21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/1


DEĊIŻJONI Nru 1530/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta’ Ottubru 2007

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta b’diżastri.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mobilizzat.

(4)

Il-Ġermanja u Franza ressqu applikazzjonijiet sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, fir-rigward ta' żewġ diżastri kkawżati minn maltemplata kbira u minn ċiklun tropikali rispettivament,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 172 195 985 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 24 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.