7.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 289/45


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2007

rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5452)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/718/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ġie ddikjarat li kien hemm tfaqqigħat tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru.

(2)

Il-qagħda tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru tista' tipperikola l-merħliet fl-Istati Membri l-oħra, fid-dawl tal-kummerċ ta' annimali bijungulati ħajjin u tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tagħhom.

(3)

Ċipru ħadet miżuri fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE and 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (3), u introduċiet miżuri addizzjonali fiż-żoni milquta.

(4)

Il-qagħda tal-marda f'Ċipru tagħmilha meħtieġa li jissaħħu l-miżuri ta' kontroll li ħadet Ċipru għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

(5)

Huwa xieraq li jiġu ddefiniti bħala miżura permanenti ż-żoni ta’ riskju għoli u baxx fl-Istati Membri affettwati u li tiġi prevista l-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali suxxettibbli miż-żoni ta’ riskju għoli u baxx u fuq id-dispaċċ ta' prodotti li joriġinaw minn annimali suxxettibbli fiż-żona ta' riskju għoli. Id-Deċiżjoni għandha wkoll tistipula r-regoli applikabbli għad-dispaċċ minn dawk iż-żoni ta' prodotti sikuri li jew kienu prodotti qabel ir-restrizzjonijiet, minn materja prima li oriġinat minn barra ż-żoni ristretti jew li għaddew minn trattament li kien ippruvat effettiv f'li jinattiva l-possibilità tal-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

(6)

Id-daqs taż-żoni definiti ta' riskju huwa funzjoni diretta tar-riżultat minn traċċar ta' kuntatti possibbli ma' azjenda infettata u jagħti kas tal-possibilità li jkunu implimentati kontrolli suffiċjenti fuq iċ-ċaqliq ta' annimali u prodotti. F'dan il-waqt u fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta minn Ċipru, Ċipru kollha għandha bħalissa tibqa' żona ta' riskju għoli.

(7)

Il-projbizzjoni tad-dispaċċ għandha tkopri biss prodotti li ġejjin minn annimali ta' speċi suxxettibbli li ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni ta' riskju għoli elenkati fl-Anness I u ma għandhiex teffettwa t-tranżitu minn dawn iż-żoni ta' prodotti bħal dawn li jkunu ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw f'żoni oħra.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (4), tirrigwarda problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' annimali bovini u suwini.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (5), tirrigwarda kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-animali ovini u kaprini.

(10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ saħħa ta’ l-annimali stipulati f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (6), tirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kummerċ ta' bijungulati oħra u fis-semen, l-ova u l-embrijuni tan-nagħaġ u l-mogħoż, u ta' l-embrijuni ta' annimali porċini.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (7) jirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament, preparati tal-laħam, laħam tal-kaċċa minn stabbilimenti agrikoli, inklużi stonkujiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, u prodotti tal-ħalib.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (8) jirrigwarda, fost l-oħrajn, l-immarkar sanitarju ta' ikel ta' oriġini mill-annimali.

(13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (9) tistipula t-trattament speċifiku tal-prodotti tal-laħam li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/304/KE tal-11 ta’ April 2001 dwar il-marki u l-użu ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali skond id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (10) tirrigwarda marka sanitarja speċifika li għandha tkun applikata għal ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali li għandhom ikunu ristretti għas-suq nazzjonali. Huwa xieraq li jiġu stipulati f'Anness separat marki simili fil-każ ta' marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru.

(15)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (11) tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (12) jipprovdi għal firxa ta' trattamenti ta' prodotti sekondarji mill-annimali li huma tajbin biex jiddiżattivaw il-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE (13) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen iffriżat ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini.

(18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE (14) tirrigwarda kundizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (15) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi porċina.

(20)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (16) tipprovdi għal mekkaniżmu biex ikunu kkumpensati azjendi effettwati għal telf li jkun sar b'riżultat ta' miżuri ta' kontroll tal-marda

(21)

Sa fejn prodotti mediċinali definiti fid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward prodotti medicinali veterinarji (17), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Knusll tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għal użu uman (18), u d-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati ma' l-implimentazzjoni ta' prattika klinika tajba fil-mod kif isiru l-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għal użu uman (19) ma għadhomx jaqgħu aktar fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma għandhom ikunu esklużi minn restrizzjonijiet marbuta mas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti minn din id-Deċiżjoni.

(22)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 rigward listi ta' annimali u prodotti soġġetti għal kontrolli f'postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera skond id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (20) jistipula deroga mill-iċċekkjar veterinarju għal ċerti prodotti li jkollhom prodotti ta' l-annimali. Huwa xieraq li jitħalla jsir dispaċċ miż-żoni ta' riskju għoli ta' prodotti bħal dawn skond sistema ta' ċertifikazzjoni simplifikata.

(23)

L-Istati Membri barra Ċipru għandhom jappoġġjaw il-miżuri ta' kontroll tal-marda li jsiru fiż-żoni affettwati billi jiżguraw li annimali suxxettibbli ħajjin ma jkunux konsenjati lil dawk iż-żoni.

(24)

Sabiex tinftiehem aħjar il-qagħda epidemjoloġika u sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvelar ta' infezzjoni possibbli, jeħtieġ li jkun infurzat moratorju prolongat għall-bhejjem fil-gżira filwaqt li tingħata l-possibilità għat-tbiċċir u t-trasport ta' equidae taħt kondizzjonijiet kontrollati.

(25)

Il-qagħda għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali skedata għall-3 ta' Diċembru 2007, u l-miżuri għandhom jiġu adattati fejn ikun meħtieġ.

(26)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Annimali ħajjin

1.   Bla ħsara għall-miżuri li ħadet Ċipru fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE, u partikolarment l-implimentazzjoni ta' żona ta' kontroll temporanja skond l-Artikolu 7(1) u projbizzjoni taċ-ċaqliq kif stipulat fl-Artikolu 7(3) ta' dik id-Direttiva, Ċipru għandha tiżgura li jintlaħqu l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.

2.   Ebda annimal ħaj ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta' bijungulati oħra ma għandu jiċċaqlaq bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

3.   Ebda annimal ħaj ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta' bijungulati oħra ma jintbagħat minn jew ikun imċaqlaq bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti ta' Ċipru jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu dirett u bla interruzzjoni ta' annimali bijungulati bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II f'toroq prinċipali u f'linji tal-ferroviji.

5.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa, kif previsti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-annimali ħajjin bovini u porċini u fid-Direttiva 91/68/KEE għall-annimali ħajjin ovini u kaprini, annimali supplementari mibgħuta minn partijiet tat-territorju ta' Ċipru li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

“Annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

6.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa li jakkumpanjaw il-bijungulati, għajr dawk koperti biċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 5, mibgħuta minn partijiet tat-territorju ta' Ċipru li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

“Annimali bijungulati ħajjin konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

7.   Annimali akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 jistgħu biss jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra jekk l-awtorità veterinarja lokali f'Ċipru tkun innotifikat, tlitt ijiem qabel iċ-ċaqliqa, lill-awtoritajiet ċentrali u lokali fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

8.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Ċipru jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta' annimali ta' speċi suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer mill-azjenda li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness II għal biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

Laħmijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “laħmijiet” jinkludu “laħam frisk”, “laħam ikkapuljat”, “laħam separat mekkanikament” u “preparati tal-laħam” kif definiti fil-punti 1.10, 1.13, 1.14 u 1.15 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.   Ċipru ma għandhirx tibgħat laħmijiet ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra li ġejjin jew li nkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

3.   Laħmijiet li mhumiex eliġibbli biex jintbagħtu minn Ċipru skond din id-Deċiżjoni għandhom ikunu mmarkati skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2002/99/KE jew skodn l-Anness IV.

4.   Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:

(a)

il-laħam ikun identifikat b'mod ċar, u li kien trasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli, skond din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

il-laħam ikun konformi ma' waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun inkiseb qabel il-15 ta' Settembru 2007; jew

(ii)

ikun ġej minn annimali mrobbija għal mill-inqas 90 jum, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta' inqas minn 90 jum, qabel il-id-data ta' tbiċċir u li tbiċċru, jew fil-każ ta' laħam li nkiseb minn annimali selvaġġi ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (“annimali selvaġġi”) li tbiċċru, lil hinn miż-żoni elenkati fl-Anness I u II; jew

(iii)

li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (ċ), (d) u (e);

(ċ)

il-laħam inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (“annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet”), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta' laħam f'kolonna waħda xierqa mill-kolonni 4 sa 7 fl-Anness III, u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali trabbew għal mill-inqas 90 jum qabel id-data ta' tbiċċir, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta' inqas minn 90 jum, f'azjendi li jinsabu fi ħdan iż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III, fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 90 jum qabel id-data ta' tbiċċir;

(ii)

matul il-21 jum qabel id-data ta' trasport lejn il-biċċerija, jew fil-każ ta' annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet qabel id-data ta' tbiċċir fir-razzett, l-annimali baqgħu taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet veterinarji kompetenti f'azjenda waħda li tinsab fiċ-ċentru ta' ċirku li għandu raġġ ta' mill-inqas 10 km madwar l-azjenda, fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 30 jum qabel id-data ta' kunsinna;

(iii)

l-ebda annimali ta' speċi suxxettibli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data ta' kunsinna, jew fil-każ ta' annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet qabel id-data ta' tbiċċir fir-razzett, minbarra fil-każ ta' ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta' forniment li tikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), li f'dan il-każ il-perjodu ta' 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 t ijiem;

Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-introduzzjoni fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) ta' annimali ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (i) u (ii) u li

ġejjin minn azjenda fejn l-ebda annimali ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott matul il-21 jum qabel id-data ta' trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii), ħlief fil-każ ta' ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta' forniment li f'dan il-każ il-perjodu ta' 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 t ijiem; jew

kienu soġġetti b'riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer imwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 10t ijiem qabel id-data ta' trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii); jew

li ġejjin minn azjenda li kienet soġġetta b'riżultat negattiv għal servej serjoloġiku skond protokoll ta' teħid ta' kampjuni adattat sabiex jiżvela 5 % prevalenza tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer b'mill-inqas 95 % livell ta' kunfidenza;

(iv)

l-annimali jew, fil-każ ta' annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet li tbiċċru fir-razzett, il-karkassi ġew trasportati taħt kontroll uffiċjali f'mezz tat-trasport li tnaddfu u li ġew diżinfettati qabel il-kunsinna mill-azjenda msemmija fil-punt (ii) lejn il-biċċerija eletta;

(v)

l-annimali tbiċċru f'inqas minn 24 siegħa wara l-ħin ta' wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li laħamhom mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(d)

il-laħam, jekk immarkat b'mod pożittiv fil-kolonna 8 ta' l-Anness III, inkiseb minn annimali selvaġġi, li nqatlu f'żoni fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas perjodu ta' 90 jum qabel id-data tal-qatla u f'distanza ta' mill-inqas 20 km miż-żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III;

(e)

Laħam imsemmi fil-punti (ċ) u (d) irid ukoll jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-dispaċċ ta' laħam tali għandu jkun awtorizzat biss mill-awtorità veterinarja kompetenti ta' Ċipru, jekk

l-annimali msemmija fil-punt (ċ)(iv) kienu ttrasportati lejn l-istabbiliment mingħajr kuntatt ma' azjendi li jinsabu f'żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III; u

l-istabbiliment ma jinsabx fiż-żona ta' protezzjoni;

(ii)

il-laħam huwa f'kull mument identifikat ċar, u jkun ittrattat, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(iii)

matul l-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta' tbiċċir fir-razzett ta' annimali selvaġġi mrobbija fir-razzett li jinsabu fl-azjenda msemmija fil-punt (ċ)(ii), jew fil-każ ta' annimali selvaġġi fl-istabbiliment ta' ġestjoni ta' l-annimali selvaġġi, l-ebda sinjal kliniku jew evidenza post-mortem tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma ġew stabbiliti;

(iv)

il-laħam baqa' fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii) għal mill-inqas 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem ta' l-annimali msemmija fil-punti (ċ) u (d),

(v)

kull preparazzjoni ulterjuri tal-laħam għad-dispaċċ lil hinn miż-żona elenkata fl-Anness I għandha tiġi sospiża:

fil-każ fejn il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ġiet dijanjostikata fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii), sakemm jitlestew kompletament it-tbiċċir ta' l-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali kollha, u jkunu għaddew mill-inqas 24 siegħa mit-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni totali ta' dawk l-istabbilimenti u l-azjendi taħt kontroll ta' veterinarju uffiċjali, u

fil-każ ta' tbiċċir fl-istess stabbiliment ta' annimali suxxettibbli għal marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-punt 4(ċ) jew (d), sakemm jitlestew it-tbiċċir ta' annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta' dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali;

(vi)

l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' dawk l-istabbilimenti u l-azjendi li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-punti (ċ), (d) u (e).

5.   Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

6.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn annimali mrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u ttrasportati, permezz ta' deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt kontroll uffiċjali mingħajr kuntatt ma' azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I barra ż-żona ta’ protezzjoni għal tbiċċir immedjat, bil-kondizzjoni li laħam frisk ta’ din ix-xorta jitqiegħed fis-suq biss fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull laħam frisk ta’ din ix-xorta għandu jkun immarkat skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skond l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni;

(b)

il-biċċerija

(i)

hija operata taħt kontroll veterinarju strett;

(ii)

tissospendi kull preparazzjoni ulterjuri ta' laħam gġal dispaċċ 'il barra miż-żoni elenkati fl-Anness I fil-każ ta' tbiċċir fl-istess biċċerija ta' annimali suxxettibbli għal marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I, sakemm jitlestew it-tbiċċir ta' annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta' dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali;

(ċ)

il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra minn Ċipru.

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta’ l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

7.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn impjanti tat-tqattigħ li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fl-istess jum, f'dak l-impjant tat-tqattigħ jiġi pproċessat laħam frisk biss kif deskritt fil-paragrafu (4). Wara l-ipproċessar ta' kwalunkwe laħam li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit, isiru t-tindif u d-diżinfezzjoni;

(b)

kull laħam jeħtieġlu jkollu fuqu l-marka sanitarja fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004/KE;

(ċ)

l-impjant tat-tqattigħ ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

(d)

il-laħam frisk ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw ma' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

8.   Prodotti tal-laħam mibgħuta minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Laħam konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

Artikolu 3

Prodotti tal-laħam

1.   Ċipru ma għandhiex tibgħat prodotti tal-laħam, inklużi stonkujiet, vexxiki u msaren trattati, ta' annimali ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra (“prodotti tal-laħam”) li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I jew ippreparati bl-użu ta' laħam miksub minn annimali li joriġinaw f'dawk iż-żoni.

2.   Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-laħam, inklużi stonkujiet, vexxiki u msaren trattati, li jkollhom marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tat-Taqsima I ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm il-prodotti tal-laħam:

(a)

ikunu identifikati b'mod ċar u li kienu trasportati u maħżuna mid-data tal-produzzjoni separatament minn prodotti tal-laħam mhumiex eliġibbli, skond din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

ikunu konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jew ikunu magħmula minn laħmijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4);

(ii)

ikunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti rilevanti stipulati għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti 1 ta' l-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE.

Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw ma' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

3.   Prodotti tal-laħam mibgħuta minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Prodotti tal-laħam, inklużi stonkujiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti tal-laħam, konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkunu ġew ipproċessati fi stabbiliment li jopera l-Hazard Analysis and Critical Control Points (HACCP) u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards ta' l-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti għat-trattament stabbiliti fil-punt (b)(ii) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil ma' l-Artikolu 9(1).

5.   B'deroga mid-dispożizzjoni fil-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti tal-laħam li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana skond il-punt (b)(ii) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 f'kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 4

Ħalib

1.   Ċipru ma għandux jibgħat miż-żoni elenkati fl-Anness I ħalib, sew jekk maħsub għall-konsum uman sew jekk mhuwiex.

2.   Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ħalib prodott minn annimali miżmuma f'żoni elenkati fl-Anness I li jkun ġie soġġett għal trattament fi qbil ma':

(a)

Il-Parti A ta' l-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ikun maħsub għall-konsum uman; or

(b)

Il-Parti B ta' l-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ma jkunx maħsub għall-konsum uman jew inkella jkun maħsub għall-għalf ta' l-annimali ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

3.   Bil-kundizzjonjiet li ġejjin, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ħalib ippreparat fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I:

(a)

il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 jew inkella jinkiseb minn annimali mrobbija u maħluba barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

(ċ)

il-ħalib ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(d)

it-trasport ta' ħalib mhux ipproċessat minn stabbilimenti agrikoli barra miż-żoni elenkati fl-Anness I lejn l-istabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I isir f'vetturi li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel l-operazzjoni u li ma jkun kellhom l-ebda kuntatt sussegwenti ma' stabbilimenti fiż-żoni elenkati fl-Anness I li jżommu annimali ta' speċijiet suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer;

Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw ma' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

4.   Ħalib mibgħut minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandu jkun akkumpanjat b'ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

5.   B'deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta' ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards ta' l-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil ma' l-Artikolu 9(1).

6.   B'deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) jew (b) u li jkun għadda minn trattament bis-sħana f'kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżomm stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkun akkumpanjat b'dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 5

Prodotti tal-ħalib

1.   Ċipru ma għandhiex tibgħat miż-żoni elenkati fl-Anness I prodotti tal-ħalib, sew jekk maħsuba għall-konsum uman sew jekk mhumiex.

2.   Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib:

(a)

prodotti qabel il-15 ta' Settembru 2007; jew

(b)

ippreparati minn ħalib konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2) jew (3), jew

(ċ)

għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz fejn il-kundizzjonijiet ta' l-importazzjoni jippermettu li prodotti bħal dawn jgħaddu minn trattament differenti minn dak stipulat fl-Artikolu 4(2) li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

3.   Bla ħsara għall-Kapitolu II tas-Sezzjoni IX ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman li jkunu:

(a)

prodotti minn ħalib ta' pH ikkontrollat ta' anqas minn 7,0 u li jkun għadda minn trattament tas-sħana b'temperatura talanqas ta' 72 °C u għal talanqas 15-il sekonda, bil-kundizzjoni li dan it-trattament ma jkunx meħtieġ għal prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa ta' l-annimali stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

prodotti minn ħalib mhux ipproċessat ta' annimali bovini, ovini jew kaprini li għal talanqas 30 jum, kienu residenti f'azjenda li tinsab f'żona elenkata fl-Anness I, fiċ-ċentru ta' ċirku ta' raġġ ta' mhux anqas minn 10 km li fih ma tkun seħħet l-ebda tfaqqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fit-30 jum qabel il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat, u li jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta' maturazzjoni ta' mhux anqas minn 90 jum, li matulu l-pH titniżżel taħt 6,0 fis-sustanza kollha, u li l-qoxra tagħhom tkun ġiet trattata b'0,2 % aċidu ċitriku immedjatament qabel it-tgeżwir jew il-pakkeġġar.

4.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I fil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2) jew inkella jkun minn annimali barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

il-prodotti kollha tal-ħalib użati fil-prodott finali jew ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) u (b) jew il-paragrafu 3 jew inkella jkunu magħmulin minn ħalib minn annimali barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(ċ)

l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

(d)

il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati ċar, u jkunu ttrasportati u maħżuna separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw ma' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

5.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbiliment li jkun barra ż-żoni elenkati fl-Anness I li juża ħalib miksub qabel il-15 ta' Settembru 2007, sakemm il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati b'mod ċar u trasportati u maħżuna separatament minn prodotti tal-ħalib li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra dawk iż-żoni.

6.   Prodotti tal-ħalib mibgħuta minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Prodotti tal-ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

7.   B'deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta' ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) u l-paragrafi 3 u 4 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards ta' l-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil ma' l-Artikolu 9(1).

8.   B'deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta' prodotti tal-ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b), l-paragrafi 3 u 4 u li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana f'kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 6

Semen, ova u embrijuni

1.   Ċipru ma għandhiex tibgħat semen, ova u embrijuni ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta' bijungulati oħra (“semen, ova u embrijuni”) miż-żoni elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

2.   Il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

semen, ova u embrijuni prodotti qabel il-15 ta' Settembru 2007;

(b)

semen u embrijoni ffriżati ta’ bovini, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijoni ffriżati tal-kaprini importati f'Ċipru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, mill-introduzzjoni tagħhom f'Ċipru nħażnu u ġew trasportati separatament minn semen, ova u embrijoni li mhumiex eliġibbli li jintbagħtu skond il-paragrafu 1;

(ċ)

semen u embrijuni ffriżati miksuba minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini miżmuma għal mill-inqas 90 jum qabel id-data ta' u matul il-ġabra minn barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II li:

(i)

inħażnu f'kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta' 30 jum qabel id-data ta' dispaċċ, u

(ii)

inġabru minn annimali donaturi li jinsabu f'ċentri jew f'azjendi li ilhom ħielsa mill-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta' ġbir tas-semen jew l-embrijuni u 30 jum wara d-data ta' ġbir u li jinsabu fiċ-ċentru ta' żona b'raġġ ta' 10 km li fiha ma kien hemm l-ebda każ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 30 jum qabel id-data ta' ġbir.

Qabel id-dispaċċ tas-semen jew l-embrijuni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw ma' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' ċentri u timijiet huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

3.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 88/407/KEE u li jakkumpanja s-semen bovin iffriżat mibgħut minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen bovin iffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

4.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 90/429/KEE u li jakkumpanja s-semen porċina ffriżat mibgħut minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen porċina ffrizżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

5.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 89/556/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni bovini ffriżati mibgħuta minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni bovini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

6.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja s-semen iffriżat ta’ l-ovini u l-kaprini mibgħuta minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen iffriżat ta’ l-ovini u l-kaprini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

7.   Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni ffriżati ta’ l-ovini u l-kaprini mibgħuta minn Ċipru lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni iffrizati ta’ l-ovini/kaprini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

Artikolu 7

Ġlud

1.   Ċipru ma għandhiex tibgħat ġlud ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta' bijungulati oħra (“ġlud”) miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ġlud li:

(a)

jkunu prodotti f'Ċipru qabel il-15 ta' Settembru 2007, jew

(b)

ikunu konformi mar-rekwiżiti skond il-punt (2)(ċ) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI ta' l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; or

(ċ)

kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu f'Ċipru kienu maħżuna u trasporatati separatament minn ġlud mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1.

Ġlud ittrattati għandhom ikunu sseparati minn ġlud mhux ittrattati.

3.   Ċipru għandha tiżgura li l-ġlud li jkunu għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

“Ġlud konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti (1)(b) sa (e) tal-Parti A tal-Kapitolu VI ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

5.   B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma' dawk ir-rekwiżiti fi qbil ma' l-Artikolu 9(1).

Artikolu 8

Prodotti oħra ta' l-annimali

1.   Ċipru ma għandhiex tibgħat prodotti ta' l-annimali ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 2 sa 7 prodotti wara l-15 ta' Settembru 2007 li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I, jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

Ċipru ma għandhiex tibgħat demel ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta' bijungulati oħra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex tapplikaw għal:

(a)

prodotti ta' l-annimali li:

(i)

kienu soġġetti għal trattament tas-sħana

trattament bis-sħana f'kontenitur ermetikament issiġillat b'valur Fo ta' 3,00 jew aktar, jew

trattament bis-sħana li fih it-temperatura ċentrali titla' sa talanqas 70 °C; or

(ii)

kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu f'Ċipru nħażnu u ġew trasporatati separatament minn ġlud mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1;

(b)

demm u prodotti tad-demm kif definiti fil-punti 4 u 5 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jkunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti pprovduti bil-punti 3(a)(ii) tal-Parti A tal-Kapitolu IV ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, segwiti b'eżami ta' l-effikaċja;

(ċ)

xaħam u xaħmijiet maħlula li jkunu għaddew mit-trattament bis-sħana stipulat bil-punt 2(d)(iv) tal-Parti B tal-Kapitolu IV ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d)

imsaren konformi mal-kundizzjonijiet fil-Parti A tal-Kapitolu 2 ta' l-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE u li jkunu tnaddfu, inbarxu, u mbagħad jew tmellħu, ġew ibbliċjati jew tnixxfru, u li wara jkunu tteħdulhom passi effikaċi biex ma jħallux li l-imsaren jerġgħu jiġu kkontaminati;

(e)

suf tan-nagħaġ, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu għaddew minn tindif fil-fabbrika jew li jkunu nkisbu mill-ikkunzar tal-ġlud u suf tan-nagħaġ mhux ipproċessat, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu magħluqin għal kollox fil-pakkeġġar u nexfin;

(f)

ikel ta' l-annimali domestiċi li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2 3 jew 4 tal-Parti B tal-Kapitolu II ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(g)

prodotti komposti li mhumiex suġġetti għal aktar ipproċessar u li fihom prodotti ta' oriġini mill-annimali, fil-fehma li t-trattament mhuwiex meħtieġ għall-prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa ta' l-annimali stipulati b'din id-Deċiżjoni;

(h)

trofej tal-kaċċa skond il-punti 1, 3 jew 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VII ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(i)

prodotti ta' l-annimali ppakkjati maħsuba għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju;

(j)

prodotti mediċinali kif deskritti fid-Direttiva 2001/83/KE, tagħmir mediku manifatturat bl-użu ta' tessut ta' l-annimali li jiġi kkawżat bħala mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva 93/42/KEE, prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fid-Direttiva 2001/82/KE u prodotti mediċinali investigattivi kif definiti fid-Direttiva 2001/20/KE.

3.   Ċipru għandha tiżgura li l-prodotti ta' l-annimali msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

“Prodotti ta' l-annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/718/KE tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti miżuri proviżorji ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'Ċipru”.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, għandu jkun biżżejjed, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d) u (f) ta’ dan l-Artikolu li l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-trattament imsemmija fid-dokument kummerċjali meħtieġ skond il-leġiżlazzjoni rispettiva tkun approvata skond l-Artikolu 9(1).

5.   B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 2(e), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara jew it-tindif fil-fabbrika jew l-oriġini mill-ikkonzar, jew inkella l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 1 u 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VIII ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

6.   B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 2(g) u li jkunu saru fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli ta' l-operat li tiżgura li l-ingredjenti pproċessati minn qabel jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa ta' l-annimali stipulati b'din id-Deċiżjoni, għandu jkun biżżejjed li dan jitniżżel fid-dokument li jakkumpanja l-kunsinna, approvat skond l-Artikolu 9(1).

7.   B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar “biss għall-użu dijanjostiku in-vitro” jew “biss għall-użu fil-laboratorju” jew bħala “tagħmir mediku”.

8.   B'deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti komposti li jissodifaw il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali, li jkollu l-kliem li ġej:

“Dawn il-prodotti komposti għandhom ħajja fit-tul f'temperatura tal-post jew li fil-manifattura tagħhom ikunu għaddew b'mod ċar minn proċess komplu ta' tisjir jew trattament bis-sħana mas-sustanza kollha tagħhom, biex kull materjal nej ikun ġie żnaturat”.

Artikolu 9

Ċerifikazzjoni

1.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti ta' Ċipru għandhom jiżguraw li d-dokument kummerċjali rekwiżit mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità għal kummerċ intra-Komunitarju jkun approvat permezz ta' hemża ta' kopja ta' ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li:

(a)

il-prodotti kkonċernati saru

(i)

fi proċess ta' produzzjoni li kien ivverifikat u li nstab konformi mar-rekwiżiti xierqa fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar saħħet l-annimali u tajjeb biex jeqred il-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, jew

(ii)

minn materjali proċessati minn qabel li jkunu ġew iċċertifikati skond dan; and

(b)

dispożiżżjonijiet ikunu fis-seħħ biex tkun evitata l-possibilità ta' kontaminazzjoni mill-ġdid bil-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer wara t-trattament.

It-tali ċertifikazzjoni ta' verifika tal-proċess tal-produzzjoni għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data ta' l-iskandenza u tkun tista' tiġġedded wara spezzjoni ta' l-istabbiliment.

2.   Fil-każ ta' prodotti għal bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-awtoritajiet kompetenti ta' Ċipru jistgħu jawtorizzaw kunsinni konsolidati ta' prodotti ta' l-annimali barra laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament u preparati tal-laħam, kull wieħed minnhom ikun eliġġibbli għal dispaċċ fi qbil ma' din id-Deċiżjoni, ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jkun approvat bl-hemża ta' kopja ta' ċertifikat veterinarju uffiċjali li jikkonferma li:

(a)

il-post tad-dispaċċ kellu fis-seħħ sistema li tassigura li l-prodotti jistgħu jintbagħtu biss jekk ikunu traċċabbli għal evidenza dokumentarja ta' konformità ma' din id-Deċiżjoni, u

(b)

is-sistema li għaliha hemm referenza f'(a) kienet ivverifikata u misjuba sodisfaċenti.

It-tali ċertifikazzjoni ta' verifika tas-sistema ta' traċċabbiltà għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data ta' l-iskadenza u tkun tista' tiġġedded biss wara li l-istabbiliment ikun għadda minn verifika b'riżultati sodisfaċenti.

L-awtoritajiet veterinarji kompetenti ta' Ċipru għandhom jikkomunikaw ma' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 10

Tindif u diżinfezzjoni

1.   Ċipru għandha tiżgura li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport ta' l-annimali ħajjin fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara kull operazzjoni, u għandhom jipprovdu l-provi ta' din id-diżinfezzjoni, fi qbil ma' l-Artikolu 12(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE.

2.   Cyprus shall ensure that operators of ports of exit in Cyprus ensure that the tyres of road vehicles departing from Cyprus are exposed to disinfectant.

Artikolu 11

Ċerti prodotti eżentati

Ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 8 ma għandhomx japplikaw għal meta jintbagħtu miż-żoni elenkati fl-Anness I prodotti ta' l-annimali msemmija f'dawk l-Artikoli, kemm-il darba t-tali prodotti kienu:

(a)

jew ma ġewx prodotti f'Ċipru u baqgħu fil-pakkeġġar oriġinali tagħhom bl-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini tal-prodotti, jew

(b)

prodotti fi stabbiliment approvat li jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I minn prodotti proċessati minn qabel li ma joriġinawx minn dawk iż-żoni, li:

(i)

mindu ddaħħlu fit-territorju ta' Ċipru, kienu trasportati, maħżuna jew proċessati separatament minn prodotti li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I,

(ii)

ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali jew ċertifikat uffiċjali kif mitlub minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Moratorju

1.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu minn Ċipru skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2003/85/KE, Ċipru għandha timplimenta projbizzjoni temporanja fuq iċ-ċaqliq ta' l-annimal ta' l-ispeċijiet bovini, porċini, ovini u kaprini kif ukoll fuq l-quidae sat12 ta' Novembru 2007.

2.   Permezz ta' deroga mill-projbizzjoni taċ-ċaqliq imsemmija fil-pargarafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-moviment ta'

(a)

annimali bovini, porċini, ovini u kaprini, sakemm:

(i)

l-annimali suxxettibbli kollha fl-azjenda ta' oriġini kellhom spezzjoni klinika b'riżultati sodisfaċenti, u

(ii)

l-annimali huma ttrasportati direttament lejn il-biċċerija għat-tbiċċir immedjat;

(b)

equidae, sakemm huma ttrasportati skond il-paragrafu 2 ta' l-Anness VI għad-Direttiva 2003/85/KE.

Artikolu 13

Miżuri li għandhom jieħdu l-Istati Membri barra Ċipru

1.   L-Istati Membri barra Ċipru għandhom jassiguraw li annimali ħajjin ta' speċi suxxettibbli ma jinbagħtux lejn iż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u l-miżuri li diġà ttieħdu mill-Istati Membri, Stati Membri barra Ċipru għandhom jieħdu miżuri xierqa ta’ prekawzjoni relatati ma’ annimali suxxettibbli mibgħuta minn Ċipru bejn il-15 ta’ Settembru 2007 u s-13 ta’ Settembru 2007, inklużi iżolament u spezzjoni klinika, flimkien fejn meħtieġ, ma’ ttestjar fil-laboratorju biex tinstab jew tkun eskluża infezzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, u fejn ikun meħtieġ dawk fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/85/KE.

Artikolu 14

Kooperazzoni bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw il-bagalji personali ta' passiġġieri li jivvjaġġaw minn dawk iż-żoni elenkati fl-Anness I kif ukoll f'kampanji ta' tagħrif biex ma jħallux li jiddaħħlu prodotti ta' oriġini mill-annimali fit-territorji ta' Stati Membri għajr Ċipru.

Artikolu 15

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 17

Għal min hija indirizzata

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(4)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(5)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(6)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(7)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206, verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006.

(9)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(10)  ĠU L 104, 4.5.2007, p. 6. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/49/KE (ĠU L 21, 14.9.2007, p. 30).

(11)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).

(12)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 (ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1).

(13)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21).

(14)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 1.5.2007, p. 24).

(15)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(16)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(17)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(18)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(19)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).

(20)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.


ANNESS I

Iż-żoni li ġejjin f'Ċipru:

Ċipru


ANNESS II

Iż-żoni li ġejjin f'Ċipru:

Ċipru


ANNESS III

Iż-żoni li ġejjin f'Ċipru:

1

2

3

4

5

6

7

8

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

B

N/M

Ħ

FG

WG

 

ADNS

=

Animal Disease Notification System Code – Kodiċi ta' Sistema ta' Notifikazzjoni għall-Mard ta' l-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

B

=

laħam bovin

N/M

=

laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

Ħ

=

laħam tal-ħanżir

FG

=

annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

WG

=

annimali selvaġġi suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer


ANNESS IV

Il-marka sanitarja msemmija fl-Artikolu 2(3):

Id-dimensjonijiet:

 

CY = 7 mm

 

Nru ta' l-istabbiliment = 10 mm

 

Dijametru estern taċ-ċirku = 50 mm

 

Ħxuna tal-linja taċ-Ċirku = 3 mm

Image