18.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 332/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2007

dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-Salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus f’ċerti pajjiżi terzi skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni 2006/696/KE, fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti tas-saħħa pubblika fl-importazzjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis.

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6094)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/843/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jkun hemm ġewwa l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, jistipula r-rekwiżiti għall-kontroll tas-Salmonella f’popolazzjonijiet tat-tjur differenti ta’ l-Istati Membri. Ir-rekwiżiti japplikaw għall-Istati Membri mid-dati stipulati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari 18-il xahar wara li tiġi stabbilita mira għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella.

(2)

Il-mira għal tnaqqis bħal dan tapplika għal qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus mill-1 ta’ Lulju 2005 skond ir-Regolament (KE) Nru 1003/2005 tal-Kummissjoni (4), għal tiġieġ tal-bajd mill-1 ta’ Awwissu 2006 skond ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006 u għal brojlers mill-1 ta’ Lulju 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 646/2007 (5).

(3)

Il-Kanada, l-Iżrael, it-Tuneżija u l-Istati Uniti bagħtu lill-Kummissjoni l-programmi ta’ kontroll tagħhom għas-Salmonella fit-tjur għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, bajd għat-tfaqqis tagħhom u flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir. Instab li dawn il-programmi jagħtu garanziji l-istess għall-garanziji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE tat-28 ta’ Awwissu 2006 li tistipula lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn jistgħu jiġu importati fil-Komunità, jew jgħaddu bi transitu mill-Komunità, tjur, bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ jum, laħam tat-tjur, tjur li ma jtirux u tjur selvaġġi tal-kaċċa, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni, u l-kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli, u temenda id-Decizjonijiet 93/342/KEE, 2000/585/KE u 2003/812/KE (6) tkopri importazzjonijiet fi u transitu fil-Komunità ta’ b’mod partikolari tjur għat-tgħammir u għall-produzzjoni, bajd għat-tfaqqis u flieles ta’ jum u tistipula lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw l-annimali u l-bajd għat-tfaqqis rilevanti.

(5)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, iż-żieda jew iż-żamma fil-lista ta’ pajjiżi terzi prevista fil-leġiżlazzjoni Komunitarja li minnha Stati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw l-annimali u l-bajd għat-tfaqqis rilevanti koperti minn dak ir-Regolament hija soġġetta għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta’ programm ekwivalenti għal programmi ta’ kontroll nazzjonali għas-Salmonella li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, u l-approvazzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

(6)

Bħala konsegwenza ta’ l-approvazzjoni tal-programmi, il-Kanada, l-Iżrael, it-Tuneżija u l-Istati Uniti għandhom jitħallew fil-lista stipulata fid-Deċiżjoni 2006/696/KE ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw tjur għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, bajd għat-tfaqqis tiegħu u flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir.

(7)

Ċerti pajjizi terzi oħrajn attwalment elenkati fid-Deċiżjoni 2006/696/KE għadhom ma bagħtu l-ebda programm ta’ kontroll għas-Salmonella lill-Kummissjoni. Minħabba li r-rekwiżiti għat-tjur tat-tgħammir ta’ Gallus gallus, bajd għat-tfaqqis tiegħu u flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir, diġà japplikaw fi ħdan il-Komunità, għalhekk importazzjonijiet ta’ tali tjur u bajd minn dawn il-pajjiżi terzi ma għandhomx jiġu aktar awtorizzati. Il-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħha stipulati fil-Parti 1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Biex jingħataw garanziji, ekwivalenti għar-rekwiżiti fil-Komunità, pajjiżi terzi, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw tjur għat-tgħammir jew għall-produzzjoni ta’ Gallus gallus, bajd għat-tfaqqis tiegħu u flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus, għandhom jiċċertifikaw li l-programm ta’ kontroll tas-Salmonella ġie applikat fuq qatgħa ta’ oriġini u li l-qatgħa ġiet ittestjata għall-preżenza ta’ serotipi ta’ Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika hekk kif ir-rekwiżiti jkunu japplikaw għall-popolazzjonijiet ta’ tjur differenti fil-Komunità.

(9)

B’żieda ma’ dan, skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, sa mill-1 ta’ Jannar 2007, qatgħat ta’ Gallus gallus infettati bis-Salmonella Enteritidis u/jew Salmonella Typhimurium ma jistgħux jintużaw fil-Komunità għal għanijiet ta’ tgħammir u l-bajd tagħhom ma jistax jintuża bħala bajd għat-tfaqqis. Għalhekk, tjur għat-tgħammir, flieles ta’ jum maħsub għat-tgħammir u bajd għat-tfaqqis għandhom jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fil-Komunità biss jekk il-qatgħat ta’ oriġini huma ttestjati u ħielsa mis-Salmonella Enteritidis u mis-Salmonella Typhimurium.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-użu ta’ metodi ta’ kontroll speċifiċi fil-qafas ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella fit-tjur (7), jistipula ċerti regoli għall-użu ta’ antimikrobiċi u tilqim fil-qafas tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali approvati mill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(11)

Pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw tjur għat-tgħammir u għall-produzzjoni ta’ Gallus gallus, bajd għat-tfaqqis u flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus, għandhom jiċċertifikaw li r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u tilqim previsti fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006 ġew applikati hekk kif ir-rekwiżiti japplikaw għall-popolazzjonijiet tat-tjur differenti fil-Komunità. Jekk intużaw antimikrobiċi fi flieles ta’ jum għal raġunijiet għajr għall-kontroll tas-Salmonella, dan ukoll għandu jiġi indikat fuq iċ-ċertifikat minħabba li użu tali jista’ jinfluwenza l-ittestjar għas-Salmonella fl-importazzjoni.

(12)

Il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ tjur għat-tgħammir u għall-produzzjoni, flieles ta’ jum u bajd għat-tfaqqis fid-Deċiżjoni 2006/696/KE għandhom jiġu emendati skond dan. Biex fil-ġejjieni jiġu evitati emendi għall-mudell ta’ ċertifikati veterinarji fiż-żmien meta d-dispożizzjonijiet dwar importazzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 2160/2006 jsiru applikabbli għal tjur produttiv u flieles ta’ jum, għajr għat-tgħammir, il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għandu jiġu emendat għal importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali wkoll, b’indikazzjoni ċara meta dawn l-emendi japplikaw għall-popolazzjonijiet differenti.

(13)

Il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007. Minn din id-data, id-dispożizzjonijiet dwar kummerċ intrakomunitarju stipulat fid-Deċiżjoni 2006/696/KE japplika għal dawn l-Istati Membri ġodda. Għalhekk il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jitneħħew mil-listi ta’ pajjiżi terzi approvati għall-importazzjonijiet mill-Istati Membri u stipulati fil-Parti 1 ta’ l-Anness I u II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE.

(14)

Biex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati veterinarji maħruġa skond id-Deċiżjoni 2006/696/KE, kif miktuba attwalment, għandhom jiġu permessi għal perjodu ta’ 60 jum mid-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.

(15)

Madankollu, biex fil-ġejjieni jiġu evitati emendi għall-mudell ta’ ċertifikati veterinarji fiż-żmien meta d-dispożizzjonijiet dwar importazzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 2160/2006 jsiru applikabbli għal tiġieġ tal-bajd u brojlers ta’ Gallus gallus, il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għandu jiġu emendat għal importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali wkoll, b’indikazzjoni ċara meta dawn l-emendi japplikaw għall-popolazzjonijiet differenti. Id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi għandha għalhekk tiġi mtawwla kif xieraq.

(16)

Id-Deċiżjoni 2006/696/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programmi ta’ kontroll mibgħuta mill-Kanada, mill-Iżrael, mit-Tuneżija u mill-Istati Uniti skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huma b’dan approvati fir-rigward tas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ tal-bajd.

Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kunsinni ta’ tjur għat-tgħammir jew għall-produzzjoni għajr għal tjur li ma jtirux, flieles ta’ jum u bajd għat-tfaqqis tat-tjur għajr għal tjur li ma jtirux li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji skond id-Deċiżjoni 2006/696/KE, fil-verżjoni li tapplika għal qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni attwali jistgħu jiġu importati fil-Komunità għal perjodu ta’ 60 jum wara d-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni attwali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-15 ta’ Frar 2008.

Madankollu, għandhom japplikaw punti II.2.5 tal-mudell taċ-ċertifikat għal tjur għat-tgħammir jew għall-produzzjoni għajr għal tjur li ma jtirux, II.2.4 tal-mudell taċ-ċertifikat għal flieles ta’ jum għajr għal dawk ta’ tjur li ma jtirux fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE kif emendat bid-Deċiżjoni attwali.

Mill-1 ta’ Jannar 2009, jekk it-tjur ta’ produzzjoni jew flieles ta’ jum huma maħsuba biss għall-produzzjoni tal-laħam.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5).

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1168/2006 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).

(5)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.

(6)  ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1237/2007.

(7)  ĠU L 212, 2.8.2006, p. 3.


ANNESS

(1)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“Parti 1

Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)

Pajjiż

Kodiċi tat-territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Mudell(i)

Garanziji Addizzjonali

1

2

3

4

5

6

AR – l-Arġentina

AR-0

 

SPF

 

 

AU – l-Awstralja

AU-0

 

BPP, DOC, HEP, SPF, SRP

 

A

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

BR – il-Brażil

BR-0

 

SPF

 

 

BR-1

L-Istati ta’ Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

A

BR-2

L-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

BPR, DOR, HER, SRA

 

 

BW – il-Botswana

BW-0

 

SPF

 

 

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

CA – il-Kanada

CA-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SPF, SRP

IV

 

CH – l-Iżvizzera

CH-0

 

 (**)

 

 

CL – iċ-Ċilì

CL-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

 

A

HR – il-Kroazja

HR-0

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

 

A

GL – Greenland

GL-0

 

SPF

 

 

IL – l-Iżrael

IL-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRP

IV

 

IS – l-Iżlanda

IS-0

 

SPF

 

 

MG – il-Madagaskar

MG-0

 

SPF

 

 

MX – il-Messiku

MX-0

 

SPF

 

 

NA – in-Namibja

NA-0

 

SPF

 

 

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

NZ – New Zealand

NZ-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

 

A

PM —

San Pierre u Miquelon

PM-0

 

SPF

 

 

TH – it-Tajlandja

TH-0

 

SPF

 

 

TN – it-Tuneżija

TN-0

 

DOR, BPR, BPP, HER, SPF

IV

 

TR – it-Turkija

TR-0

 

SPF

 

 

US – l-Istati Uniti

US-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

IV

 

UY – l-Urugwaj

UY-0

 

SPF

 

 

ZA – l-Afrika t’Isfel

ZA-0

 

SPF

 

 

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fit-taqsima bis-subintestatura “Garanziji Addizzjonali (GA)”, jiżdied dan li ġej:

“IV

:

Garanziji rilevanti għal tjur għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir u bajd għat-tfaqqis ta’ Gallus gallus b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-UE dwar il-kontroll tas-Salmonella, ġew ipprovduti u għandhom jiġu ċċertifikati skond il-mudell BPP, DOC u HEP rispettivament.”

(ii)

wara t-taqsima bis-subintestatura “Garanziji Addizzjonali (GA)”, tiżdied it-taqsima li ġejja:

“Kundizzjonijiet speċifiċi:

‘A’

:

Il-projbizzjoni ta’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ tjur għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir u bajd għat-tfaqqis ta’ Gallus gallus minħabba li programm ta’ kontroll tas-Salmonella b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 ma ntbagħatx lill-Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.”

(iii)

il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal tjur għat-tgħammir jew għall-produzzjoni għajr għal tjur li ma jtirux (BPP) jinbidel b’dan li ġej:

“Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għat-tjur għat-għammir jew għall-produzzjoni għajr għal tjur li ma jtirux (BPP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(iv)

il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal flieles ta’ jum għajr għal dawk ta’ tjur li ma jtirux (DOC) jinbidel b’dan li ġej:

“Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ jum għajr għal dawk ta’ tjur li ma jtirux (DOC)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(v)

il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal bajd għat-tfaqqis ta’ tjur għajr għal tjur li ma jtirux (HEP) jinbidel b’dan li ġej:

“Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tfaqqis ta’ tjur għajr għal tjur li ma jtirux (HEP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Fil-Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE, l-annotazzjonijiet għall-Bulgarija u r-Rumanija huma mħassra.


(*)  Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni speċifiċi pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(**)  Ċertifikati skond il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).”