24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

187


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta' Diċembru 2006

dwar il-ħatra ta' membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi maħluq permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE ta' l-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità ta' l-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG)

(2007/73/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE ta' l-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità ta' l-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE, il-Kummissjoni għandha taħtar sa massimu ta' seba' membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi minn esperti indipendenti li l-esperjenza u l-kompetenza tagħhom fil-qasam tal-kontabbilità, b'mod partikolari l-kwistjonijiet ta' rapportaġġ finanzjarju, huma ferm magħrufinfil-livell Komunitarju.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni b'dan taħtar 7 membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi, li l-ismijiet tagħhom huma riprodotti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Maghmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

LISTA TA' MEMBRI

Josef JÍLEK

Elisabeth KNORR

Carlos Soria SENDRA

Hervé STOLOWY

Enrico LAGHI

Jan KLAASEN

Geoffrey MITCHELL