

 

5  (p)

 

 

 

 

Kale

 

 

 

 

 

 

0,2

 

Oħrajn

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

 

0,05  (*)

 

(d)

Ġidra

0,2

 

0,05

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

(v)

ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL & ĦAXIX AROMATIKU FRISK

 

 

 

 

 

0,2  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

(a)

Ħass & simili

3

 

 

10  (p)

 

 

 

 

Krexxuni

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

 

 

 

 

0,2

 

Ħass

 

 

2

 

0,5

 

2

 

Scarole (endive tal-werqa wiesħa)

 

 

 

 

 

 

1

 

Insalata

 

 

 

 

 

 

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-ħxejjex tat-turnip

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,02  (*)

 

1

 

0,05  (*)

 

(b)

Spinaċi & simili

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

0,5

 

0,05  (*)

 

Spinaċi

 

 

10

 

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,02  (*)

 

 

 

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,05  (*)

 

0,02  (*)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

(d)

Witloof

0,2

 

0,02  (*)

2  (p)

0,02  (*)

 

0,3

 

(e)

Ħaxix aromatiku

3

 

0,02  (*)

10  (p)

1

 

2

 

Maxxita

 

 

 

 

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

 

 

 

 

 

0,2  (*)  (p)

0,05  (*)

 

Fażola (bl-imżiewed)

1

 

2  (1)

5  (p)

0,2

 

 

0,5  (p)

Fażola (mingħajr imżiewed)

0,2

 

2  (1)

 

 

 

 

 

Piżelli (bl-imżiewed)

0,5

 

 

2  (p)

0,2

 

 

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

0,2

 

 

0,3  (p)

0,2

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

0,02  (*)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

 

0,02  (*)

 

 

0,2  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

Asparagu

 

 

 

 

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

 

 

 

 

Karfus

5

 

 

 

0,3

 

 

 

Bużbież

 

 

 

 

0,3

 

 

 

Qaqoċċ

1

 

 

 

 

 

 

 

Kurrat

2

 

 

 

0,3

 

0,2

 

Rabarbru

 

 

 

0,2  (p)

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0,05  (*)

 

0,02  (*)

0,02  (*)  (p)

 

0,2  (*)  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

 

 

0,02  (*)

 

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

 

 

0,5

 

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,1

0,05  (*)

0,02  (*)

0,2  (p)

0,02  (*)

0,2  (*)  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

Fażola

 

 

 

 

 

 

 

 

Għazz

 

 

 

 

 

 

 

 

Piżelli

 

 

 

 

 

 

 

 

Lupini

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Żjut ta’ żrieragħ

 

0,1  (*)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,5  (*)  (p)

0,1  (*)

0,05  (*)  (p)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

0,5  (p)

 

 

 

 

Karawett

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġulġlien

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

0,5  (p)

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

0,5

 

 

0,5  (p)

 

 

 

 

Żerriegħa tas-sojja

0,5

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

 

5.

Patata

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)

50  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

Patata bikrija

 

 

 

 

 

 

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Te (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

0,1  (*)

50

0,05  (*)

0,1  (*)  (p)

1

0,5  (*)  (p)

0,1  (*)

0,05  (*)  (p)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat

20

0,1  (*)

150

0,1  (*)  (p)

10

0,5  (*)  (p)

10

30  (p)


(*)  Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.

(1)  L-ammont ta’ captan u folpet.

(p)  Tindika li l-livell massimu ta’ residwu jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.’