24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

250


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE rigward iż-żoni esklużi mil-lista ta' żoni approvati f'dak li għandu x'jaqsam mal-Bonamia ostreae

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 419)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/104/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta' saħħet l-annimali li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' annimali u ta' prodotti (1) ta' akkwakultura, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE tat-18 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-lista taż-żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens  (2), tistabbilixxi ż-żoni fil-Komunità meqjusa li ħielsa mill-mard tal-molluski Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens.

(2)

Ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni b'ittra li waslet f'Lulju 2006 li l-Bonamia ostreae nstabet f'Loch Sunart. Din iż-żona li qabel kienet qed titqies bħala ħielsa mill-Bonamia ostreae għalhekk ma tistax tibqa' titqies aktar bħala ħielsa minn din il-marda.

(3)

L-Irlanda informat lill-Kummissjoni b'ittra li waslet f'Novembru 2006 li l-Bonamia ostreae nstabet f'Lough Swilly. Din iż-żona li qabel kienet qed titqies bħala ħielsa mill-Bonamia ostreae għalhekk ma tistax tibqa' titqies aktar bħala ħielsa minn din il-marda.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/300/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u tas-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni 2002/300/KE qed jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 103, 19.4.2002, p. 24. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/559/KE (ĠU L 219, 10.8.2006, p. 28).


ANNESS

“ANNESS

ŻONI APPROVATI FIR-RIGWARD TA' WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARD TAL-MOLLUSKI BONAMIA OSTREAE U MARTEILIA REFRINGENS

1.A.   Żoni fl-Irlanda approvati fir-rigward tal-B. Ostreae

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda, minbarra t-tmien żoni segwenti:

Cork Harbour

Galway Bay

Ballinakill Harbour

Clew Bay

Achill Sound

Loughmore, Blacksod Bay

Lough Foyle

Lough Swilly

1.B.   Iż-żoni fl-Irlanda approvati fir-rigward tal-M. Refringens

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda

2.A.   Żoni fir-Renju Unit, fiċ-Channnel Islands u fl-Isle of Man approvati fir-rigward tal-B. Ostreae

Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, minbarra l-ħames żoni segwenti:

il-kosta ta' nofsinhar ta' Cornwall minn Lizard sa Start Point

iż-żona madwar l-estwarju ta' Solent minn Portland Bill sa Selsey Bill

iż-żona tul il-kosta f'Essex minn Shoeburyness sa Landguard point

iż-żona tul il-kosta tal-lbiċ ta' Wales minn Wooltack Point sa St Govan's Head, inklużi Milford Haven u l-ibħra tal-frugħ tal-lvant u l-punent tax-xmara Cleddau.

iż-żona fejn hemm l-ilmijiet ta' Loch Sunart fuq in-naħa tal-lvant ta' linja mfassla min-nofsinhar xlokk mill-ponta l-aktar għolja ta' Maclean's Nose għal Auliston Point.

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda ta' Fuq, barra ż-żona segwenti:

Lough Foyle

Il-kosta kollha ta' Guernsey u ta' Herm

Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: Iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta' tifrigħ tal-baħar u l-kosta li tiġi eżatt ma' fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta' Jersey f'linja immaġinarja maħżuża tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta' friegħ ta' l-ilma tal-Gżira ta' Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fuq in-naħa ta' nofsinhar tal-Kanal Ingliż.

Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

2.B.   Iż-żoni fir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-Isle of Man approvati fir-rigward tal-M. Refringens

Il-kosta kollha ta' l-Ingilterra

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda ta' Fuq

Il-kosta kollha ta' Guernsey u ta' Herm

Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: Iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta' tifrigħ tal-baħar u l-kosta li tiġi eżatt ma' fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta' Jersey f'linja immaġinarja maħżuża tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta' friegħ ta' l-ilma tal-Gżira ta' Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fuq in-naħa ta' nofsinhar tal-Kanal Ingliż.

Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

3.   Iż-żoni fid-Danimarka approvati fir-rigward tal-B. Ostreae u M. Refringens

Limfjorden minn Thyborøn fil-punent sa Hals fil-lvant.”