1.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/8/KE

ta' l-20 ta' Frar 2007

li temenda Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal phosphamidonmevinphos

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 li tirrigwarda l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq frott u ħaxix (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

Fil-każ ta' ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti inkluż frott u ħxejjex, livelli ta' residwi jirriflettu l-użu ta' kwantitajiet minimi ta' pestiċidi meħtieġa sabiex jinkiseb ħarsien effettiv ta' pjanti, applikati b'tali mod li l-ammont ta' residwi jkun baxx kemm jista' jkun skond kif inhu aċċettabbli b'mod prattiku u tossikoloġiku, b'qies, b'mod partikolari, tal-ħarsien ta' l-ambjent u l-istima tal-konsum djetetiku tal-konsumaturi. Fil-każ ta' l-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-konsum mill-annimali ta' ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti li jiġu ttrattati bil-pestiċidi, u, fejn ikun rilevanti, il-konsegwenzi diretti mill-użu tal-mediċini veterinarji. Il-livelli massimi ta' residwi Komunitarji (MRLs) jirrappreżentaw l-ogħla limitu ta' l-ammont ta' tali residwi li wieħed jista' jistenna li jsib fl-oġġetti meta jkunu ġew rispettati prattiki agrikoli tajbin.

(2)

L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu taħt reviżjoni u jinbidlu sabiex titqies l-informazzjoni u d-data ġdida. L-MRLs huma ffissati fil-limitu l-iktar baxx tad-determinazzjoni analitika fejn użi awtorizzati ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f'livelli osservabbli ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq il-prodott ta' l-ikel, jew, fejn ma hemmx użi awtorizzati, jew fejn użi li ġew awtorizzati minn Stati Membri ma ġewx sostnuti bid-data neċessarja, jew fejn użi f'pajjiżi terzi jirriżultaw f'residwi fi jew fuq prodotti ta' l-ikel li jistgħu jiġu ċċirkolati fis-suq tal-Komunità ma ġewx sostnuti bid-data neċessarja.

(3)

Il-Kummissjoni ġiet infurmata li għal phosphamidon and mevinphos, jista' jkun hemm bżonn li l-MRLs attwali jiġu riveduti fid-dawl tad-disponibilità ta' informazzjoni ġdida dwar it-tossikoloġija u tal-konsum mill-konsumatur. Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri relaturi rilevanti sabiex jagħmlu proposti għar-reviżjoni ta' l-MRLs Komunitarji. Proposti bħal dawn tressqu lill-Kummissjoni.

(4)

L-esponiment tal-konsumaturi matul ħajjithom kif ukoll għal perjodu qasir għall-pestiċidi msemmija f'din id-Direttiva, permezz tal-prodotti ta' l-ikel, ġew studjati mill-ġdid u vvalutati skond il-proċeduri u l-prattiki Komunitarji, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4). Fuq dik il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda, sabiex jiġi aċċertat li ma jkun hemm ebda esponiment inaċċettabbli tal-konsumatur.

(5)

Fejn huwa rilevanti, l-esponiment qawwi tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti ta' l-ikel li jista' jkun fihom residwi, ġie studjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prattiki Komunitarji, filwaqt li tqiesu l-linji ta' gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-konklużjoni hi li l-preżenza ta' residwi ta' pestiċidi fi jew taħt l-MRLs il-ġodda mhijiex se tikkawża effetti tossiċi qawwija.

(6)

Permezz ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar l-MRLs ġodda u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

(7)

L-Annessi tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE l-entrati li għandhom x'jaqsmu mal-phosphamidon u l-mevinphos qegħdin jitħassru.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-2 ta' Settembru 2007 .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 20 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE (ĠU L 311, 10.1..2006, p. 31).

(2)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE.

(3)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE.

(4)  Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta' residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta' Ikel f'kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).


ANNESS I

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE qegħdin jiżdiedu l-linji li ġejjin għal phosphamidon u mevinphos:

Residwi tal-Pestiċida

Livelli massimi f’mg/kg

“Phosphamidon

0,01  (*)

Ċereali

Mevinphos, (total ta' iżomeri E- u Z-)

0,01  (*)

Ċereali


(*)  Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika”


ANNESS II

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE qegħdin jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal phosphamidon u mevinphos:

Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta' residwu massimu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Phosphamidon

Mevinphos, (total ta' iżomeri E- u Z-)

“1.

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż

0,01  (*)

0,01  (*)

(i)

FROTT TAĊ-ĊITRU

 

 

Grejpfrut

 

 

Lumi

 

 

Lajm

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

Larinġ

 

 

Pomelos

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajrha)

 

 

Lewż

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

Ġewż ta' l-anakardju

 

 

Qastan

 

 

Ġewż ta' l-Indi

 

 

Ġellewż

 

 

Makadamja

 

 

Ġewż tal-Pekan

 

 

Ġewż ta' l-arżnu

 

 

Pistaċċi

 

 

Ġewż

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA

 

 

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Sfarġel

 

 

Oħrajn

 

 

(iv)

FROTT TA' L-GĦADMA

 

 

Berquq

 

 

Ċiras

 

 

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

Għanbaqar

 

 

Oħrajn

 

 

(v)

FROTT ŻGĦIR

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

 

 

Għeneb tal-mejda

 

 

Għeneb ta' l-inbid

 

 

(b)

Frawli (ħlief dak selvaġġ)

 

 

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ)

 

 

Tut

 

 

Dewberries

 

 

Loganberries

 

 

Lampun

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor (ħlief dak selvaġġ)

 

 

Bilberries

 

 

Cranberries

 

 

Passolina (aħmar, iswed u abjad)

 

 

Gooseberries

 

 

Oħrajn

 

 

(e)

Frott u berries salvaġġi

 

 

(vi)

DIVERSI

 

 

Avokado

 

 

Banana

 

 

Tamal

 

 

Tin

 

 

Kiwi

 

 

Kumquats

 

 

Litchis

 

 

Mango

 

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

 

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

 

 

Papaja

 

 

Passion fruit

 

 

Ananas

 

 

Rummien

 

 

Oħrajn

 

 

2.

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

0,01  (*)

0,01  (*)

(i)

ĦXEJJEX F'SURA TA' TUBERI JEW GĦERUQ

 

 

Pitrava zokkrija

 

 

Karrotti

 

 

Cassava

 

 

Krafes

 

 

Mustarda użata għaz-zalza

 

 

Qaqoċċ

 

 

Zunnarija bajda

 

 

Parsley root

 

 

Ravanell

 

 

Sassefrika

 

 

Patata ħelwa

 

 

Swedes

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassica

 

 

Jam

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĦXEJJEX F'SURA TA' BASAL

 

 

Tewm

 

 

Basal

 

 

Shallots

 

 

Spring onions

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

(a)

Solanacea

 

 

Tadam

 

 

Bżar

 

 

Brunġiel

 

 

Okra

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Kukurbiti – tal-qoxra li tittiekel

 

 

Ħjar

 

 

Gherkins

 

 

Qarabali

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

 

 

Bettieħ

 

 

Squashes

 

 

Dulliegħ

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qamħirrum

 

 

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

 

 

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

 

 

Brokkli (inkluża l-Calabrese)

 

 

Pastard

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Brassica bir-ras

 

 

Kaboċċi ta' Brussel

 

 

Kaboċċi tar-ras

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Brassica bil-weraq

 

 

Kaboċċi taċ-Ċina

 

 

Kale

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Ġdur

 

 

(v)

ĦXEJJEX LI JITTIEKLU L-WERAQ TAGĦHOM U ĦAXIX AROMATIKU FRISK

 

 

(a)

Ħass u simili

 

 

Krexxuni

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

Ħass

 

 

Scarole (endive tal-werqa wiesgħa)

 

 

Insalata

 

 

Weraq u zkuk tal-brassica

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Spinaċi u simili

 

 

Spinaċi

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Krexxuni ta' l-ilma

 

 

(d)

Witloof

 

 

(e)

Ħwawar

 

 

Maxxita

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

Tursin

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

Oħrajn

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

 

 

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

Fażola (mingħajr imżiewed)

 

 

Piżelli (bl-imżiewed)

 

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

 

 

Oħrajn

 

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA' ZOKK (friski)

 

 

Asparagu

 

 

Kardun

 

 

Karfus

 

 

Bużbież

 

 

Qaqoċċ

 

 

Kurrat

 

 

Rabarbru

 

 

Oħrajn

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

 

 

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,01  (*)

0,01  (*)

Fażola

 

 

Għazz

 

 

Piżelli

 

 

Lupini

 

 

Oħrajn

 

 

4.

Żjut ta' żrieragħ

0,01  (*)

0,01  (*)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

Karawett

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

Ġulġlien

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

Oħrajn

 

 

5.

Patata

0,01  (*)

0,01  (*)

Patata bikrija

 

 

Varjazzjonijiet ta' patata

 

 

6.

Te (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

0,02  (*)

0,02  (*)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat

0,02  (*)

0,02  (*)


(*)  Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.»