31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/22


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 396, 30.12.2006, p. 1 )

(Verżjoni rettifikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 136, 29.5.2007, p. 3 )

Ir-referenzi li ġejjin huma għall-publikazzjoni fil-ĠU L 136, 29.5.2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1)

Paġna 21, Artikolu 3(20)(c):

Flok:

“(ċ)

tqiegħdet fis-suq tal-Komunità, jew ta' pajjiżi li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mill-manifattur jew mill-importatur u ġiet ikkunsidrata bħala li kienet notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE iżda li ma tikkonformax mad-definizzjoni ta' polymer kif stabbilit f'dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;”

Aqra:

“(ċ)

tqiegħdet fis-suq fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, jew fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, mill-manifattur jew l-importatur fi kwalunkwe żmien bejn it-18 ta' Settembru 1981 u l-31 ta' Ottubru 1993 inklussivi, u qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kienet meqjusa bħala notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni ta' l-Artikolu 8(1) li tirriżulta mill-emenda magħmula mid-Direttiva 79/831/KEE, iżda ma tissodisfax id-definizzjoni ta' polimeru kif disposta f'dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova dokumentata ta' dan.”