3.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 202/18


DEĊIŻJONI Nru 930/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ġunju 2007

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta' l-UE skond il-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-Punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond tas-Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta b’diżastri.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat.

(4)

L-Ungerija u l-Greċja ppreżentaw applikazzjonijiet sabiex jimmobilizzaw il-Fond, għal żewġ diżastri kkawżati bl-għargħar,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun immobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 24 370 114 f’approprijazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

G. GLOSER


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.