28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/49


DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TA’ L-EUROPOL

tat-18 ta’ Lulju 2007

bi ftehim dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol għall-varjazzjoni fl-ammonti msemmija fl-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għal salarji u bonus imħallsa lill-membri tal-personal ta’ l-Europol għall-benefiċċju ta’ l-Europol

(2007/538/KE)

IL-BORD ta’ TMEXXIJA ta’ L-EUROPOL,

Wara li kkunsidra l-Protokoll imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41 (3) tal-Konvenzjoni Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Europol, tal-membri ta’ l-organi tiegħu, tal-viċi diretturi u ta’ l-impjegati ta’ l-Europol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 ta’ dan;

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju l-Kunsill iddeċieda li jvarja s-salarji u bonusijiet għall-uffiċjali ta’ l-Europol b’ 1.5 % b’ effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2006.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2007 il-Bord ta’ Tmexxija ddeċieda li jeffettwa zieda fl-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 (2) bl-istess perċentwal u mill-istess data kif deċiż fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju msemmija f' punt numru 1.

(3)

Skond l-istess deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tat-18 ta’ Lulju 2007, iċ-ċifri hekk stabbiliti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006:

1.

Iċ-ċifra msemmija fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandha tiġi sostitwita b’ EUR 113.68.

2.

Iċ-ċifri f’unitajiet Ewro tat-tabella inkluża fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandhom jiġu sostitwiti bis-segwenti:

 

8 % għal ammonti bejn EUR 113,68 u EUR 2 002,41

 

10 % għal ammonti bejn EUR 2 002,42 u EUR 2 758,01

 

12.5 % għal ammonti bejn EUR 2 758,02 u EUR 3 160,83

 

15 % għal ammonti bejn EUR 3 160,84 u EUR 3 589,60

 

17.5 % għal ammonti bejn EUR 3 589,61 u EUR 3 992,45

 

20 % għal ammonti bejn EUR 3 992,46 u EUR 4 382,91

 

22.5 % għal ammonti bejn EUR 4 382,92 u EUR 4 785,73

 

25 % għal ammonti bejn EUR 4 785,74 u EUR 5 176,21

 

27.5 % għal ammonti bejn EUR 5 176,22 u EUR 5 579,03

 

30 % għal ammonti bejn EUR 5 579,04 u EUR 5 969,51

 

32.5 % għal ammonti bejn EUR 5 969,52 u EUR 6 372,33

 

35 % għal ammonti bejn EUR 6 372,34 u EUR 6 763,42

 

40% għal ammonti bejn EUR 6 763,43 u EUR 7 166,26

 

45 % għal ammonti ‘l fuq minn EUR 7 166,27.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fl-Aja, 18 ta’ Lulju 2007.

Jaime FERNANDES

President tal-Bord ta’ Tmexxija


(1)  ĠU Ċ 221, 19.7.1997, p. 2.

(2)  ĠU Ċ 65, 28.2.2001, p. 8.