24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6806)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/24/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta' Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 17(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE ta' l-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda ta' Newcastle (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 21(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 92/40/KEE u 92/66/KEE jistipolaw il-miżuri ta' kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle rispettivament, kif ukoll ċerti miżuri preventivi mmirati lejn żieda fl-għarfien u fl-istat ta' tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola fir-rigward ta' dawk il-mardiet. Skond dawn id-Direttivi, il-pjanijiet ta' kontinġenza ta' l-Istati Membri għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/402/KE tas-26 ta' April 2004 li tapprova pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle (3), tapprova dawk il-pjanijiet ta' kontinġenza għal dawn l-Istati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri li l-pjanijiet tagħhom ġew approvati.

(3)

Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jissieħbu fl-UE fl-1 ta' Jannar 2007. Għaldaqstant, il-Bulgarija u r-Rumanija ressqu l-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

(4)

Dawn il-pjanijiet ta' kontinġenza kif emendati mill-Bulgarija u r-Rumaija wara s-suġġerimenti li sarulhom matul l-evalwazzjoni tagħhom, jissodisfaw il-kriterji stipulati fid-Direttivi 92/40/KEE u 92/66/KEE u, soġġetti għal aġġornament regolari u implimentazzjoni effettiva, jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa ta' dawk id-Direttivi u, għalhekk, għandhom jiġu approvati.

(5)

Għal skopijiet ta' ċarezza fil-leġislazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni Nru 2004/402/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjanijiet ta' kontinġenza li l-Bulgarija ppreżentat lill-Kummissjoni fis-7 ta' Novembru 2006 għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle huma approvati.

Artikolu 2

Il-pjanijiet ta' kontinġenza li r-Rumanija ppreżentat lill-Kummissjoni fid-9 ta' Novembru 2006 għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle huma approvati.

Artikolu 3

L-Anness jistipula l-lista ta' Stati Membri li għandhom pjanijiet ta' kontinġenza approvati għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2004/402/KE hija revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2004 (ĠU L 236, 23.9.2004, p. 33).

(2)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l- 2004.

(3)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 111.


ANNESS

Lista ta' Stati Membri msemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi

Pajjiż

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

MT

Malta

NL

L-Olanda

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SE

L-Iżvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

UK

Ir-Renju Unit