29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

46


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/7/KE

ta’ l-14 ta’ Frar 2007

li temenda ċertu Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi residwi ta’ atrazine, lambda-cyhalothrin, phenmedipham, methomyl, linuron, penconazole, pymetrozine, bifenthrin u abamectin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. Elementi li jridu jitqiesu f'dawn il-valutazzjonijiet jinkludu l-esponiment ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta' l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati.

(2)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu huwa l-iżgħar ammont prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli, partikolarment fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta.

(3)

L-MRLs għall-pestiċidi koperti mid-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jiġu kkunsidrati użi li ġew mibdula jew użi ġodda. Informazzjoni dwar użu ġdid jew bidla fl-użu ġie kkomunikat lill-Kummissjoni li se jwassal għal bidliet fil-livelli residwi ta' lambda-cyhalothrin, phenmedipham, methomyl, linuron, penconazole u pymetrozine.

(4)

L-esponiment tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawk il-pestiċidi, ġie assessjat u valutat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, b’kunsiderazzjoni tal-linji ta' gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4). F'din l-evalwazzjoni ittieħed kont li l-abamectin huwa użat ukoll bħala mediċina veterinarja intenzjonata għall-annimali li jipproduċu l-ikel u li l-limiti tar-residwi massimi ġew stabilliti għal dik is-sustanza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimi tar-residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji f'oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali (5). Skond dik il-valutazzjoni u l-assessjar, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu stipulati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx il-limitu ta’ konsum aċċettabbli f’ġurnata.

(5)

Fil-każ tal-lambda-cyhalothrin, methomyl, linuron u pymetrozine li għalihom teżisti doża ta' referenza akuta (ARfD), l-esponiment akut tal-konsumaturi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti alimentari li għandhom imnejn ikun fihom residwi ta' dawn il-pestiċidi ġie assessjat u valutat skond il-proċeduri u l-prassi użati attwalment fi ħdan il-Komunità, b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari trattati bil-pestiċidji (6), ġew ikkunsidrati. Skond dik il-valutazzjoni tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu stipulati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħrajn, il-valutazzjoni ta' l-informazzjoni disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja valutazzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir.

(6)

Fir-rigward ta' l-atrazine fiċ-ċereali, saret disponibbli informazzjoni ġdida minn mindu ġiet adottata d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/61/KE tas-7 ta’ Lulju 2006 li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi residwi ta' atrazine, azinphos-ethyl, cyfluthrin, ethephon, fenthion, methamidophos, methomyl, paraquat u triazophos (7) li turi livell ogħla ta' MRL milli dak imdaħħal minn dik id-Direttiva fid-Direttiva 86/362/KEE li huwa sigur għall-konsumaturi. L-MRL imdaħħal mid-Direttiva 2006/61/KE għandu għalhekk ikun revokat minn wieħed ogħla.

(7)

Fil-każ li l-użi awtorizzati fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirrizultawx f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq prodott ta’ l-ikel, jew fejn l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew sostnuti bid-data meħtieġa, jew fejn użi f'pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunux ġew sostnuti bit-tali informazzjoni meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx ta' l-osservanza analitika.

(8)

Għalhekk huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda għal dawk il-pestiċidi.

(9)

L-iffissar jew l-immoddifikar ta' MRLs proviżorji fil-livell Komunitarju ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għall-phenmedipham, linuron, penconazole u pymetrozin skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa meqjus li perjodu ta’ żmien ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRL proviżorju Komunitarju għandu mbagħad isir definittiv.

(10)

Id-Direttiva 90/642/KEE għandha għalhekk tkun emendata għal dawn ir-ragunijiet.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 86/362/KE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KE huwa emendat skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   Fir-rigward ta' l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa l-20 ta’ Jannar 2007 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' dik id-Direttiva. Huma għandhom imbagħad jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-21 ta’ Jannar 2007.

2.   Fir-rigward ta' l-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-15 ta’ Awwissu 2007 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tinkiseb konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-16 ta’ Awwissu 2007.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandha ssir referenza għal din id-Direttiva meta jkunu ippubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Frar 2007.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 31).

(2)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE.

(3)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/136/KE (ĠU L 349, 12.12.2006, p. 42).

(4)  Linji ta' gwida għat-tbassir ta' assorbiment alimentari ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm Alimentari f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

(5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 5).

(6)  L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma' l-emendar ta' l-annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP, l-14 ta’ Lulju 1998); L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiåidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998) http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html

(7)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 12.


ANNESS I

Fil-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE, il-linja għall-atrazine tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Residwi tal-Pestiċida

Livell massimu f’mg/kg

“Atrazine

0,1 (t)

ĊEREALI


(t)  Tindika li l-livell massimu ta' residwi ġie stabbilit b'mod temporanju sa l-1 ta' Jannar 2008 sakemm tasal data li trid tiġi sottomessa mill-applikant. Jekk ma tinkiseb ebda data sa dik id-data, l-MRL jiġi irtirat b'Direttiva jew Regolament.”


ANNESS II

L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE huwa emendat kif ġej: F'Parti A, il-kolonni għal lambda-cyhalothrin, phenmedipham, methomyl, linuron, penconazole, pymetrozine, bifenthrin u abamectin, jiġu sostitwiti b'li ġej:

 

Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Lambda-ċijalotrin

Phenmedipham

Methomyl/Thiodicarb

(somma espressa bħala methomyl)

Linuron

Penconazole

Pymetrozine

Il-bifenthrin

Abamectin

(somma ta’ avermectin B1a, avermectin B1b u delta-8,9 isomer ta’ l-avermectin B1a)

“1.

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

 

0,05  (*)  (p)

 

 

0,05  (*)

0,3

0,1

0,01  (*)

Grejpfrut

0,1

 

0,5

 

 

 

 

 

Lumi

0,2

 

1

 

 

 

 

 

Lajm

0,2

 

1

 

 

 

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

0,2

 

1

 

 

 

 

 

Larinġ

0,1

 

0,5

 

 

 

 

 

Pomelos

0,1

 

0,5

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

 

 

 

 

(ii)

ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

Lewż

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

 

 

 

Kexjus jew ġwież ta’ l-anakardju

 

 

 

 

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

 

 

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

0,1

0,05  (*)  (p)

0,2

 

0,2

0,02  (*)

0,3

0,01  (*)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

0,2

0,01  (*)

Berquq

0,2

 

0,2

 

0,1

0,05

 

 

Ċiras

 

 

0,1

 

 

 

 

 

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili)

0,2

 

0,2

 

0,1

0,05

 

 

Għanbaqar

 

 

0,5

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,1

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)

 

 

(v)

FROTT ŻGĦIR

 

 

 

 

 

 

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

0,2

0,05  (*)  (p)

 

 

0,2

0,02  (*)

0,2

0,01  (*)

Għeneb tal-mejda

 

 

0,05  (*)

 

 

 

 

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

1

 

 

 

 

 

(b)

Frawli (għajr dak selvaġġ)

0,5

0,1  (p)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,5

0,5

0,1

(c)

Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ)

0,02  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

 

 

 

Tut

 

 

 

 

 

3

0,3

0,1

Dewberries

 

 

 

 

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

 

 

 

 

Lampun

 

 

 

 

 

3

0,3

0,1

Oħrajn

 

 

 

 

 

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

(d)

Frott żgħir (għajr dawk selvaġġi)

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

 

 

 

0,01  (*)

Bilberries

0,02  (*)

 

 

 

 

 

 

 

Cranberries

0,02  (*)

 

 

 

 

 

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

0,1

 

 

 

0,5

0,1

0,5

 

Gooseberries

0,1

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

 

 

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

 

(e)

Berries u frott żgħir salvaġġ

0,2

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

(vi)

DIVERSI

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)

 

 

Avokado

 

 

 

 

 

 

 

 

Banana

 

 

 

 

 

 

0,1

 

Tamal

 

 

 

 

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

 

 

 

 

Mango

 

 

 

 

 

 

0,3

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

0,5

 

 

 

 

 

 

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

0,5

 

 

 

 

 

 

 

Papaja

 

 

 

 

 

 

0,5

0,05

Passion fruit

 

 

 

 

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

 

 

 

 

0,05  (*)

0,01  (*)

2.   

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

(i)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

 

 

 

 

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

Pitrava zokkrija

 

0,1  (p)

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

0,2  (p)

 

 

 

 

Cassava

 

 

 

 

 

 

 

 

Krafes

0,1

 

 

0,5  (p)

 

 

 

 

Mustarda użata għaz-zalza

 

 

 

 

 

 

 

 

Qaqoċċ

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija bajda

 

 

 

0,2  (p)

 

 

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

 

0,2  (p)

 

 

 

 

Ravanell

0,1

 

0,5

 

 

 

 

 

Sassefrika

 

 

 

 

 

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

 

 

 

Swedes

 

 

 

 

 

 

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassica

 

 

 

 

 

 

 

 

Jam

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

Tewm

 

 

 

 

 

 

 

 

Basal

 

 

 

 

 

 

 

 

Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ Shallots

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta' basal li jissejjaħ Spring onions

0,05

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

 

 

 

 

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

0,05  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

(a)

Solanacea

 

 

 

 

 

 

0,2

 

Tadam

0,1

 

0,2

 

0,1

0,5

 

0,02

Bżar

0,1

 

0,2

 

0,2

1

 

0,05

Brunġiel

0,5

 

0,2

 

0,1

0,5

 

0,02

Okra

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)

 

0,01  (*)

(b)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken — tal-qoxra li tittiekel

0,1

 

0,05  (*)

 

0,1

0,5

0,1

0,02

Ħjar

 

 

 

 

 

 

 

 

Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

Qarabali

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(c)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken tal-qoxra li ma tittikilx

0,05

 

0,05  (*)

 

0,1

0,2

0,05  (*)

0,01  (*)

Bettiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħxejjex li jissejħu squashes

 

 

 

 

 

 

 

 

Dullieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Qamħirrum

0,05

 

0,05  (*)

 

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

 

0,05  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

 

0,01  (*)

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

0,1

 

 

 

 

0,02  (*)

0,2

 

Brokkli (inkluża il-Calabrese)

 

 

0,2

 

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,05  (*)

 

 

 

 

 

(b)

Brassica bir-ras

 

 

0,05  (*)

 

 

 

1

 

Kaboċċi ta’ Brussell

0,05

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċa tar-ras

0,2

 

 

 

 

0,05

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

 

 

 

0,02  (*)

 

 

(c)

Brassica bil-weraq

1

 

0,05  (*)

 

 

0,2

0,05  (*)

 

Kaboċċa taċ-Ċina

 

 

 

 

 

 

 

 

Kale

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Qarabali

0,02  (*)

 

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)

0,05  (*)

 

(v)

ĦXEJJEX LI JITTIEKLU L-WERAQ TAGĦHOM & ĦAXIX AROMATIKU FRISK

 

 

 

 

0,05  (*)

 

 

 

(a)

Ħass u simili

1

0,05  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

2

2

0,1

Krexxuni

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħass

 

 

0,3

 

 

 

 

 

Scarole (endive tal-werqa wiesa)

 

 

 

 

 

 

 

 

Insalata

 

 

 

 

 

 

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,05  (*)

 

 

 

 

 

(b)

Spinaċi u simili

0,5

0,5  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

Spinaċi

 

 

0,05

 

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,05  (*)

 

 

 

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,02  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

(d)

Witloof

0,02  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

(e)

Ħwawar

1

7

0,3

1  (p)

 

1

0,05  (*)

1

Maxxita

 

 

 

 

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

0,05  (*)

1

 

0,01  (*)

Fażola (bl-imżiewed)

0,2

 

 

 

 

 

0,50

 

Fażola (mingħajr imżiewed)

 

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Piżelli (bl-imżiewed)

0,2

 

 

 

 

 

0,1

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

0,2

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

0,05  (*)

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

 

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

Asparagu

 

 

 

 

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

 

 

 

 

Karfus

0,3

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Bużbież

0,3

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Qaqoċċ

 

0,2  (p)

 

 

0,2

 

 

 

Kurrat

0,3

 

 

 

 

 

 

 

Rabarbru

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

0,05  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

 

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

0,02  (*)

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

0,5

 

 

 

 

 

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,02  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

Fażola

 

 

 

 

 

 

 

 

Għazz

 

 

 

 

 

 

 

 

Piżelli

 

 

 

 

 

 

 

 

Lupini

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Żjut ta’ żrieragħ

0,02  (*)

0,1  (*)  (p)

 

0,1  (*)  (p)

0,05  (*)

 

0,1  (*)

0,02  (*)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

 

 

 

 

 

Karawett

 

 

0,1

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġulġlien

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

 

0,1

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

0,1

 

 

0,05

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)

 

 

5.

Patata

0,02  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)

0,02  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

Patata bikrija

 

 

 

 

 

 

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

TE (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

1

0,1  (*)  (p)

0,1  (*)

0,1  (*)  (p)

0,1  (*)

0,1  (*)

5

0,02  (*)

7.

ĦOPS (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat

10

0,1  (*)  (p)

10

0,1  (*)  (p)

0,5

15

10

0,05


(*)  Tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.

(p)  Tindika li l-livell ta’ residwu massimu jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett mis-7 ta’ Marzu 2011.”