8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-1 ta’ Jannar 2007

li tistabbilixxi l-ordni ta' l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

(2007/5/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 116 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(1) tiegħu,

billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2005/902/KE, Euratom (1), il-Kunsill stabbilixxa l-ordni ta' l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill għall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea mid-data ta' l-1 ta' Jannar 2006,

(2)

Fl-1 ta' Mejju 2007 l-Unjoni Ewropea tikber b'żewġ Stati Membri ġodda,

(3)

Huwa għaldaqstant kunsiljabbli li tiġi prevista l-ordni ta' l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, bl-inklużjoni ta' dawn l-Istati Membri l-ġodda u li tiġi adotta Deċiżjoni ġdida li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2005/902/KE, Euratom,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ordni li fiha l-Istati Membri huma msejħa jeżerċitaw il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2007 'il quddiem hija stabbilita fl-Anness.

2.   Il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità fuq proposta ta' l-Istati Membri konċernati, jista' jiddeċiedi li Stat Membru jeżerċita l-Presidenza matul perjodu divers minn dak li jirriżulta mill-ordni stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fl-1 ta' Jannar 2007.

Id-Deċiżjoni 2005/902/KE, Euratom hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU L 328, 12.12.2005, p. 60.


ANNESS

Ġermanja

Jannar-Ġunju

2007

Portugall

Lulju-Diċembru

2007

Slovenja

Jannar-Ġunju

2008

Franza

Lulju-Diċembru

2008

Repubblika Ċeka

Jannar-Ġunju

2009

Svezja

Lulju-Diċembru

2009

Spanja

Jannar-Ġunju

2010

Belġju

Lulju-Diċembru

2010

Ungerija

Jannar-Ġunju

2011

Polonja

Lulju-Diċembru

2011

Danimarka

Jannar-Ġunju

2012

Ċipru

Lulju-Diċembru

2012

Irlanda

Jannar-Ġunju

2013

Litwanja

Lulju-Diċembru

2013

Greċja

Jannar-Ġunju

2014

Italja

Lulju-Diċembru

2014

Latvja

Jannar-Ġunju

2015

Lussemburgu

Lulju-Diċembru

2015

Olanda

Jannar-Ġunju

2016

Slovakkja

Lulju-Diċembru

2016

Malta

Jannar-Ġunju

2017

Renju Unit

Lulju-Diċembru

2017

Estonja

Jannar-Ġunju

2018

Bulgarija

Lulju-Diċembru

2018

Awstrija

Jannar-Ġunju

2019

Rumanija

Lulju-Diċembru

2019

Finlandja

Jannar-Ġunju

2020